Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum qabel elezzjoni tgħodd iktar Popoliżmu vs. Sustanza XI ħaġa tgħidli li meta Busuttil ikun qed jirreferi għall-populisti li wasslu għall- Brexit, ikun fil-fatt qed jirreferi għal Joseph Muscat. Il-Ħadd li għadda Busuttil ikkonferma dan meta waqt l-istess referenza għall-populiżmu qal li anke "aħna nafu xi ħadd l-istess." Busuttil huwa entużjast biex jibni l-immaġini ta' Kap u PM prospettiv ta' "sustanza", kelma li jsemmi bosta drabi waqt kull okkażjoni li tkellem pubblikament dwarha din il-ġimgħa. Huwa jpinġi stampa kerha tal-populist bħala persuna li ma tinteressahx mill- verità...fiż-żmien li ġej Busuttil se jkun qed juża t-tiketta tal-populiżmu fuq Muscat u probabbilment anke jagħmel paralleli bejn riżultati bħal Brexit u Gvern Laburista. BUSUTTIL jitfa' melħ fuq ferita partikolari, li minn dak li qed jasal għand din il-gazzetta jidher li hija ferita konsiderevoli għall-PL f 'ċerti distretti, tal- bousing. Meta jsemmiha jkun qed jindirizza, anke jekk ma jgħidhiex, numru konsiderevoli ta' nies li dejjem ivvutaw jew li fl-aħħar elezzjoni vvutaw lill-Partit Laburista. Busuttil jaf li parti kbira minn din il-problema dan il-Gvern wiritha, imma jaf ukoll li dan ftit li xejn ifisser u jiswa meta l-kandidati Laburisti jħabbtu l-bibien tan-nies. Jaf ukoll li beda x-xogħol fuq proġett pjuttost estensiv ta' bini ta' housing soċjali, imma jaf ukoll li dan il-proġett mhux se jkun lest (jew mhux kollu lest) sal-elezzjoni ġenerali. Jekk il-Gvern ma jagħmilx progress biżżejjed fuq din il- kwistjoni, Busuttil se jibqa' jitfa' aktar melħ fuq din il-ferita partikolari, bit-tama li ssir aktar ħsara elettorali lill-PL. F'DAWN l-aħħar ġimgħat, mas- sens ta' urġenza nħoloq ukoll sens ta' biża'. Biża' li l-Partit Laburista se 'jbagħbas' l-elezzjoni. Busuttil iddeskriva dik li sejjaħ "orġja ta' nepotiżmu" ta' nies deħlin mal-gvern u fuq in-NET qal li ma jistax jagħti garanzija li mhux se jkun hemm min jivvota darbtejn, fir-rigward tal-każ tal-ID Cards. Issa, fejn jirrigwarda power of incumbency ħadd daqs l-eks-PM Alfred Sant ma semma dan it-tip ta' poter bħala raġuni għal telfa Laburista. Darba saħansitra, fl-1998, kien qal li Gvern huwa 'illeġittimu' minħabba l-famuża 'gerrymandering' fid-distretti. Filwaqt li, naturalment il-PN u Busuttil għandhom dover jitkellmu, l-fatt li qed jintefa' dell fuq il-leġittimità tal-elezzjoni ġenerali, tista' tkun qed issir bi skop. Tip ta' polza t'assigurazzjoni biex jekk jitlef il-PN fl-elezzjoni li jmiss, ikun jista' jwaħħal (parzjalment) fit-tbagħbis u l-power of incumbency. BUSUTTIL suppost jaf li 'għadu' kbir tiegħu huma l-apatija u n-nuqqas kważi assolut ta' urġenza biex jinbidel il-Gvern, lil hinn miċ-ċrieki tal-PN. Tant jaf li jeżisti dan is-sentiment li mhux biss ilu jagħmel referenza għalih, bħal f 'Ħad-Dingli meta wissa lin-nies kontra l-idea ta' "u, iva mhux xorta" talli l-PN qed juża l-karta tad-demokrazija biex joħloq l-istess urġenza jew sens ta'urġenza, anke jekk falza, għall-bidla. Fuq in-NET, Busuttil semma d-demokrazija, kif semmieha l-Ħadd u f 'bosta ħdud qabel. "Demokrazija ma tkunx imbagħbsa," "ara ma tmissux id-demokrazija," "anqas jitwemmnu l-affarijiet li jibdew jiġru, tibda tgħid qed ngħixu f 'demokrazija jew le?" Dawn l-istqarrijiet għamilhom, mhux dwar il-kwistjoni tal-ID cards biss, iżda fuq diversi kwostjonijet oħrajn, primarjament wara s-sekwestru ta' Chris Cardona fuq Daphne Caruana Galizia. Il-PN mar f 'dak li bl-Ingliż jissejjaħ overdive, ħeġġa kbira u assoluta, biex joħloq sens ta' urġenza li d-demokrazija tinsab fuq il-preċipizju, li l-pajjiż riesaq biex ikun il-Korea ta' Fuq tal-Mediterran. Iktar minn attiviżmu, Busuttil jeħtieġ iqajjem sens ta' urġenza fost il-partitarji tiegħu u lil hinn. Jekk dan mhux se jinħoloq, se jkun hemm ftit li xejn raġunijiet biex in-nies ibiddlu l-Gvern. ILFATT li pajjiżna se jkun qed jirreġistra qligħ wara 35 sena huwa tragward għall-pajjiż u għall-Gvern. Busuttil deher bħala negattiv wisq, fost bosta li jħossu li din kienet tassew kisba. Fil-fatt, Busuttil huwa parzjalment korrett meta jgħid li s-surplus ilħaqnieh minħabba li tnaqqset l-ispiża kapitali, però qed ikun xi ftit ekonomiku mal-verità. L-ispiża kapitali fl-2016 kienet it-tieni l-inqas kważi fl-aħħar 10 snin. B'€310 miljun, l-unika sena li kien inqas kien taħt Gvern Nazzjonalista fl-2011, b'€288 miljun. Li ma semmiex Busuttil huwa li fl-2014 u l-2015 il-Gvern preżenti alloka spiża kapitali rekord fl-aħħar 10 snin (€581.4 miljun fl-2015). Lil hinn miċ-ċifri iżda Busuttil jaf li hawn kritika partikolari minħabba li jinħass li m'hawnx biżżejjed proġetti għaddejjin. Fil-fatt huwa vera, li t-tkabbir ekonomiku eċċezzjonali tal-aħħar snin ma kienx rifless biżżejjed f 'proġetti infrastrutturali, li japprezzawhom u jarawhom il-votanti. MA setax jonqos li l-kwistjoni tal-Panama tissemma, għalkemm f 'dawn l-okkażjonijiet issemmiet b'inqas intensità. Fil-fatt, fil- programm ta' Norman Vella, Busuttil semma l-każ Panama meta mistoqsi mill- preżentatur. Naturalment dan jista' ma jfisser xejn. Jista' jfisser ukoll imma li Busuttil ingħata l-parir biex filwaqt li jibqa' jsus wara l-każ Panama, ma jibqax jagħmlu l-unika suġġett ta' diskussjoni. Il-PN jaf li minkejja li ħafna huma konsonanti ma' dak li jaħseb il-PN fuq dan il-każ, issa ħafna jħossu li ġie eżawrit u waqfu jinteressaw ruħhom dwaru. Minkejja dan, Busuttil afferma hekk: "Inwiegħed ġustizzja ma' kull min huwa involut." Jidher li l-baqra 'Panama' għad hemm x'jinħeleb minnha, imma Busuttil ma jridx jibqa' perċeput li dik hija l-unika baqra li għandu x'jaħleb biex isir Prim Ministru. Joħloq sens ta' urġenza u bżonn... Is-surplus wara 35 sena Il-baqra li għadha tinħeleb Melħ fuq ferita Polza t'assigurazzjoni f 'każ ta' telfa?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017