Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Minn Albert Gauci Cunningham LELEZZJONI riesqa u mhumiex biss il-politiċi li bdew jippreparaw għaliha, imma anke l-Knisja u l-mezzi tax-xandir tagħha. Minkejja li din il-ġimgħa l-Arċisqof Charles J Scicluna għamilha ċara li hu se jżomm 'il bogħod mill-politika, sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li ċ-ċaqliq li qed iseħħ f 'RTK Ltd, "ma tantx qed jawgura tajjeb għal stazzjon ta' istituzzjoni suppost imparzjali." L-ILLUM tista' tiżvela li bħala parti minn din ir-'riforma' fil- media tal-Knisja, il-kumpanija RTK Ltd. ħatret lil iben l-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt, Gege Gatt, bħala Direttur kif ukoll lill-eks chariman tal-Airmalta u MaltaEnterprise u eks-membru tal-Grupp ta' Strateġija tal-PN għall- elezzjoni tal-2008, Lawrence Zammit. Dokumenti li rat din il- gazzetta juru li kemm Gatt u anke Zammit kienu maħturin fl-ogħla karigi tal-media tal- Knisja fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-21 ta' Diċembru 2016. Gatt u Zammit, jingħaqdu fl-RTK mal-eks Kap ta' Net TV, il-maniġer tal-kampanja tal-PN fl-2008 u l-eks Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard, li tqabbad biex imexxi l-konsulenza għar-riforma tal-media tal-Knisja. Fil-fatt, is-sorsi li tkellmu magħna qalu li kemm Gatt kif ukoll Zammit kienu l-għażla ta' Attard. NEWSPAPER POST Nr 547 • 09 ta' April 2017 www.illum.com.mt €1.00 Fuq il-passi ta' missieru? Ara paġni 12 u 13 Tkompli f 'paġna 9 1 0 - 1 1 - 1 2 A P R I L FREE ENTRANCE M C A S T M A I N CAMPUS,PAOLA FROM 9:00AM to 4:30PM An opportunity for the public to see MCAST students at work carrying out various tasks in di‡erent areas of study o‡ered by MCAST. Think Green. Live Green. Be Green. Brand Manual • It-tifel ta' Austin Gatt jinħatar direttur tal-media tal-Knisja • Jinħatar ukoll l-eks strateġista tal-PN Lawrence Zammit • Imexxi kollox Anton Attard, maniġer tal-kampanja tal-PN fl -2008 'Tajt l-assigurazzjoni li elezzjoni f 'Marzu ma taffetwax il-V18' Minn Albert Gauci Cunningham LGĦAJDUT li elezzjoni ġenerali se ssir din is-sena qam wara li numru ta' artisti wrew tħassib li kampanja elettorali tista' serjament 'tfixkel' l-avvenimenti tal-V18. Minkejja dan, possibbiltà ta' elezzjoni ġenerali f 'Marzu 2018 ma tantx jidher li qed tinwkieta liċ-chairman tal-Fondazzjoni V18 Jason Micallef. Mal-ILLUM, Micallef sostna li filwaqt li jifhem l-"inkwiet ġenwin" tal-artisti, hu kellu laqgħat magħhom bit-tema proprju tkun il-possibbiltà ta' elezzjoni s-sena d-dieħla. "Jien tajt l-assigurazzjoni li elezzjoni mhux se taffetwa l-avveniment tal-V18, ma ninsewx li l-attivitajiet isiru fuq medda ta' 12-il xahar, mhux f 'perjodu wieħed f 'sena," kompla jgħid Micallef mal- ILLUM. IDDEHRA tad- dokument tal-vot li l-votanti jirċievu qabel l-elezzjoni, se tkun qed tinbidel mill-mod tradizzjonali. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu kif din se tkun waħda minn fost numru ta' bidliet tekniċi fil-proċess tal-votazzjoni, mill-Kummissjoni Elettorali. Id-dokument tal-vot, li mdorrijin narawh miksi bil-plastik, mistenni jinbidel, u fost l-oħrajn ikun iktar sigur. Dehra ġdida għad- dokument tal-vot Tkompli f 'paġna 4 Tkompli f 'paġna 8 Strateġisti tal-PN imexxu l-RTK

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017