Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Aħbarijiet 10 Rekord ta' omiċidji fl-ewwel erba' xhur X'qed jiġrilu pajjiżna? 5 omiċidji mill-bidu tas-sena s'issa MINN dejjem kellna bokka li ngħixu f 'wieħed mill-aktar pajjiżi siguri fid-dinja u li affarijiet bħal omiċidji, karozzi jisplodu, sparar u ġlied bis-skieken, posthom kien biss fl-aħbarijiet ta' barra. L-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, li fihom kellna rekord ta' ħames omiċidji, qed iħallu ħafna nies jiddubitaw minn dan. Imma fid-dawl ta' dawn l-omiċidji, huwa minnu li Malta vera m'għadiex daqshekk sigura? Kulħadd jinsab fil- periklu li jkun il-vittma li jmiss? jew qegħdin inħarsu lejn każijiet speċifiċi u partikolari? Bejn ġlied, vjolenza, karozzi jisplodu u nies jinqatlu, ħadd ma jista' jiċħad li dik l-immaġini ta' pajjiż kwiet u sigur qiegħda tittebba', iżda biex ħadd ma joqgħod jibża' li fi kwalunkwe mument ix-xorti ħażina tista' tmiss lilu, tajjeb li naraw min kienu l-vittmi u x'kienu ċ-ċirkostanzi tal-istil ta' ħajja li kienu jgħixu biex wassluhom għal tmiem kerha u vjolenti. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-ħames omiċidji li seħħew fl-ewwel erba' xhur tal-2017 u nħallu l-qarrejja tagħna jiġġudikaw huma stess in-natura tagħhom, qabel jibdew jibżgħu għas-sigurtà ta' ħajjithom f 'pajjiżna. Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt L-ewwel Omiċidju Data : Il-Ħadd, 29 ta' Jannar Post : Ħal Qormi It-Tieni Omiċidju Data : Il-Ħadd, 12 ta' Frar Post : Il-Marsa Vittma - Victor Calleja, 'iċ-Chippy', ta' 65 sena mill-Ħamrun Vittma - Sylvester Farrugia ta' 27 sena miż-Żurrieq Akkużat bil-qtil - S'issa għad m'hemm ħadd suspettat li wettaq dan l-omiċidju Akkużat bil-qtil - Deniro Magri ta' 21 sena mill-Marsa KIF jgħidu l-Inglizi, l-2017 fetħet 'with a bang' hekk kif lanqas kien għadu spiċċa Jannar meta kellna l-ewwel omiċidju tas-sena, li sar permezz ta' karozza bomba f 'Ħal Qormi, li splodiet mat-8:10 ta' filgħodu ftit 'il bogħod mill-kwartieri ġenerali tal-Maltapost. L-okkupant tal-karozza, li miet mal-isplużjoni, kien Victor Calleja ta' 65 sena mill-Ħamrun, magħruf bħala ċ-'Chippy'. Huwa kien qed isuq karozza tat-tip Opel Astra bajda, li allegatament kienet tal-mara tiegħu. Calleja kien magħruf mal-Pulizija, wara l-implikazzjoni tiegħu fil-hold-up fuq vann tal-Group 4, li seħħ f 'Diċembru tal-1998, li fih insterqu Lm50,000. Mill-ewwel investigazzjonijiet dwar l-isplużjoni, irriżulta li l-bomba, li kienet impoġġija wara s-seat, ġiet attivata elettronikament. Minkejja l-investigazzjonijiet li saru, anke permezz tal- filmati tas-CCTV tal-MaltaPost, s'issa xejn għadu ma wassal biex il-Pulizija jkollha indikazzjoni ta' min wettaq dan l-ewwel omiċidju tal-2017. FTIT ġimgħat biss wara l-omiċidju ta' Victor Calleja, l-2017 kellu t-tieni każ, hekk kif għall-ħabta tal-05:00 ta' filgħodu tal-Ħadd, 12 ta' Frar, raġel ta' 27 sena miż- Żurrieq, Sylvester Farrugia inqatel fil-Marsa b'tiri ta' arma tan-nar f 'dahru. Il-katavru ta' Farrugia, li kien persuna magħrufa mal- Pulizija, instab fi Triq Simpson fil-Marsa, viċin ta' karozza misruqa, li kellha fuqha pjanċi misruqin. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu biex raġel ta' 21 mill-Marsa, Deniro Magri, jitressaq il-Qorti akkużat bil- qtil ta' Sylvester Farrugia. Waqt l-ewwel smigħ fil-Qorti, Magri sostna li ma kienx ħati tal-qtil, hekk kif huwa kien qiegħed jiddefendi ruħu minn Farrugia, matul il-lejl li huwa nqatel fih. Fil-Qorti, Magri xehed li dak il-lejl huwa kien qiegħed jistenna attakk minn Farrugia u għaldaqstant ħa xi prekawzjonijiet biex jiddefendi ħajtu, dik tas-sieħba tiegħu u ta' binhom. Magri qal li meta ra xi rġiel jipprovaw jagħtu n-nar lill-bieb tad-dar tiegħu, huwa spara sabiex iwaqqaf l-attakk fuq daru. Huwa qal li sar jaf bil-mewt ta' Farrugia minn fuq l-aħbarijiet l-għada filgħodu. Magri kien qal lill-Pulizija li wara li spara, kien niżel isfel u sab landa petrol u tyre quddiem il-bieb, li fi stat ta' paniku huwa rema' f 'post viċin ta' Triq Diċembru 13, flimkien mal- pistola li uża biex jispara. Il-każ għadu għaddej...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017