Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum Sports 35 education qed nagħtuha spinta kbira. Fil-fatt, il-coach education kien wieħed mill-fatturi li l-Iżlanda mxiet 'il quddiem sew biha. Però lanqas nista' nikkumpara lil Malta mal-Iżlanda. Nista' nikkumparahom biss fin-numru tan- nies. Imma mbagħad hemm ħafna fatturi oħra li jaħdmu favur tagħhom. Huma qegħdin viċin l-Iskandinavja, allura jistgħu jesportaw plejers hemm, għandhom il-klima diffiċli li ma tantx tħajjarhom jibqgħu hemm (mhux bħal Malta li kulħadd jgħir għall-klima tagħna), għandhom l-istil ta' ħajja timbuttahom ukoll (mhux bħal ta' Malta li tieħu gost tgħix fiha), jidlam malajr, l-istaġun tal-futbol hu qasir. Affarijiet oħra li huma favurihom li nistgħu nsemmu huma l-istatura tagħhom. Għandhom statura sabiħa u tgħinhom fil-futbol, u issa ħadu l-isem u allura meta jaraw plejer jipprometti li għadu żgħir, jeħduh barra mill-pajjiż mill-ewwel. Ftit ilu meta lgħabna lill-Iżlanda bl-under 19s ġewwa Kordin, dawn rebħulna 1-0 biss b'gowl kontrattakk fl-aħħar ħames minuti. Ilqatna l-lasta konna wkoll. Tħoss li l-futbol Malti, b'mod ġenerali matul is-snin għamel avvanz? Saru avvanzi kbar. It-training sessions huma ta' livell ogħli ħafna. Titjib jista' jsir dejjem, però l-kowċis tagħna u l-kowċis tal-klabbs bilfors li jridu jkunu ta' livell. U bl-iżvilupp fix- xjenza u t-teknoloġija, bil-faċilitajiet li hawn, bilfors titjieb. Allaħares ma tjiebx il-futbol jekk fid-dinja saru avvanzi kbar kważi f 'kollox. tal-futbol lokali "Aħna x-xogħol tagħna nagħmluh u nagħmlu xogħol enormi. Trials nibagħtu bl-addoċċ. Kemm ili Direttur Tekniku tal-MFA, bgħatna 'l fuq minn elf tifel għal trial barra minn Malta" Twieled f 'Mejju 1948, f 'Ħal Qormi Huwa d-Direttur Tekniku tal-FA, fejn ilu jokkupa din l-kariga għall-aħħar ħames snin Kiseb diversi suċċessi l-futbol lokali kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ ROBERT GATT Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017