Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum Sports 29 TOTTENHAM Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane komplew jikkonsolidaw it-tieni post fil-klassifika meta umiljaw lil Watford hekk kif għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Dele Alli, Eric Dier u minn doppjetta ta' Heung-Min Son. Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu l-isfida ta' Hull City bl-iskor ta' 3-1 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Sergio Aguero, Fabian Delph u minn auto-gowl tal-plejer ta' Hull Cuty, Ahmed El Mohamady. Min-naħa l-oħra l-uniku gowl għat- Tigers wasal minn Andrea Ranocchia fil-85 minuta. Liverpool barra minn darhom dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 bil-gowls għar- Reds jaslu minn Philippe Coutinho u minn Roberto Firmino fis-70 u fit-72 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal Stoke City wasal minn Jonathan Walters fl-44 minuta. Southampton barra minn darhom għelbu lil WBA bl-iskor minimu ta' 1-0, bil- gowl għalihom jasal minn Jordy Clasie fil-25 minuta. West Ham United ġewwa darhom fl-Olympic Stadium għelbu lil Swansea City bl-istess skor ta' 1-0, bil- gowl għalihom jasal minn Cheikhou Kouyate fl-44 minuta. Il-partita bejn Middlesbrough u Burnley intemmet fi draw ta' mingħajr gowls. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Empoli u Pescara temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għal Empoli jasal minn Omar El Kaddouri wara disa' minuti waqt li Pescara ġabu l-iskor indaqs fil-31 minuta permezz ta' Gianluca Caprari. Kollox lest għas-seba' edizzjoni tal-Goalkeeper Battle li se ssir għall-ewwel darba bil-lejl minn Cristian Antony Muscat LEKS goalkeeper internazzjonali Malti, Mario Muscat, reġa' ngħaqad ma' eks goalkeeper ieħor Simon Grech biex jiffinalizzaw il-Goalkeeper Battle għas- seba' darba konsekuttiva, li din is-sena minħaba l-fatt li se tkun qed issir għall- ewwel darba bil-lejl fil-Luxol Stadium ingħatat l-isem ta' 'The Teamsport Goalkeeper By Night'. Dettalji ngħataw waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fi stabbiliment ewlieni f 'Ħ'Attard, li ġiet indirizzata mill-organizzaturi nfushom, Mario Muscat u Simon Grech, kif ukoll minn rappreżentant tal-Fondazzjoni Żemżem. Din il-kompetizzjoni hija opportunità għall-goalkeepers kollha minn disa' snin 'il fuq biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, itejbu l-ħiliet tagħhom u jieħdu gost waqt li jilagħbu l-isport favorit tagħhom, il-futbol. Dan għandu jservi wkoll bħala tarġa għall-parteċipanti kollha biex jistabbilixxu lilhom infushom fil-kampjonati nazzjonali ta' Malta kif ukoll f 'kampjonati barranin. Xejn inqas minn 160 goalkeeper ħadu sehem f 'kull edizzjoni tal-Goalkeepers Battle matul is-snin li għaddew, u din is-sena in-numru mistenni jkun wieħed indaqs. Dan huwa avveniment li huwa wkoll inkoraġġut u ssaportjat bl- aħjar mod mill-MFA għall- mod professjonali li bih jiġi organizzat. Dan l-avveniment se jiġi organizzat nhar is-Sibt 10 ta' Ġunju li ġej, u se jkun qed jinfetaħ mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius. Kif wieħed jista' jobsor, biex jiġi mtella' avveniment ta' din ix-xorta hija meħtieġa għajnuna finanzjarja sostanzjali, fejn Mario Muscat u Simon Grech li bħalma ġara fl-aħħar snin, matul din is- sena huma sabu wkoll numru ta' sponsors li għenuhom bis- sħiħ biex dan l-avveniment seta' tabilħaqq isir realtà. U għal din l-edizzjoni, bħal m'għamlu fl-aħħar żewġ edizzjonijiet konsekuttivi, l-organizzaturi se jkunu qed imorru pass oltre, hekk kif waqt li t-tfal se jkunu qed jieħdu gost u jilagħbu l-futbol huma se jkunu qed jgħinu lill- Fondazzjoni Żemżem, li hija organizzazzjoni volontarja reġistrata li tgħin tfal u adulti li qed jingħataw trattament għall-marda qerrieda tal- lukimja. Dan se jsir billi persentaġġ mid-dħul finanzjarju li jasal mill-isponsors kif ukoll mill-miżata li t-tfal iħallsu biex jipparteċipaw f 'dan it- tourament se jkun qed imur għal din il-Fondazzjoni. Mistoqsi minn din il- gazzetta x'kien dak li wassal lill-organizzaturi biex jiddeċiedu li din il- Goalkeeper Beach Battle tiġi organizzata bil-lejl għall- ewwel darba, Mario Muscat wieġeb li huma jemmnu li dan il-fatt għandu joffri element ikbar ta' eċitament għal dawk li se jieħdu sehem f 'din il-kompetizzjoni, speċjalment għal dawk ta' etajiet żgħar. Rimarkabbli huwa l-fatt li fis-snin l-imgħoddija f 'din il-Goalkeeper Battle, ipparteċipaw goalkeepers li matul dawn l-aħħar snin għamlu ċertu isem fil-football Malti fosthom fosthom Matthew Calleja Cremona, David Cassar u Daniel Balzan. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Mario Muscat u Simon Grech ħeġġew lil dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f 'din il-Goalkeeper Beach Battle, biex jiġbru l-applikazzjonijiet tagħhom mill-klabbs u n-nurseries kollha ta' Malta, kif ukoll minn Teamsport fl-Iklin u minn Di Milano ta' Raħal Ġdid. Tottenham Hotspur jikkonsolidaw it-tieni post b'rebħa kbira fuq Watford RIŻULTATI Is-Sibt 8 t'April Tottenham H. vs Watford 4-0 Manchester C. vs Hull City 3-1 Middlesbrough vs Burnley 0-0 Stoke C. vs Liverpool 1-2 WBA vs Southampton 0-1 West Ham U. vs Swansea C. 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 9 t'April 14:30 Sunderland vs Man. U. 17:00 Everton vs Leicester C. It-Tnejn 10 t'April 21:00 Crystal P. vs Arsenal Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 8 t'April Empoli vs Pescara 1-1 Il-Ħadd 9 t'April 12:30 Sampdoria vs Fiorentina 15:00 AC Milan vs Palermo 15:00 Bologna vs Roma 15:00 Cagliari vs Torino 15:00 Crotone vs Inter 15:00 Udinese vs Genoa 20:45 Lazio vs Napoli Dele Alli jiftaħ l-iskor għal Tottenham Hotspur r-rebħa ta' 4-0 fuq Watford

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017