Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum Minn Brussell 15 wara l-kwinti ittieħdu l-Belt Valletta u l-Imdina, l-akkomodazzjoni fil-lukandi, trasport u ikliet f 'postijiet li affaxinaw mhux ftit lil dawk mistiedna mhux biss bl-ikel offrut iżda bl-ambjent storiku li ġew organizzati fihom. Il-Gala Dinner kien organizzat f 'Dar il- Mediterran, ċena oħra f 'Sant Anġlu u l-aħħar pranzu kien organizzat il-Belt fil-mużew 'state of the art' tal-Fortifications Interpretation Centre. Interessanti kien li l-44 delegat li kienu preżenti setgħu mhux biss iduqu l-kċina Maltija iżda wkoll x-xenarju mill-isbaħ li dawn il-postijiet setgħu joffru tal-port Malti u tal-Belt Valletta. Fl-aħħar ġurnata, dawn ittieħdu dawra kulturali mal-Imdina fejn komplew jissaħħru bl-istorja rikka ta' din il-gżira tagħna, iżda kien hemm ukoll min ilmenta li hi ħasra li fl- Imdina jidħlu tant karozzi u l-pjazza tal-Kattidral kienet imdawra bil-parkeġġ, tant li ma setgħux jieħdu ritratt quddiem il-kattidral maestuż tal-Imdina. Iżda apparti dan l-ilment li wasal ukoll minħabba l-fatt li dak il-ħin li kienu hemm, kien hemm id-dħul tal-vannijiet li jqassmu x-xorb u l-merċa tagħhom, l-attaches kollha ħadu interess f 'dak kollu li kienu qed jesperjenza u bdew jistaqsu lill-gwida diversi mistoqsijiet dwar l-istorja ta' din il-belt. L-attaches barranin ingħataw ftit ħin għal tazza kafè u xi pasta u oħrajn segwew lili s'għand is-serkin fejn kien hemm min daq il-pastizz Malti u ħafna minnhom xtraw dawk il-pasti Maltin li jkunu mimlija bil-lewż morr u kważi kollha ħarġu bil- boroż tal-plastik mimlijin bil-pasti Maltin mingħand is-Serkin. Wara l-pranzu mill-isbaħ fejn ingħataw pakkett b'ingravata lill-irġiel jew 'scarf ' lin-nisa flimkien ma' flixkun bis-salib ta' Malta u biż-żejt taż-żebbuġa ta' Malta kollha rħewlha lejn l-ajruport biex jirritornaw lejn pajjiżhom wara tlett ijiem fil-gżira tagħna. Kien mument sabiħ li tara lil dawn il-barranin jsellmu lit-tim Malti b'ħafna tgħanniq u jirringrazzjawhom taż- żjara mill-isbaħ li kellhom f 'pajjiżna. Il-kliem ta' tifħir lejn pajjiżna kien wieħed bla qies għalkemm kollha semmew li xtaqu li kellhom imqar ġurnata oħra għax kollha xtaqu jżuru l-gżira ta' Għawdex. Insomma skuża tajba biex darb'oħra jaqtgħu biljett biex jiġu vaganza f 'Malta u Għawdex. Bla dubju li dan l-attache trip laħaq l-għan tiegħu li jibni relazzjoni qawwija bejn l-attaches kollha mill-pajjiżi Ewropej li finalment, żgur li se jiffaċilita n-negozjati li se jkomplu għaddejjin f 'dawn ix-xhur li ġejjin mal-Kunsill. Jekk dan hu l-għan tal-attaches u tat- timijiet tagħhom għal dawn l-informal meetings, mela l-għan intlaħaq żgur. Nota: Bħall-EPSCO, hemm ħafna dipartimenti oħra li jagħmlu l-istess bħal dak li qed insemmi, iżda jien segwejt l-'attache trip' tal-EPSCO u xtaqt naqsam din l-esperjenza magħkom biex b'hekk wieħed jifhem li wara kull avveniment fil- presidenza hemm tim sħiħ jaħdem u li jkun ilu jaħdem minn ħafna xhur qabel. Xi tfi sser EPSCO? EMPLOYMENT, Social Policy, Health and Consumer Affairs Council (EPSCO) huma l-kliem eżatt għal dan it-titlu. Il-Kunsill tal-EPSCO jaħdem biex iżid il-livelli ta' xogħlijiet fl-Ewropa u jtejjeb il-kundizzjonijiet ta' ħajja u tax-xogħol fejn jiżgura livell għoli ta' saħħa u protezzjoni lill-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea. Dan il-kunsill jaħdem billi jlaqqa' lill-Ministri responsabbli fix-xogħol, affarijiet soċjali u politika għal konsumaturi mill-istati membri flimkien mal-Kummissarji Ewropej li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett. Normalment, ikun hemm erba' laqgħat fis-sena bi tnejn minnhom ikunu esklussivament dwar ix-xogħol u l-politika soċjali. Dawn jissejħu l-laqgħat formali li jkunu tal-kunsill. F'dan il-qasam tax-xogħol u l-politika soċjali, il-Kunsill hu responsabbli biex jagħti direzzjoni lill-istati membri dwar ix-xogħol li għandu jinħoloq kull sena. Jadotta wkoll leġiżlazzjoni flimkien mal-Parlament Ewropew biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza tal-ġeneru. Il-Kunsill jieħu ħsieb li jipproteġi s-saħħa tal-konsumatur u anke l-interessi ekonomiċi tagħhom. Taħt il-presidenza ta' Malta qed jiġu preparati konklużjonijiet biex jippromwovu inizjattivi biex dawk li m'għandhomx xogħol, jidħlu fis-suq tax-xogħol. Il- presidenza qed taħdem ukoll biex tipproteġi lill-ħaddiema minn xogħol relatat li jista' jikkawża l-kanċer. Malta għamlet bħala prijorità wkoll il-ġlieda kontra l-obeżità fit-tfal. Id-delegazzjoni tal-attaches ta' 44 persuna fiż-żjara kulturali tal-Imdina fosthom hemm jien It-tim wara l-Ministri fl-EPSCO: Lorenzo Vella, Daniela Sabino, Terence Sacco, Claudia Cuschieri, Jessica Sevasta, Ministru Michael Farrugia, Marie Louise Borg, Antonella Gatt, Tony Ellul Il-Gala Dinner f 'Dar il-Mediterran

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017