Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Intervista 12 Mill-prekarjat sal-paga minima... M arie Louise Coleiro Preca, il-Qriema kienu jaħilfu biha. Morru Ħal Qormi, staqsu u tkunu tafu. Coleiro Preca illum tokkupa l-ogħla kariga tal- pajjiż u għalkemm hawn bħal donnu qbil nazzjonali li hija l-persuna idonea biex tokkupa din il-kariga, s-sitt distrett ħalliet vojt ta' kważi 6,000 vot u magħhom ħafna lealtà, għall-Partit Laburista. Robert Abela, huwa wieħed minn dawk il-kandidati li se jkun qed jidħol l-ġirja distrettwali, għal dawk il- voti u l-2,000 vot tan-Nutar Charles Mangion li, kollox jindika, li mhux se jkun qed joħroġ għall-elezzjoni. L-ILLUM tiltaqa' miegħu biex tifhem eżatt min hu dan il-kandidat 'stilla', x'jirrapreżenta u jekk hux interessat biss li jkompli xi forma ta' dinastija minn missieru, jew inkella jridx jagħmel vera differenza. Appoġġjajt lil missieri...imma ma jiddispjaċini xejn li tela' Joseph Nibda l-intervista billi nieħdu lura fiż-żmien u nfakkru li l-attiviżmu tiegħu fil-Partit ma kienx minn dejjem. Beda mill-2008, minn meta Joseph Muscat kien elett Mexxej tal-Partit Laburista. Għalfejn? Ħassu skomdu fil-Partit Laburista qabel dak iż-żmien? "Kont għandi żgħir u ċ-ċirkostanzi ta' dakinhar jafhom kulħadd," jibda jgħid Abela, b'referenza għall-fatt li missieru, l-President Emeritus u eks Deputat Mexxej tal-PL George Abela, kien kisirha xi ftit mhux ħażin mat-tmexxija tal-PL meta rreżenja fl-1998. Abela ma kienx qabel li l-partit kellu jmur għal elezzjoni kmieni dik is-sena, fl-eqqel tal-kriżi politika li kien qed jiffaċċja l-PL u l-eks PM Alfred Sant. "Jien kont immur nagħmel dmiri u nivvota lill-PL," jgħid il- kandidat għall-elezzjoni, "imma ta' min infakkrek ukoll li fil-bidu tat-tmexxija ta' Muscat ma kontx involut. Fil-fatt, infakkrek ukoll li jien ħdimt kontra Muscat u appoġġjajt lil missieri fl-elezzjoni għall-għażla ta' mexxej ġdid fl-2008." Illum, kważi 10 snin wara, jiddispjaċieh li ma kienx appoġġja lil Muscat li minn dakinhar kiseb rebħiet kbar għall-PL? "Naturalment jien appoġġjajt lil missieri, imma le, assolutament ma jiddispjaċini xejn. Ma' Joseph Muscat għandi relazzjoni ta' ħbiberija u għandna fiduċja assoluta f 'xulxin." 'Ivvutajt biex Malta tissieħeb fl-UE' Lil hinn mill-avvenimenti li kienu jikkonċernaw lil missieru, forsi kien hemm xi raġunijiet oħrajn għalfejn Abela żamm lura mill-attiviżmu fil-partit qabel l-2008? Nistaqsih, mill-ewwel, kif ivvota fir-referndum biex Malta issir membru tal-Unjoni Ewropea u r-risposta tiegħu tkun ċara u inekwivoka. "Jien kont favur... ivvutajt favur is-sħubija ta' Malta fl-UE." Illum Abela se jkun kandidat ma' partit li 12-il sena ilu ried il-partnership. Vera li nbidlet it- tmexxija, imma nirrimarka li xorta jibqa' l-partit li ma riedx sħubija fl- UE. 'Tħossok komdu?' nistaqsih. "Inbidlet mhux biss it-tmexxija, inbidlet ukoll il-pożizzjoni tal-partit fuq din il-kwistjoni. Jien ngħid li l-pożizzjoni kellha tinbidel dakinhar tar-referendum u għax ma ġarax hekk, bata l-konsegwenzi l-Partit." X'qed jgħid Abela? Li kieku biddel il-pożizzjoni u aċċetta li jkompli bil-proċess ta' sħubija fl-UE il-Partit Laburista kien jirbaħ fl-2003? "Kien ikollu ċans li jirbaħ. Imma llum," jgħid wara pawża ta' ftit sekondi, "il- kwistjoni hija waħda ta' tant snin ilu. Ilha li ndifnet." Apparti Alfred Sant kien hemm ukoll Joseph Muscat li ma kienx jaħsibha bħalu fuq din il-kwistjoni imma Abela jasserrixxi li llum Muscat, fit-tmun tal-Presidenza Maltija tal-UE, "naħseb konvint iktar minn kulħadd dwar il- pożizzjoni ta' Malta fl-UE." Il-Presidenza tal-UE 'prestiġju' imma mhux se trebbaħ elezzjoni La qed nitkellmu fuq l-UE ma nistgħux ma nsemmux il-fatt li Malta bħalissa qed tmexxi l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew. Imma kemm qed tkun effetiva Malta? Iħoss li Malta qed tmexxi l-Presidenza b'mod sodisfaċenti? U n-nies fit-triq u li jiltaqa' magħhom hu stess, jimpurtahom mill- Presidenza? "Il-Presidenza hija ta' prestiġju għal pajjiżna, hija relevanti ħafna għall- profil ta' Malta li b'hekk telgħet skala 'l fuq," jibda jgħid il-kandidat tal-PL. Jgħid li jemmen li l-poplu qed isegwi u li jħossu kburi bil-fatt li Malta tinsab fit-tmun. L-għidut ilu jdur li l-elezzjoni ġenerali taf tiġi wara li tispiċċa l-Presidenza, għax kif qal Abela stess, il-pajjiż ikun bena profil u miegħu jkun bena profil ukoll Muscat. Imma, nkunu skjetti issa, presidenza se trebbaħ elezzjoni? In- nies se jivvutaw għax il-Presidenza kienet suċċess? Abela jwieġeb fin-negattiv. "Il- poplu se jivvota għall-ħidma li seħħet matul dawn l-erba' snin li għaddew, għall-ħolqien tax- xogħol, għall-ekonomija, għat- tnaqqis fil-mediċini out-of-stock, għaċ-child care...dawk l-affarijiet u l-kwistjonijiet kollha li jolqtu lin- nies fil-ħajja ta' kuljum." 'L-akbar domanda bħalissa huwa jekk il-ġid hux jasal għand kulħadd' Fuq l-istess tema, Abela jkompli jisħaq li l-familji meta jivvutaw iħarsu lejn il-livell t'għajxien tagħhom u jekk dan tjiebx. Huwa jgħid li l-familji jħarsu lejn kif qed jgħixu u lejn il-kapriċċi, "kemm jekk per eżempju jmorru jieklu barra, jekk isiefrux, iż-żieda fil- pensjonijiet.." Imma nfakkru li n-nies kienu jmorru jieklu barra u jsiefru u jagħmlu l-kapriċċi taħt in- Nazzjonalisti wkoll. Allura x'differenza hemm bejn qabel u issa? "Hemm differenza kbira u sostanzjali fil-ħajja li qed jgħix il- poplu llum. Vera, għad fadal min jinsab fil-faqar," jammetti Robert Abela, "imma jinħass titjib kbir. Il- pajjiż għamel qabża kbira u l-Gvern ħa diversi miżuri, mhux biss dawk li diġá semmejt imma wkoll ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma." Minkejja dan, nistaqsi jekk iħossx li ekonomija b'saħħitha hux biżżejjed biex partit jirbaħ elezzjoni. Nistaqsi jekk il-Gvern preżenti hux qed jagħmel l-istess żball ta' Gvernijiet Nazzjonalisti, fis-sens li jħares lejn l-istampa l-kbira u jitfa' lil kulħadd fl-istess keffa, taħt l-istess ċifri sbieħ. "L-effett tat-tkabbir jinħass mal- pajjiż kollu. L-akbar domanda li hemm illum hija jekk it-tkabbir ekonomiku hux qed jinżel fil-livelli kollha tas-soċjetà. Irridu nammettu li l-faqar għadu jeżisti," jerġa' jisħaq Abela bħallikieku jrid jagħmilha ċara li mhux qed jimplika li kollox ward u żahar. "Irridu naraw u nistqasu lilna nfusna kif għad hawn min qed jgħix fil-faqar." Paga minima: Jew illum jew qatt Idur mill-ewwel għall-kwistjoni tal-paga minima u jafferma immedjatament li jemmen li "l-paga minima għandha tiżdied." Dan jitfa' lill-kandidat, Abela fermament m l-għaqdiet u l-individwi tax-xellug li qed jippropogaw din iż-żieda. Infakkru, iżda li fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru u anke fost il- unjins, teżisti l-biża' li żieda fil-paga minima twassal għall-pressjoni biex jiżdiedu pagi oħrajn, xi ħaġa li tista' tkun detrimentali għan-negozji u l-kompettitività. Abela kif iwieġeb għal dan it-tħassib? "Naraha u nifimha iva din id- diffikultà, imma jiena nemmen ukoll li issa huwa l-mument. Jekk żieda fil-paga minima ma ssirx illum, ma ssir qatt." Kirjiet: Il-kontrolli mhumiex soluzzjoni Induru fuq suġġett ieħor; l-għoli, xi minn daqqiet li jiżboq il-100%, fil-kirjiet privati. Vera li dan ġara għax hawn domanda għax-xogħol u ekonomija vibranti, imma issa mur prova fiehem lil min kellu jitlaq minn kirja għax għoliet wisq u ma jistax jieħu self mill-bank. Mur spjega kemm hu tajjeb is-surplus lil min ma jista' qatt jinvesti f 'saqaf fuq rasu. Abela, kemm iħoss li din problema? Jibda billi jsejjħilha 'sfida li rridu nindirizzaw flimkien' għalkemm jagħmilha ċara, immedjatament u ma jħalli ebda dubju li kull forma ta' kontroll, hekk kif kienet proponiet Yana Mintoff, m'għandhiex issir. "Il-mument li tipprova tikkontrolla l-kirjiet se jqumulek is-sidien, se jikkontestaw id-deċiżjoni u se jkollhom raġun." Jammetti li din il-kwistjoni hija waħda diffiċli biex tinstabilha soluzzjoni li tmur lil hinn minn 'tbagħbis' fis-suq għalkemm jagħti indikazzjoni li jemmen li s-soluzzjoni tinstab fis-sussidji li diġà qed jingħataw. U kemm jiltaqa' ma' ilmenti dwar housing Abela meta jkun qed jiltaqa' man-nies? "Hija waħda mill-kwistjonijiet prinċipali fis- sitt distrett," jammetti. Mistoqsi jekk iħossx li l-proġett ta' €50 miljun li għadu kif beda x-xogħol fuqu l-Gvern permezz tal-iskavar f 'Ħaż Zebbuġ u li se jkun l-akbar proġett ta' housing li sar fil-pajjiż kellux ikun aktar spedit, Abela jwieġeb mill-ewwel li "kien hemm prioritajiet oħrajn." Prioritajiet aktar minn saqaf fuq ras in-nies? "Kellek id-dejn nazzjonali, tant li Malta kienet fil- proċedura ta' defiċit eċċessiv, kellek l-Enemalta bi €800 miljun dejn. Kieku kkollassat, kien ikollok effett Issa huwa l-mument...jekk żieda l-paga minima ma ssirx illum, ma ssir qatt " " Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017