Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol ROMELU LUKAKU U ALVARO MORATA - Chelsea jinsabu lesti li jonfqu s-somma ta' £70 miljun fuq attakkant matul dan l-istaġun u għadhom iridu jiddeċiedu lil min se jkunu qed jakkwistaw bejn Romelu Lukaku u Alvaro Morata. Il-favorit ta' Antonio Conte huwa Morata li skorja 13-il gowl fil-kompetizzjonijiet kollha matul dan l-istaġun iżda jista' jkun ukoll li Chelsea jakkwistaw lil Romelu Lukaku mingħand Everton. ANDRE GOMES - Għal darb'oħra, Juventus jinsabu interessati li jakkwistaw lill-plejer ta' Barcelona, Andre Gomes. Il-Bianconeri ppruvaw jiffirmaw lil dan il-midfielder Portugiż mingħand Valencia iżda kienu Barcelona li rnexxielhom jakkwistawh. Madankollu, Gomes xejn ma mpressjona mal-Blaugrana, u b'hekk dawn jistgħu jirrilaxxawh b'Juventus jidhru fil-pole position li jistgħu jakkwistawh fi tmiem l-istaġun. Interessati f 'dan il-plejer hemm ukoll Manchester United. PATRIK SCHICK - L-attakkant internazzjonali mir-Repubblika Ċeka, Patrik Schick qed jiġi segwit kemm minn Arsenal kif ukoll minn Tottenham Hotspur. Dan il-plejer ta' 21 sena skorja tliet gowls ma' Sampdoria matul dan l-istaġun u għandu klawżola tar-release li tammonta għal £21 miljun. LUIS MURIEL - Liverpool huwa l-aħħar klabb li qed juri interess fl-attakkat ta' Sampdoria, Luis Muriel. Dan l-attakkant Kolumbjan skorja 10 gowls f '29 partita fis-Serie A sa issa, b'żewġ gowls oħra għalih jaslu f 'żewġ partiti tal-Coppa Italia, u qed jissemma' li qed jattira l-interess ta' diversi klabbs Ewropej. Inter, Roma, Atletico Madrid u Sevilla huma fost il-klabbs li qed juru interess f 'dan il-plejer iżda Liverpool jidhru li jinsabu fil-pole position biex jakkwistawh. HECTOR BELLERIN - Id-difensur right-back ta' Arsenal, Hector Bellerin informa lil Barcelona li huwa jixtieq jingħaqad magħhom. Jidher li dan il-plejer diġà kellu laqgħat sigreti mad-Direttur Sportiv ta' Barcelona, Robert Fernandez biex jinfurmah bix-xewqa tiegħu li jingħaqad mal-Katalani kif ukoll bil-fatt li huwa se jkun disponibbli li jagħmel dan sa mill- istaġun li ġej. VIRGIL VAN DIJK - Chelsea qed jemmnu li rnexxielhom jegħlbu l-isfida ta' Manchester United fit-tellieqa biex jakkwistaw lid-difensur ta' Southampton, Virgil van Dijk. Antonio Conte għamel lil dan il-plejer internazzjonali Olandiz prijorità għalih matul is-sajf li ġej u jidher li Chelsea se jkunu qed jonfqu s-somma ta' £50 miljun biex iġibuh jilgħab fi Stamford Bridge. DRIES MERTENS - Manchester United kellhom taħdidiet inizjali mal-attakkant ta' Napoli, Dries Mertens. Il-kuntratt ta' dan l-attakkant internazzjonali Belġjan jiskadi fi tmiem l-istaġun li ġej u r-Red Devils diġà tkellmu mal-plejer permezz ta' telefonata rigward trasferiment li jista' jsir matul is-sajf li ġej. JOSHUA KIMMICH - Manchester City u Manchester United għamlu talba uffiċjali rigward il-plejer ta' 22 sena ta' Bayern Munich, Joshua Kimmich. Dan il-plejer jixtieq jilgħab fil-midfield iżda jista' jiġi iktar utilizzat fid-difiża mal-Bavarjani ġaladarba Philipp Lahm jirtira fi tmiem l-istaġun. Dan filwaqt li qed jiġi rrapurtat li żewġ klabbs Spanjoli li ma ngħatawx dettalji dwar liema huma, ukoll esprimew interess fih. minn Cristian Antony Muscat SAMIR NASRI - Galatasaray se jkunu qed jagħmlu offerta għall-midfielder ta' Manchester City, Samir Nasri. Il-kuntratt ta' dan il-plejer mal-Blues jintemm fl-2019 u għalhekk għadu mhux cert jekk il-Gunners hux se jkunu qed jaċċettaw l-offerta tat-Torok. Madankollu, offerta attraenti ta' Galatasaray tista' tipperswadi lil Arsenal biex ibigħu lil dan il-plejer.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017