Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 24 Pjazzetta / Kummerċjali Fejn Jeħodna r-Riħ MILLISTESS produttur tas-suċċess teatrali Tikber u Tinsa fl-2015, issa jmiss Fejn Jeħodna r-Riħ – storja qawwija li se ddaħħqek u forsi anke taħsdek. Dan id-dramm malajr qajjem interess qawwi hekk kif fl-ewwel tlett ijiem kienu diġà nħatfu iktar minn 300 biljett! Dan id-dramm ġdid bil- Malti jdur mal-istorja ta' żewġ aħwa li għandhom biss lil xulxin...u bagalja tal- injam kull wieħed. It-tnejn li huma maħrubin. Jiġru minn post għall-ieħor mingħajr ma qatt iniżżlu l-ankri mkien. Ħadd ma jaf min huma, minn fejn ġejjin jew fejn sejrin. U wisq inqas x'hemm moħbi f 'dawk iż-żewġ bagalji li jġorru magħhom kull fejn imorru. Imma huwa l-kontenut ta' dawn il-bagalji li żamm liż- żewġ aħwa ħajjin u flimkien għal tmintax-il sena sħaħ. Iżda meta jaslu Malta, u jerħulha fuq l-iktar vjaġġ perikoluż ta' ħajjithom, il-passat tagħhom malajr jurihom li hu ħafna iktar b'saħħtu milli ħasbu...u jaf għandu l-aħħar ftit sorpriżi għalihom ukoll. Jista' qatt ikollhom jagħżlu bejn li jibqgħu ħajjin jew jibqgħu flimkien? "Din il-produzzjoni se tkun, fil-vera sens tal-kelma, lejla maġika għal min se jattendi,"qalilna l-kittieb Clive Piscopo li huwa wkoll wieħed mill-atturi. "L-udjenza mhux biss se jkollha spettaklu mill-isbaħ bl-ingredjenti kollha li jsawru storja tajba imma se tassisti għal ingredjenti oħra tassew, tassew speċjali." B'kitba ta' Clive Piscopo u b'direzzjoni ta' Lee-N Abela, il-kast eċċezzjonali ta' dan id-dramm jinkludi lil Clive Piscopo, Peter Galea, Eric Grech, Louise Fenech u Nichail Portelli, kif ukoll lil Keith Marshall, Gilbert Mallia, Chris Camilleri, Shana Kirsty Atkins, John Vassallo u Amanda Sammut Cachia. Dan id-dramm huwa parti mill-programm ta' Spazju Kreattiv u se jittella' nhar il-21, 22, 23 u 27, 28, 29, 30 ta' April. Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn www. kreattivita.org PREZZ: 16€ – 18€ Agenda Grand Book Sale b'risq Puttinu Cares AGENDA Bookshop għal darb'oħra qed torganizza l-akbar book sale f 'Malta b'riżq il-fondazzjoni Puttinu Cares. Dan l-avveniment ser isir ġewwa Pama Shopping Village il-Mosta. L-Agenda Grand Book Sale ser ikun miftuħ tul il-weekend tal-Għid bejn l-ħmistax u t-23 ta' April. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn l-10am u t-8pm, anke tul il- ġurnata tal-Għid. Kull ktieb ser jiswa bejn €1 u €25, u kull min jixtri ser ikun qed jgħin lill- fondazzjoni Puttinu Cares. Dawk li ser jattendu l-Agenda Grand Book Sale ser ikunu jistgħu jagħżlu minn eluf ta' kotba miktuba minn awturi prominenti u personalitajiet famużi. Ser ikun hemm selezzjoni ta' kotba għat-tfal, kotba tat- tisjir, ta' stejjer, tagħrif dwar is-safar, negozju, oħrajn akkademiċi, tal-arkitettura u ħafna aktar. Is-sena l-oħra inġabret is- somma ta' €3,000. Gawdi ġurnata b'xejn fid-Dubai Parks and Resorts ma' Emirates Holidays EMIRATES Holidays qed toffri biljett ta' dħul ta' ġurnata mingħajr ħlas għal waħda mir-resorts immexxija mid-Dubai Parks and Resorts ma' kull xiri ta' btala f 'Dubaj jew f 'destinazzjonijiet oħra offruti mill-Emirates. Klijenti li jibbukkjaw btala ma' Emirates Holidays u joqgħodu tal-inqas 2 iljieli f 'lukanda f 'Dubaj ser jingħataw biljett One Day Park Pass b'xejn. Il- klijenti jistgħu jagħżlu li jżuru wieħed minn dawn il-parks: MOTIONGATE™ Dubai; LEGOLAND® Dubai; Bollywood Parks™ Dubai; u LEGOLAND® Water Park. L-offerta hi valida għal biljetti li d-data ta' tluq minn Malta tkun sal-31 ta' Mejju 2017 u l-biljetti jridu jinxtraw sat- 18 ta' April 2017. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Id-Dubai Parks and Resorts hi destinazzjoni ġdida li toffri parks b'temi differenti u hi l-ewwel waħda tax-xorti tagħha fil-Lvant Nofsani. Id- destinazzjoni tinkludi 3 theme parks, waterpark, kumpless tal- ikel u divertiment, u lukanda ta' lussu. L-attrazzjoni saret tassew xi ħaġa li wieħed għandu jżur waqt li jkun f 'Dubaj. Għall-vjaġġaturi li jixtiequ jesperjenzaw Dubaj bħala waqfa qasira jew għal xi ftit jiem, Emirates Holidays qed toffri pakkett ta' 3 iljieli li jibda minn €699 għal kull persuna. Il-pakkett jinkludi titjiriet bir-ritron mal-linja tal-ajru Emirates, trasport minn u lejn l-ajruport, 3 iljieli akkomodazzjoni fil-lukanda ta' 3 stilel Rove Hotel, kolazzjon kuljum, taxxi u miżati oħra. Tuaco Opticians b'dehra ġdida fil-Belt Valletta WARA xhur ta' rinnovazzjoni metikoluża, il-ħanut ewlieni ta' Tuaco Opticians fi Triq Melita, il-belt Valletta, qed jerġa jilqa' l-klijenti għal nuċċalijiet u frames ta' disinjaturi ta' fama mondjali. Il-faċċata l-ġdida tal-ħanut ġiet imbaqqna biex taqbel mal-karatteristiċi tal-belt Valletta, li hi elenkata fil-lista ta' wirt storiku tal-UNESCO, filwaqt li irħam abjad u mirja prattiċi jżejnu n-naħa ta' ġewwa. "Ir-rinovazzjoni kollha kienet ibbażata fuq il-prinċipju gwida ta' Tuaco, li mhux biss jsir bejgħ għan-nuċċalijiet iżda n-nuċċalijiet iservu biex ilibbsu l-uċuħ tan-nies. U propju għalhekk li l-ispazju fil-ħanut ġdid tagħna hu mfassal biex joffru lill-klijenti l-opportunità biex jaraw lilhom nfushom f 'dawl ġdid, f 'ambjent li huwa komdu, fejn persuna tagħżel mingħajr għaġġla ta' xejn," qalet Adrienne Despott, il- maniġer ta' Tuaco Opticians. Hi kienet involuta wkoll fl-aspetti differenti tal-proġett ta' restawr, fejn żammet dejjem f 'moħħa l-esperjenza personalizzata tal- klijent. Biex tfakkar il-ftuħ mill-ġdid tal-ħanut rinovat, Tuaco qed tniedi żewġ offerti speċjali għal April. Skont ta' 20% qed ikun offrut fuq kull frame ġdid li jinxtara matul dan ix-xahar. Għal dawk li jagħżlu l-contact lenses AirOptix b'teknoloġija avvanzata, li jipprovdu viżjoni ċara u serħan kontinwu, jistgħu jiddeċiedu jekk jieħdux b'xejn flixkun ta' 90ml Optifree, li hi soluzzjoni għall-contact lens, ma' kull pakkett ta' sitta, jew contact lens waħda b'xejn ma' kull pakkett ta' tlieta. Tuaco Opticians ilhom jipprovdu ħarsien għall- għajnejn fil-komunità għal aktar minn 60 sena. Huma joffru frames ta' kwalità għolja, lentijiet b'teknoloġija revoluzzjonarja li jipproteġu l-għajnejn kemm mill-ħsara tar- raġġi UV kif wkoll mid-dawl blu li joriġina mill- iskrins tal- kompjuter, nuċċalijiet tax-xemx, u contact lenses, ilkoll sostnuti b'servizz ta' kwalità garantit għall-klijent. Il-klijenti jistgħu jibbenefikaw ukoll minn ittestjar tal- għajnejn minn optometristi u oftalmologi professjonali. L-esperti tal-għajnejn jirrakkomandaw li l-persuni, irrispettivament jekk jużaw kwanlunkwe forma ta' lentijiet jew le, għandhom jeżaminaw għajnejhom kull sentejn biex jassigura vista tajba u korretta u biex jiddentifikaw xi diffikultajiet, anki jekk il-persuna ma tkunx konxja tagħhom, qabel ma ssir problema. Tuaco Opticians jinsabu wkoll fi Triq San Ġwann, it-tieni ħanut tagħhom fil-belt Valletta. Rebbieħa tal-premju grandjuż tal-promozzjoni tal-Kinnie VERONIQUE Grima u Deborah Spiteri huma r-rebbieħa ta' żewġ Smart TVs Panasonic LED u Full HD ta' 43", li telgħu bil-polza fl-ewwel lotterija tal-promozzjoni tal-Kinnie u Scan Malta. Għall-promozzjoni tagħha, il-Kinnie, ix-xarba lokali favorita tal-Maltin, ingħaqdet ma' Scan, l-akbar ħanut tal-prodotti tal- IT, Audio u Video f 'Malta, biex toffri lill-klijenti tagħha ċ-ċans li kuljum jirbħu premjijiet sbieħ, bħal Magic NutriBullet, bagalji Samsonite Spinner, kameras diġitali Canon lxus 162 u ħafna aktar. Fil-lotteriji li jmiss, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jirbħu wkoll Apple MacBook Air jew iPhone 6s. Tagħrif dwar kif tieħu sehem fil-promozzjoni ssibu fuq it-tikketti tal-fliexken tal-firxa kollha tal-marka Kinnie, li tinkludi l-Kinnie, id-Diet Kinnie, il-Kinnie Vita u l-Kinnie Zest, u f 'aktar dettall minn hawn: www.kinnie. com/scan. Din il-promozzjoni tintemm fl-aħħar ta' April 2017. Ix-xarba Kinnie hi prodotta, irreklamata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017