Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Tkompli minn paġna 1 ILKABINI tal- vot li mdorrijin nivvutaw fihom fil-klassijiet, li ġeneralment ikunu tal-injam u bil-purtiera warajhom, b'numru ta' struzzjonijiet imwaħħlin magħhom, ukoll mistennija jinbidlu. Fil-fatt, post dawn il-kabini tal-injam se jittieħed minn kaxxi oħrajn magħluqa iżgħar impoġġija fuq imwejjed fil-klassi jew post tal-votazzjoni, bl- istruzzjonijiet stampati fuqhom. Dan m'għandux inaqqas il-privatezza waqt li wieħed ikun qed jivvota minħabba li din il-kaxxa għandha tkun magħluqa. Il-metodu ta' kif il-kap tal- post tal-votazzjoni jibgħat l-informazzjoni dwar kemm ivvutaw persuni sa ħinijiet partikolari matul il-ġurnata wkoll se jiġi faċilitat. Din l-informazzjoni mbagħad tintuża mill-Kummissjoni Elettorali sabiex jinħarġu listi uffiċjali ta' kif kien it- turn out għal dik l-elezzjoni sa ħinijiet partikolari, ġeneralment fis-sagħtejn ta' waranofsinhar u l-għaxra ta' fil-għaxija, ma' tmiem il-votazzjoni. Mistennija, li għall-elezzjoni li ġejja, kemm jekk issir f 'Novembru li ġej jew inkella fl-2018, ikun hemm app apposta sabiex il-kap tal-post tal-votazzjoni jibgħat l-informazzjoni mitluba f 'ħinijiet partikolari. Minħabba l-faċilità tal-mod kif tingħata l-informazzjoni, mhux eskluż lanqas li dawn il-listi jiżdiedu fil-frekwenza tagħhom u jinħarġu b'mod iktar spiss. Bidla oħra li l-votanti mistennija jaraw fil-kmamar tal-vot f 'jum l-elezzjoni huwa l-uċuh tal-kandidati esposti għall-benefiċċju tal-votanti. Minflok dawn ikunu mwaħħla mal-ħajt b'mod alfabetiku u skont il-partit li ħerġin minnhom bħala ritratti, dawn se jkunu qed jitwaħħlu bħala poster wieħed maħruġ direttament mill-Kummissjoni Elettorali. Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum lill-uliedna l-iskola, dan' tal-aħħar, saħansitra jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem. "Dawn is- sistemi ma jgħinux lit-tfal, imma sempliċiment qed jgħidulhom biex tirribella mingħajr ma jaqbduk, jew inkella li eventwalment, se tpattihielhom." Dwar dan, allura Bugeja tiġi mistoqsija jekk ikunx aħjar li sempliċiment tiġi mtejba s-sistema edukattiva ta' bħalissa. Għal dan, l-omm tgħid li waqt li l-Att dwar l-Edukazzjoni l-ġdid, mistenni jdaħħal numru ta' bidliet, dan huwa xi ħaġa li fuq il-karta jidher mod, iżda mbagħad, fil-verità meta jiġi implimentat, ikun ħaġa oħra. "In-nies involuti fl-edukazzjoni huma ħafna, u l-modi kif huma mdorrijin li jwasslu l-edukazzjoni lit-tfal diffiċli ħafna biex jinbidlu. Dan huwa proċess li jirrikjedi s-snin sabiex jinbidel," issostni Bugeja. Tinsisti li mhux qed tgħid li s-sistema edukattiva f 'pajjiżna, iżda biss li, "hemm min iħoss li l-familja tiegħu jista' jkollha ħafna aħjar minn hekk." 'It-tfal jispiċċaw jissoċjalizzaw biss fil-brejk' Huwa fatt magħruf li meta t-tfal imorru l-iskola, dawn jitgħallmu għadd ta' ħiliet oħra minbarra l-akkademika, u għaldaqstant, Bugeja, meta mistoqsija dwar dan, tgħid li l-edukazzjoni fid- dar ma jfissirx li se tkun qed issir kompletament fid-dar, iżda permezz ta' diversi attivitajiet, it-tfal jitgħallmu ċerti ħiliet tal-ħajja, minbarra li jattendu għadd ta' lezzjonijiet oħra, bħal żfin u sport. Iżżid tgħid kif, "fil-verità, huma biss dawk il-kwarta, għoxrin minuta tal- brejk li t-tfal ikunu qed jissoċjalizzaw flimkien meta jmorru l-iskola, għaliex il-kurrikulu huwa vast wisq sabiex l-għalliema jagħtuhom ċans biex jissoċjalizzaw." Tilmenta wkoll dwar il-fatt li l-ħajja skolastika hija mimlija u impenjata wisq għall-istudenti u tiddeskriviha bħala 'gas down' minn ħaġa għall-oħra. L-edukazzjoni fid-dar, tkompli tgħid Melissa Bugeja, mhix sempliċiment limitata għall-ewwel ftit snin tall- edukazzjoni formali, iżda tgħid li huwa f 'idejn il-ġenituri li jiddeċiedu, u saħansitra jista' jibqa' għaddej fis- sekondarja. Minħabba li s-suġġetti jkomplu jiżdiedu u jsiru iktar diffiċli, tgħid kif jistgħu jiddaħħlu sistemi ta' tagħlim maqsum bejn il-ġenituri, b'dawk li jkunu intiżi fuq suġġett, jagħtu dawn il-lezzjonijiet huma. Bugeja kompliet tgħid li kien hemm għadd ta' ġenituri li wrew interess f 'din it-tip ta' edukazzjoni, b'ammont sostanzjali, li jqarreb is-600 persuna li avviċinaw lill-Assoċjazzjoni sabiex jiksbu iktar informazzjoni. Melissa Bugeja ttemm tgħid li bil- liġi l-ġdida dwar l-edukazzjoni li mistennijja tiddaħħal fiż-żmien li ġej, il-home schooling se jkun fil-fatt disponibbli għall-istudenti, biss jekk il-ġenituri jimpjegaw għalliema biex jipprovdi din l-edukazzjoni fid-dar. Daqshekk ivvutajt wara l-purtiera

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017