Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Aħbarijiet Revokat il-ħelsien mill-arrest lis-Serb li ta daqqa ta' tazza lil Ryan Magro Id-deċiżjoni biex jinħeles is-Serb ma niżlet tajjeb xejn lanqas ma' diversi uffi ċjali tal-Pulizija, speċjalment mill-membri tar-Rapid Intrervention Unit FL22:00 tal-Ġimgħa filgħaxija sar rikors b'urġenza li nstema' mill- Avukat Ġenerali, sabiex jiġi revokat il-ħelsien mill- arrest li ngħata lis-Serb Srdan Simic, akkużat li ta daqqa ta' tazza lil Ryan Magro. Is-Sibt filgħodu, l-Imħallef Edwina Grima ordnat ir-ri-arrest tal- akkużat. L-avukat Roberto Montalto deher għall-akkużat, filwaqt li l-avukati Franco Debono u Yanika Vidal dehru parte civile għall-vittma. Dan wara li nhar il- Ġimgħa il-Qorti tat il- ħelsien mill-arrest lil Simic, ħaġa li qajmet kontroversja u reżistenza mhux mhux biss mill-familjari u l-ħbieb ta' Magro u mill-publiku, iżda anke minn ġo ħdan il- korp tal-Pulizija stess. Ta' min jinnota li l-Qorti tista' ma tagħtix ħelsien mill-arrest għal raġunijiet ta' biża' li l-akkużat jaħrab, jew li jerġa' jagħmel xi att kriminali ieħor. Żewġ affarijiet li Simic seta' faċilment għamel. Fid- dawl ta' dan, infatti ta' min wieħed jinnota li l-akkużat kien diġà qaxxar xagħru u l-leħja, tant li ma kienx jintagħaraf mir-ritratti li kien mxerrda fuq il-mezzi tax-xandir u diversi siti. Intant, l-ILLUM tinsab infurmat li d-deċiżjoni biex jinħeles is-Serb ma kienet niżlet tajjeb xejn ma' diversi uffiċjali tal-Pulizija, speċjalment mill-membri tar-Rapid Intrervention Unit. Mal-ILLUM sorsi qalu li l-uffiċjali tal-RIU sostnew li l-periklu li huma qed ipoġġu lilhom infushom fih kuljum, qed jiġi injorat ripetutament. L-akkużat kien diġà qaxxar xagħru u l-leħja sabiex ma jintgħarafx Ritratt: tvm.com.mt 'Ma kienx hemm indħil politiku fil-każ tad-drogi f 'Għawdex' Xhieda identifi kati mill-gazzetta Maltatoday mhux intervistati ILBIERAĦ il-Gvern ippubblika r-rapport tal- inkjesta fl-allegazzjonijiet ta' indħil politiku f 'każ ta' traffikar ta' droga, li wasal għall-konklużjoni li ma kien hemm l-ebda tip ta' indħil. Kemm il-Ministru Anton Refalo u l-Minstru Manuel Mallia, ċaħdu li jafu xi ħaġa dwar il-każ. Ir-rapport ma jagħmel ebda referenza għas-seduti li saru kemm ma' Refalo u anke ma' Mallia, anke jekk ittra li ntbagħtet lill-PM Joseph Muscat tiżvela illi fil-fatt, iżewġ ministri kienu ġew mistoqsija diversi mistoqsijiet. John Vassallo, eks kandidat Laburista li mexxa l-inkjesta ikkonferma li Refalo u Mallia kienu dehru quddiem il-bord, imma li x-xhieda tagħhom "ma kinitx taffetwa l-konklużjonijiet tar-rapport." Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista iddeskriva l-inkjesta bħala 'cover up' u qal li din lanqas biss sejħet għax-xufiera tal-Ministri Refalo u Mallia, il-pulizija involuti u lid-Deputat Nazzjonalista Chris Said. Intant il-Partit Laburista sostna li l-investigazzjonijiet isiru meta jkun hemm allegazzjonijiet u l-konlużjonijiet "għandhom ikunu rispettati irrispettivament minn jekk jogħġbux lill-Gvern jew lill- oppożizzjoni." F'kummenti, wara r-rapport d-Direttur Editorjali tal- Mediatoday qal li hu tkellem ma' Vassallo nhar l-14 ta' Marzu, meta reġa' tkellem dwar il-fatti dwar l-istorja li kienet żvelata fuq il-gazzetta MaltaToday. "Kont spjegajt li l-kwistjoni kienet dwar il-fatt li wieħed mill-persuni indikati fl-istqarrija tal- pulizija ta' Zael Vella, kien identifikat bħala traffikant tad-droga." Is-sorsi tal-gazzetta MaltaToday kienu qalu li Vella kienet emendat l-istqarrija li tat lill-Pulizija biex jitneħħa referenza għal żagħżugħ mill-Munxar, li kien iforniha bid-drogi. Il- bord qal li ma seta' jsib xejn li "jissodisfa l-allegazzjoni." Ir-rapport jgħid li Vella, kienet arrestata għall-pussess ta' droga waqt il-party bl-isem Caliente party fi Mġarr ix- Xini fis-16 ta' Ġunju, darba fil-11:50 am. u darba oħra fis-6:10 pm. L-ispettur Spiteri insista li Vella qatt ma marret għand il-Pulizija, direttament jew le." Fil-fatt, Vella qalet li kien l-għarus tagħha li ta d-drogi mingħajr ħlas. Christopher Vella mill- Munxar kien arrestat f 'Marsalforn f 'Settembru 2013 fuq pussess ta' kannabis, biċ-ċitazzjoni tal-Pulizija tinħareġ tliet xhur wara u sentenza tal-Qorti fl-2014. L-inkjesta qalet li l-Pulizija dejjem segwiet proċedura stabbilita fil-konfront tat-tliet żgħażagħ. L-inkjesta qalet ukoll li l-Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar ċaħad li kien hemm pulizija li kien qed jakkumpanja lill-Ministru ta' Għawdex f 'Ottubru 2013.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017