Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Kull kelma tgħodd...u qabel Kull kelma tgħodd...u qabel elezzjoni tgħodd iktar Stejjer 'reali' biex juri li 'qrib in-nies' Simon l-Ewropeista... ITTLIET diskorsi ta' Busuttil kien hemm fihom aċċenn qawwi ħafna ta' dak li huwa soċjali. Kif kienet innotat din il-gazzetta diġà, Busuttil qed juża aktar lingwaġġ li minnu nnifsu jibni pontijiet ma' dawk li tradizzjonalment fittxew lill-PL għas-solliev soċjali tagħhom. Busuttil, aktar minn darba semma dawk li jaqilgħu inqas minn €11,000 u jfakkar li l-prezz tal-ikel żdied, xi ħaġa li fil-fatt kienet innotata fir-rapport tal-Caritas. Minkejja diversi miżuri baġitarji, Busuttil jaf u politikament qed jibni immaġini biex jintogħġob, ma' dik il-firxa ta' nies li a) jew mhux qed jibbenefikaw minn dawn il-miżuri jew inkella, b) fuq is-sentiment li minkejja l-miżuri, 'ħaddieħor ħa l-miljuni u jien bqajt biċ-ċiċri'. Imma dan mhux biss. F'Ħad-Dingli, Busuttil tkellem dwar il-Paga Minima. Issa, huwa vera li l-PN fil-Gvern żied din il-paga biss bil-COLA. Minkejja dan, il-ħeġġa biex jallinea lilu nnifsu ma' organizzazzjonijiet xellugin bħall-Caritas u Alleanza Kontra l-Faqar u jaqbel mal- proposta tagħhom biex il-paga minima tiżdied b'€950 minn kif hija llum (3.5% kull sena għal tliet snin), juri li Busuttil huwa iktar milli lest biex jokkupa parti mill- vojt li bosta jħossu li ħalla Muscat fix-xellug. F'Ħad-Dingli, Busuttil wiegħed li "Il-PN lest jagħti appoġġ għal kull qbil li jaslu għalih l-imsieħba soċjali u jonorah meta jkun fil-Gvern." Anke fuq in-NET akkuża lill-Gvern li huwa "suppost soċjalist", xi ħaġa li jekk xejn, jaqblu magħha sezzjoni ta' Laburisti nostalġiċi għas-snin 70 u 80. Naturalment, hemm il-lista twila ta' miżuri li saru mill-Gvern u l-miżuri li għad irid jieħu li se jaħdmu kontra Busuttil. Jibqa' fatt li, kif innotat diġà din il-gazzetta, Busuttil huwa l-aktar Kap Nazzjonalista fl-aħħar snin li kien lest li jersaq b'kunfidenza lejn ix-xellug. GĦAL ħafna Simon Busuttil jibqa' jkollu l-problema li bosta jarawh bħala distakkat u li m'għandux il-kariżma meħtieġa biex jiġbed aktar votanti lejh. Biex ipatti għal dan u f 'kull diskors li kellu f 'dawn l-aħħar xhur, Busuttil dejjem jagħmel mezz li jsemmi każ ta' persuna jew storja ta' xi ħadd li jgħid li ltaqa' miegħu jew kellmu. Busuttil dejjem jagħti libsa, soċjali lil dawn l-istejjer. Min ma jiflaħx iħallas, min mhux ilaħħaq mal-kera u nhar it- Tlieta fuq l-istazzjon tal-PN irrakkonta hekk: "Iltqajt ma' koppja b'pensjoni ta' €670... ċerti mediċini jridu jixtruhom. Aħna nwiegħdu li l-mediċini li qed tħallas għalihom, jingħataw b'xejn." Dawn l-istejjer, reali jew le, jibnu immaġini ta' approachability, immaġini ta' Kap li tista' tavviċinah, tkellmu u taqsam l-esperjenzi tiegħek miegħu. FUQ l-istazzjon tal-PN, Busuttil reġa' kkonferma li l-PN ma tantx se juri ħniena u mhux beħsiebu jibni pontijiet ma' settur partikolari ta' nies li kienu Nazzjonalisti u li llum jappertjenu l-Partit Laburista u li ngħataw xi kariga. Indirizza lil Engerer bħala sieħeb Joseph Muscat "b'€7,000 fix-xahar." Cyrus Engerer jibqa' wieħed minn dawk li ngħataw pożizzjoni fl-istrutturi tal-Gvern, wara li qabel l-aħħar elezzjoni biddel l-alleanza tiegħu minn mal-PN. Għall-PN dan jibqa' att politiku li prattikament ma jinħafirx. Busuttil ma tantx jidher li għandu interess li jibni relazzjoni ma' nies bħal Engerer. Miegħu jingħaqdu nies oħrajn bħal Jeffrey Pullicino Orlando u Franco Debono. Għall-PN dawn huma 'lost cause' u miftuħin għall-kritika bħal kull persuna oħra ta' profil li tidentifika mal-PL. KEMM jekk f 'Novembru u anke jekk f 'Marzu, l-elezzjoni li jmiss se tiġi fi żmien meta l-avveniment tal-Presidenza se jkun għadu ċar fl-imħuħ ta' ħafna. F'Ħad-Dingli, Busuttil saħaq li "L-Ewropa tfisser il-job li għandek...il-paga tiegħek fil-fabbriki, fl-uffiċini, fil-gaming...." Dan juri li Busuttil mhux lest jgħaddi x-xettru tal- Ewropeiżmu lill-Partit Laburista li, tajjeb jew ħażin, bil-Presidenza bena immaġini b'saħħitha ta' partit li fil-Gvern kapaċi jmexxi lil Malta fl-Ewropa. Naturalment l-istorja ma jħassarha ħadd, imma (u l-PN jaf għax ħaddem it-tattika wkoll) l-istorja tista tkun 'mċajpra' b'avvenimenti jew inkella bil-kitba tal-istorja minn min għandu l-interess li jagħti l-istorja sfumatura. Busuttil tkellem dwar il-Kungress tal-EPP kemm f 'Ħad-Dingli u anke meta intervistat minn Norman Vella. Ma tantx inħass li kien b'saħħtu meta qal li Merkel u l-mexxejja l-oħrajn ġew għall-kungress tal-Partit Popolari Ewropew (EPP) biex "jagħtu appoġġ lill- Partit Nazzjonalista". Fil-fatt, ġew Malta għax il-kungress kien tal-EPP... Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Tkompli minn paġna 5 Cyrus et al...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017