Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Sports 30 Illum issir l-ASMK Demolition Derby ILLUM il-Ħadd 9 t'April, l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' se tkun qed torganizza s-sitt attività mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Matul dan il-programm li se jieħdu sehem fih il-karozzi Autocross u Muturi Motocross, l-Assoċjazzjoni se tkun qed tibdel ftit il-mod kif isiru t-tiġrijiet. Dan qed isir biex spettaturi li jiġu jaraw il-karozzi u viċi-versa ma jiddejqux jistennew bejn tiġrija u oħra. Għaldaqstant, illum il-programm se jibda fid- 9.00am bil-Muturi Motocross waqt li l-Karozzi Autocross jibdew f 'nofsinhar. Dan qed isir ukoll biex il-programm jingħalaq bid- Demolition tal-karozzi żgħar li mistennija tibda fit-3:30pm. Għal din l-edizzjoni tad- demolition, irreġistraw 19-il karozza li ma jkunux ikbar minn erba' metri (13-il pied). Fil-fatt, din tissejjaħ id-demolition tal- karozzi żgħar għall-fatt li hemm qies marbut mal-karozza ta' x'wieħed jista' juża f 'din l-attività. Bħas-soltu, l-Assoċjazzjoni tagħti ftit ċans lill-karozzi jiġu esebiti billi jduru żewġ dawriet mal- korsa qabel jibdew l-aħħar vjaġġ tagħhom lejn l-iscrapyard fejn jiġu mqattgħin u riċiklati għall- ħadid. Intant, nhar il-Ħadd li għadda t-2 t'April, l-Assoċjazzjoni organizzat it-tielet attività mill- Kampjonat ASMK Pasta Poiatti mis-sezzjoni trials liema attività saret fil-Barriera tal-Qassis ta' Ħondoq ir-Rummien fil-Qala Għawdex fejn ikkkompetew disa' riders kompetituri maqsuma fi klassi Novices u l-oħra għal riders b'ħiliet u esperjenza f 'dan il- qasam. Fi Klassi A kellna dawn ir-riżultati - Damon Bonello fuq mutur Gas Gas rebaħ il-klassi A segwit mit-Taljan Antonio Leonardi fuq mutur Gas Gas ukoll. Fit-tielet post daħal Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas filwaqt li fir-raba' post daħal Rowen Bonello fuq mutur Beta. Fi Klassi B rajna lil Daniel Inguanez fuq mutur Beta jirbaħ din il-klassi segwit minn Tony Curmi fit-tieni post fuq mutur Beta wkoll. It-tielet post intrebaħ minn Manuel Camilleri fuq Mutur Gas Gas. Yazmin Zammit Stevens u Kieran Mifsud jieħdu sehem b'suċċess f 'kamp ta' taħriġ f 'Ruma FILĠIMGĦAT li għaddew, żewġ atleti mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting, Yazmin Zammit Stevens u Kieran Mifsud kienu f 'Ruma fl-Italja fejn hemmhekk tħarrġu mat-Tim Nazzjonali Taljan tal-Weightlifting għal tul ta' ħames ġimgħat bi tħejjija għall-Kampjonati Ewropej li jmiss li qed isiru fi Split, fil- Kroazja. Din il-kompetizzjoni hija l-ewwel waħda internazzjonali maġġuri għall-weightlifting din is-sena, u tintemm propju llum id-9 t'April. Din il-kompetizzjoni hija wkoll waħda li serviet bħala waħda ta' kwalifika għall- CWG2018, li b'hekk jagħmel il- kompetizzjoni aktar importanti kemm għal Zammit Stevens kif ukoll għal Mifsud, li t-tnejn jinsabu f 'forma tajba ħafna biex jikkwalifikaw. Dan il-kamp ta' taħriġ ma setax ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), SportMalta u l-ħbiberija kbira li teżisti bejn il-Federazzjoniji Maltija u dik Taljana tal- Weightlifting. Ukoll, fl-aħħar jiem, Rodmar Pulis u Matthew Camilleri pparteċipaw f 'kors ta' livell għoli fil-weightlifting organizzat mill-Federazzjoni Ewropea fil-belt ta' Kosice, fis- Slovakkja. L-Għaqda Maltija tal-Weightlifting qed taħdem qatigħ billi tinvesti f 'dan it-tip ta' seminars biex tipproduċi kowċis ta' aktar esperjenza biex jaħdmu f 'dan il-qasam. Yazmin Zammit Stevens Alamein Road, Pembroke PBK 1776 Receptionists Wanted We are currently looking for fulltime and part- time receptionists. Applicants must have: an A-level of education or equivalent knowledge of Microsoft Word & Excel proficient spoken and written English Please send a CV with a covering letter to: recruitment.malta@sprachcaffe.com Alamein Road, Pembroke PBK 1776 Assistant DoS We are seeking to employ an Assistant DoS with the following prerequisites: Have taught a minimum of 1,000 hours of EFL at different levels Be in possession of a CELTA/Cert TESOL or higher qualification Knowledge of Microsoft Word & Excel Interested parties should send a full CV and a letter of application by email to recruitment.malta@sprachcaffe.com Kieran Mifsud

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017