Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 22 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aries, u ovvjament int se tkun f 'dan il-perjodu, se joffrulek opportunità pożittiva mmens f 'kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat, int se tiltaqa' imma jekk dejjem int temmen fik innifsek iktar u iktar, jekk int temmen li jistgħu jinqalgħu xi problemi u dan jista' jiġri. Int kontra kollox tkun kapaċi tgħeleb kull ostaklu li jiġi. Dan huwa l-aqwa żmien fl-astroloġija għalik sabiex int tagħraf iktar il- kontroll tiegħek innifsek, u hekk int tikber aktar fik innifsek. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Gemini Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aries, int trid toqgħod ftit iktar attent minn dak li forsi s-soltu, ma kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa. Trid tagħraf li int qiegħed kantuniera 'il bogħod minn Taurus u minħabba f 'hekk, l-effett li Aries qiegħda bħalissa f 'postha, int se tkun affettwatha sabiex sitwazzjonijiet ta' inqas importanza, toqgħod ftit iktar attent minn dak li jista' joħroġ minnhom. Aħjar tkun ftit aktar imħejji u ovvjament tagħti ftit iktar attenzjoni minn dak li jista' joħroġ minnhom. Aħjar tkun ftit iktar imħejji u ovvjament tagħti ftit iktar attenzjoni sabiex tkun tista' tissaħħaħ madwarek. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Cancer Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aries, għalik san se jkun ifisser li trid trattab aktar ir-ras iebsa li int jaf ikollok minn mument għall-ieħor. Dan għaliex taħt dan iż-żodijaku, aktar minn qatt qabel se jkun effettiv ċertu ebusija fik u dan jaf ikun ta' ħafna xkiel kemm mil-lat ta' karriera, u wisq aktar jekk għandek relazzjoni. Għalhekk, int taf li jista' jkollok aktar mument fejn tista' twebbes ir-ras iebsa, dan ipprova ċekknu. Uża aktar moħħok milli tuża qalbek. Hekk biss int tista' timxi iktar 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Leo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aries, għalik ukoll għandek ftit ta' taqbida sabiex tagħrad iktar timxi b'moħħok milli b'qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat, qalbek ħalliha ġo xi kexxun, sabiex int tkun tista' timxi fuq dak li taħseb bil- għaqal, bil-moħħ, u jekk int jirnexxilek tagħmel dan, se tasal f 'aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kont kieku tuża dak li jiġi madwarek bil-qalb. Importanti li tagħraf dan l-istadju għax dan jaf ikun ta' mera għall-futur qarib tiegħek. Agħraf aktar dan il-mument. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Virgo Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aries, għalik din, waqt li se toffrilek toroq aktar miftuħa ta' opportunitajiet, kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk int għandek relazzjoni taħt dan iż-żodijaku, anke hawnhekk se jkun xejra ta' tibdil pożittiv. Però bħalissa, l-aktar li qiegħda tispikka hija linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil pożittiv għalik però int trid tkun moħħok ferm iffukat sabiex tkompli tibbrilla fil- qasam ta' madwarek. Agħraf it-tkattir dan il-perjodu li riesaq lejk. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Libra Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li beda ż-żmien ta' żodijaku tal-istill ta' Aries, għalik dan ifisser li se tiċċaqlaq iktar lejn l-istabbiltà ta' dak li int qiegħed tant tiffoka fuqu. Issa dak il-perjodu, li grazzi għaż-żodijaku ta' Aries, int se tkun iffukat fuq il-madwar tiegħek aktar mis-soltu, u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ, però trid tagħraf iżżomm bilanċ mat-tkomplija ta' ħajja ta' madwarek. Żbilanċ jaf joħloq kumplikazzjonijiet. Tippermettix dan meta int riesaq lejn dak li dejjem xtaqt. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Sagittarius Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Issa li beda ż-żmien ta' żodijaku tal-istill ta' Aries, int għandek tagħraf iktar l-abbiltà tiegħek fejn ma tantx għandek f'dan il-perjodu tagħraf timxi fuq pariri ta' ħaddieħor, li tisma' parir dejjem huwa ta' linja gwida imma asal s'hemm. Taħt dan iż-żodijaku, int għandek tkun b'saħħtek biżżejjed sabiex tasal għall-konklużjonijiet kważi mingħajr ebda pariri ta' xejn. Għalhekk, dan huwa żmien sabiex int tagħraf titkattar aktar bl-abbiltà tiegħek, kemm fil-ħajja personali ta' madwarek u kemm wisq iktar fil-karriera tiegħek. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Scorpio Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aries, int se ssib dan il-perjodu ta' madwarek se jkun iktar stabbli minn dak li jkun is-soltu, u hekk kif int tagħraf dan il-perjodu ta' stabbiltà , agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aktar aħjar kemm fil-karriera jew ħidma li int topera. Agħraf aktar sabiex issib l-ispazju għalik personali fejn anke ħin għal ċertu eżerċizzju, jekk int f'relazzjoni, dan huwa wkoll tajjeb. Għalhekk, agħraf aħtaf din l-opportunità stabbli li hemm ġejja għalik, u dan se jawguralek dak is-suċċess li tant tixtieq. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Capricorn Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Issa li beda ż-żmien ta' żodijaku tal-istilla ta' Aries, int tista' f'dan il-perjodu tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek, l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Għalhekk, ikun tajjeb li dan il-perjodu ddur dawra madwarek sabiex meta jasal aktar mument ta' pressjoni fil-karriera, int tkun iktar imħejji u iktar ma tkun imħejji, iktar tagħraf tilqa' dawn il-pressjonijiet li għandhom jersqu lejk. Agħraf dan il-perjodu u agħraf iżjed sabiex twettaq iżjed il-bżonnijiet prinċipali tiegħek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Aquarius Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aries, int trid toqgħod ferm attent tul dan il-perjodu kif tagħraf tiddeċiedi għal xi deċiżjonijiet li ġejjin fil-viċin tiegħek. Dan huwa perjodu delikat għalik li taqa' taħt din l-istilla meta tinsab taħt Aries. Din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik, għalhekk int trid tagħraf iżżomm kemm jista' jkun kawt sabiex kif spjegajt, ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla, u dan jaf ikun ta' inkwiet għalik fil-futur. Agħraf żomm dan il-perjodu kalm kemm tista' sabiex int tibqa' stabbli f'dan il- perjodu. Kulura favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Pisces Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aries, int se tħossok xi ftit imfixkel bejn dak li int fl-imħabba kellek fil-passat, għal dak li int għandek fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet taħt iż-żodijaku ta' Aries jafu joħolqu fik ftit ta' konfużjoni, għalhekk int għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent, għax jekk int se titfa' l-ħsibijiet lura għall-passat, taf tiftaħ ferita li tkun ta' dannu kbir fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk, agħraf biss f'dak li qiegħed u mhux f'dak li kont. Il-passat kien biss tagħlima. Imxi u ħares 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Aries Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Aries, int minħabba li din l-istilla hi ta' warajk, se toħloq xi ftit tensjoni madwarek iktar mis-soltu, u dan l-aktar li se jaffetwak huwa kemm mal-ħbieb tiegħek, imma jaf ikun aktar fir-relazzjoni li int għandek. Taf tkun ħafna iktar f'nervi u kollox bħal donnu tarah ġej ħażin. Issa jekk int tagħraf tilqa' għal dan li ġej, dan ikun perjodu qasir, imma jekk int titkaxkar mal-kurrent, din taf iddum sew madwarek. Agħraf din il-gwida ħalli tagħraf tikkumbatti u b'hekk, int issaħħaħ iktar. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Aries hi ta' għajnuna siewja għalik, ġejja minn Taurus Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju Ibagħtu l-kummenti tagħkom dwar il-paġna tiegħi u l-aħjar 7 kummenti mibgħuta minnhom jirbħu kopja tal-gazzetta Illum b'xejn. Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq pauljon.aquilina13@gmail.com PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Skont ta' €20 għal min jibbukja konsultazzjoni b'kamera tal-aħħar teknoloġija biex int tkun taf il- bżonnijiet għall-ġilda ta' wiċċek Din hi o erta għal it ġranet. Għal appuntament, ċempel 99013600 jew 79495804 Imwassal lilkom minn PaulJon Dan il-qamar kwinta ta' Aries huwa marbut l-aktar man-namur bejn kreaturi fejn joffri tkattir differenti Dan il-qamar kwinta ta' Aries joħloq ukoll kunċett ta' konċentrazzjoni fuq dawk li jaqgħu taħt l-istilla ta' Virgo, Sagittarius u Cancer Dan il-qamar kwinta ta' Aries jaf ikun minn banda oħra ta' ħafna ostakli fuq dawk li jaqgħu taħt l-istilla ta' Leo, Scorpio u Capricorn Dan il-qamar kwinta ta' Aries huwa wkoll ta' ispirazzjoni effettiva fuq dawk li jaqgħu taħt l-istilla ta' Gemini, Aquarius u Pisces Xi punti dwar il-qamar kwinta ta' Aries li jibda t-Tlieta 11 ta' April għall-ħabta tal-11.30pm u jispiċċa l-Ħamis għall-ħabta tal- 11.00pm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017