Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum Sports 31 FTIT ġranet ilu, il-klabb tal-Valletta Subbuteo organizza t-tournament International Open tat-Table Football taħt l-awspiċju tal-FISTF. F'dan it-tournament intlagħbu erba' kategoriji differenti. Fil-kategorija Open, ħareġ rebbieħ Samuel Bartolo tal- Valletta SC, fejn fil-finali għeleb lil Charles Aquilina 2-1 fil-ħin barrani. Is-semi- finalisti kienu Massimo Cremona u Derek Conti. Fil-kategorija ta' taħt id- 19-il sena, ħareġ rebbieħ Tristan Fenech li jilgħab ma' Bormla SC filwaqt li Jurgen Balzan u Jamie Bonnici ġew it-tieni u t-tielet rispettivament, fi grupp ta' ħames plejers. Joseph Mifsud rebaħ il-Kategorija tal-Veterani, fejn hu għeleb lil Mario Camilleri 4-3 wara l-għoti tal-penalties. Dawn iż- żewġ plejers jilagħbu ma' Messina TS. Charles Aquilina u Jason Pisani waslu sas-semifinali. Fil-kategorija tat-timijiet, reġgħu kienu Valletta Subbuteo Club li rebħu dan l-unur għall-ħames darba f 'dawn l-aħħar sitt staġuni. Huma għelbu lil Bormla SC 3-0. Alamein Road, Pembroke PBK 1776 Host Families Wanted We are currently looking for host families in the Pembroke, Swieqi, Bugibba and Qawra areas. Please call us on 21373574 or email us at hostfamily.malta@sprachcaffe.com Alamein Road, Pembroke PBK 1776 We are a specialised language travel provider offering over 30 destinations worldwide. For our office in Malta we are looking for an Accounts Executive who would be responsible for posting of invoices and running monthly payroll processing of payments / bank and petty cash reconciliations cash counting / bank deposits / monitoring creditors and debtors preparing and submitting VAT and Environmental Contribution returns preparing for and coordinating annual audits The ideal candidate will possess a level 4 AAT qualification or be part-ACCA qualified have at least 3 years' working experience in accounting have excellent written and spoken English Interested parties should send a full CV and letter of application by email to recruitment.malta@sprachcaffe.com Valletta Subbuteo Club jorganizza l-Open Internazzjonali tat-Table Football Il-plejers u uċjali ta' Valletta Subbuteo Club Organizzat b'suċċess seminar għall-Grassroots Referis u uffiċjali tal-MFA promossi riċentament FILJIEM li għaddew ġie organizzat seminar għall-grassroots referis u uffiċjali tal-MFA li ġew promossi riċentament. Bħala introduzzjoni għall-ftuħ tas-seminar, id-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi qal li din kienet l-ewwel darba li qed isir dan is-seminar għall-grassroots, li jagħti opportunijiet lil uffiċjali żgħażagħ jiżviluppaw il-karrieri tagħhom minn kmieni; ir-Refereeing Centre qed jiffoka fuq il-grassroots li min- naħa tagħhom iridu jifhmu l-importanza tar-rieda li jitgħallmu billi jammettu meta jiżbaljaw bħala okkazzjoni biex itejjbu l-prestazzjonijiet tagħhom. L-ewwel sessjoni tas- seminar kienet tikkonsisti fi quiz dwar Laws of the Game li tmexxa minn Paul Caruana, Kap tal- Unit tar-Reklutaġġ. Sessjoni fuq il-field of play, li inkludiet eżerċizzi tekniċi u fiżiċi – li tmexxiet mill-kowċ tar- referees Ronald Zammit, assistit minn Andre Arciola bħala Kap tal- Grassroots Unit, Charles Micallef il-Kap tal-Unit tal-Assistant Referees u l-membru tal-istess unit Mariano Debonio, u Paul Caruana. L-aħħar sessjoni tas-seminar kienet diskussjoni dwar filmati ta' azzjonijiet meħuda minn partiti tal-Youth Football Association, li tmexxiet mill-Kap tal- Grassroots Unit, Andrè Arciola, li wkoll għamel kelmtejn tal-għeluq. Uħud mill-parteċipanti li ħadu sehem waqt seminar għall-grassroots referis u uċjali tal-MFA li ġew promossi riċentament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017