Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... HARRY MAGUIRE - Everton żiedu lid-difensur ta' Hull City, Harry Maguire, fil-lista ta' dawk il-plejers li jistgħu potenzjalment jingħaqdu magħhom matul is-sajf li ġej. Id-direttur tal-futbol tat-Toffees, Steve Walsh, jinsab impressjonat b'dan id-difensur ċentrali, għalkemm huma jistgħu jaffaċċjaw kompetizzjoni minn Middlesbrough u Southampton għall-firma tiegħu. JAMES RODRIGUEZ - Bayern Munich xeħtu ħarsithom fuq l-attakkant Kolumbjan ta' Real Madrid James Rodriguez. Jidher li hija x-xewqa primarja tal-kowċ Taljan tal-Bavarjani, Carlo Ancelotti, li jakkwista lil dan il-plejer hekk kif kien huwa stess li ġabu ma' Real Madrid tliet snin ilu. Madankollu, kien mistenni ikar minn James Rodriguez mal-Galacticos fejn mhux dejjem ingħata ċans regolari mat-tim u b'hekk jista' jkun li fi tmiem l-istaġun iħalli lil Real Madrid biex jingħaqad ma' Bayern Munich. JAMES RODRIGUES U MARCO ASENSIO - Liverpool qed jippjanaw li jagħmlu offerti għall- midfielders ta' Real Madrid, James Rodriguez u Marco Asensio. Dawn iż-żewġ plejers mhumiex qed jilagħbu b'mod regolari bil-flokk tal-Galacticos u b'hekk jistgħu jħallu lill-klabb fi tmiem l-istaġun fejn huwa mifhum li t-tnejn flimkien jistgħu jiswew is-somma ta' £92 miljun. DIEGO COSTA U JAVIER PASTORE - Chelsea qed jippjanaw trasferiment li jinkludi bdil li jkun qed jara lil Diego Costa jingħaqad ma' PSG matul is-sajf li ġej. Dan bi bdil ma' Javier Pastore li Antonio Conte jixtieq ħafna li jakkwista ma' Chelsea u b'hekk iż-żewġ timijiet qed jittamaw li dawn il-plejers jiġu mibdula matul is-sajf li ġej ERIC DIER - Manchester United qed jittamaw li fil-bidu tas-sajf li ġej jiffirmaw lill-midfielder ta' Tottenham Hotspur, Eric Dier. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż mistenni jiswa lir-Red Devils is-somma ta' £40 miljun. Iżda jidher li José Mourinho se jkun allokat somma konsiderevoli ta' flus x'jonfoq fejn fost oħrajn huwa jixteq jakkwista lil Antoine Griezmann mingħand Atletico Madrid akkost ta' kollox. ALEXIS SANCHEZ - Il-manager ta' Chelsea Antonio Conte għamel lill-attakant ta' Arsenal Alexis Sanchez bħala t-tragward numru 1 għal matul is-sajf li ġej. Kollox qed jindika li dan il- plejer se jkun qed iħalli lill-Gunners fi tmiem l-istaġun hekk kif jinsab frustrat bis-sitwazzjoni preżenti tal-klabb. Huwa qed jiġi segwit ukoll minn PSG, Juventus u Inter iżda Chelsea jidhru favoriti li jakkwistawh. MARCUS RASHFORD - L-attakkant ta' Manchester United Marcus Rashford jinsab fuq ir-radar ta' Real Madrid. Il-Galacticos mistennija jiffirmaw attakkant matul is-sajf li ġej, u qed isegwu wkoll il-progess ta' Kylian Mbappe, Pierre-Emerick Aubameyang u Andrea Belotti. MOUSSA DEMBELE - Tottenham Hotspur jinsabu kunfidenti li se jkunu huma li jirnexxilhom jakkwistaw lill-attakkant ta' Celtic Moussa Dembele fix-xhur li ġejjin. Manchester United u Chelsea wkoll qed isegwu l-progress ta' dan il-plejer iżda jidher li l-Ispurs jinsabu fil-pole-position biex jakkwistawh. JAKUB JANKTO - Il-midfielder ta' Udinese Jakub Jankto kompla jżid iċ-ċansijiet li jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż. Dan wara li huwa kellu wirja mill-aqwa fid-draw ta' 2-2 li Udinese kisbu kontra Torino nhar il-Ħadd li għadda fejn hu skorja l-ewwel gowl. Flimkien ma' Stoke City, issa daħlu wkoll Arsenal fit-tellieqa biex jakkwistaw lil dan il-plejer internazzjonali mir-Repubblika Ċeka. Jankto għandu kuntratt ma' Udinese sal-2019 iżda huwa mifhum li huwa se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu b'sentejn oħra. Kemm Stoke City kif ukoll Arsenal jistgħu jagħmlu offerta ta' madawr £12-il miljun għal dan il-plejer.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017