Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Tkompli minn paġna 1 INTANT, fl-aħħar xhur ukoll reġġħet iddaħħlet lura Sylvana Debono, eks ġurnalista ta' Radio 101 u eks impjegata tal-PBS fiż-żmien li Attard kien CEO. Din ir-'riforma' qed tkun ippilotata minn Fr Joe Borg u għandha l-approvazzjoni tal- Arċisqof Scicluna. Gege Gatt huwa avukat b'esperjenza fil-qasam tal-ICT u Direttur ukoll tal-kumpanija ICON. Hu jagħti pariri dwar materji relatati mal-Protezzjoni tad-data u l-użu ħażin tal- kompjuters. Gatt waqqaf ukoll kumpanija tar-Riżorsi Umani u Direttur EssDOCS. Għal bosta xhur qabel l-aħħar elezzjoni kien qed jissemma bħala kandidat prospettiv tal-PN, hekk kif missieru, l-eks Ministru Austin Gatt kien ħabbar li se jirtira mill-politika, fil-qalba ta' skandlu li heżżeż lill-Gvern Nazzjonalista u li fih kien implikat u wara l-kritika li kien qala' fid-dawl tar-riforma 'Arriva' fit-trasport pubbliku. Gege Gatt iżda kien għamilha ċara li ma kellu ebda intenzjoni joħroġ għall-elezzjoni tal-2013 jew kull elezzjoni wara dik. Intant Lawrence Zammit kien parti mill-grupp ta' strateġija tal-PN fl-2008 liema fatt kien żvelat fil-Qorti f 'każ ta' libell kontra l-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday Saviour Balzan. Kien Richard Cachia Caruana, membru tal-istess grupp ta' strateġija, li fix-xhieda semma isem Zammit flimkien mal-eks Segretarju Ġenerali tal-PN Joe Saliba, l-eks Assistent Personali tal-PM Lawrence Gonzi Edgar Galea Curmi, l-eks Deputat PM Tonio Borg, l-eks Segretarju tal- Informazzjoni tal-PN Gordon Pisani u f 'xi okkażjonijiet, l-eks Editur tan-Nazzjon John Zammit. Dawn il-ħatriet u t-taqlib jiġu wara li l-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet Karl Wright irreżenja mill-istess stazzjon. Huwa mifhum li kien nuqqas ta' qbil serju mad-direzzjoni li jidher li se jaqbad l-istazzjon, fi żmien politikament kruċjali, li wassal għar-riżenja ta' Wright. Minkejja diversi attentati, din il-gazzetta ma setgħetx tistabilixxi kuntatt ma' Wright, biex tistaqsih dwar ir-riżenja tiegħu. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew li filwaqt li riforma minnha nnifisha hija pożittiva, "il-ħatriet li saru huma ta' natura strateġika, ħatriet Nazzjonalisti fi stazzjon tal-Knisja." Dawk li tkellmu magħna u li jafu l-kumpanija sew sostnew li l-ħatriet ma jħallu "ebda dubju fejn se jkun qed ixaqleb u l-aġenda ta' min se jkun qed jimbotta l-istazzjon tal-Knisja, jew suppost tal-Knisja meta tasal l-elezzjoni." L-Arċisqof Charles J Scicluna ppreveda li tali ismijiet jistgħu jqumu waqt il-programm Dissett, din il-ġimgħa għalkemm fil-fatt ma ssemma ħadd, u sostna li hu se jkun viġilanti. Filwaqt li qal li f 'dan il-pajjiż kulħadd huwa ttimbrat ma' naħa jew oħra, saħaq li hu jrid ikun ta' "viġilanza." Minkejja li l-Arċisqof huwa konxju tal- ħatriet, fil-programm Dissett hu xorta jgħid li "avżajthom li se jkun hemm 'reality checks'" biex l-istazzjon ma jieħu ebda xejra politika. Fil-fatt, mingħajr referenza lejn ismijiet partikolari, l-Arċisqof qal ukoll li l-għażliet saru fuq bażi ta' mertu u kapaċità." Waqt l-istess programm, l-Arċisqof għamilha ċara li l-Knisja mhux se tipparteċipa fil-kampanja elettorali "bl- ebda mod" ħlief biex tasserixxi t-tagħlim soċjali tagħha. Intant, minbarra Gatt u Zammit, id-diretturi l-oħrajn ta' RTK Ltd. huma Rose- Anne Abdilla, Dun Stefan Bonanno, Lino Casapinta u Edward Zammit. Bonanno kien iċ-chairman tal-kumanija Media Centre Ltd. li issa ġiet amalgamata ma' RTK Ltd. bħala parti mir-riforma li qiegħda ssir. F'dan il-bord, kien hemm fost l-oħrajn, Dun René Camilleri u Dr. Robert Tufigno. Il-bord ta' diretturi preċedenti kien magħmul mill-istess Casapinta bħala chairman u Rose-Anne Abdilla, u magħhom, Dun Brandon Gatt, Dun Eddie Zammit u Kevin Papagiorkopulo. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Programm Operattiv I – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Reklam parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' Kofinanzjament: 80% (Fondi UE); 20% (Fondi Nazzjonali) AVVIŻ – 7 ta' April 2017 Business Enhance ERDF Grant Schemes Open Rolling Calls – Cut-off dates Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna Il-Measures and Support Division fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), maħtura mill-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 biex isservi bħala l-Korp Intermedjarju responsabbli mill-amministrazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna għall-intrapriżi taħt il-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew 2014- 2020, tavża il-cut-off dates li jmiss sal-aħħar tas-sena 2017 għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet taħt l-erba' skemi indikati, wara il-cut-off date tat-28 ta' April 2017. Il-cut-off dates jiskadu f'nofsinhar tal-ġranet msemmija hekk kif elenkati hawn taħt: SME Diversification and Innovation Grant Scheme SME Internationalisation Grant Scheme SME Consultancy Services Grant Scheme e-Commerce Grant Scheme 31 ta' Mejju 31 ta' Mejju 30 ta' Ġunju 30 ta' Ġunju 30 ta' Ġunju 31 ta' Lulju 31 ta' Lulju 31 ta' Lulju 31 ta' Awissu 31 ta' Awissu 31 ta' Awissu 29 ta' Settembru 29 ta' Settembru 31 ta' Ottubru 31 ta' Ottubru 31 ta' Ottubru 31 ta' Ottubru 30 ta' Novembru 30 ta' Novembru 29 ta' Diċembru 29 ta' Diċembru 29 ta' Diċembru Minn żmien għal żmien ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għall-applikanti prospettivi. Dati u post ta' fejn ser isiru dawn is-sessjonijiet ser ikunu pubblikati fil-futur. Aktar tagħrif u dokumentazzjoni dwar dawn is-sejħiet, inklużi n-Noti Gwida rispettivi u l-Linji Gwida tal-Implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta' informazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq https://businessenhance.gov.mt. Diżgwid iwassal għar-riżenja tal-Kap tal-Aħbarijiet L-Arċisqof jassigura li se jkun viġilanti fuq il-kontenut tal-media tal-Knisja L-Arċisqof ta l-approvazzjoni tiegħu għar-riforma fil-media tal-Knisja u wiegħed li se jkun viġilanti Wara Birżebbuġa, imiss lil Marsaskala jkollha pixxina ġdida FIRRAĦAL ta' Marsaskala, se jibdew il-preparamenti biex tinbena pixxina ġdida, wara wegħda mill-Gvern, hekk kif dik taż-Żonqor ittieħdet bħala parti mill-art tal-proġett ta' Sadeen. Minkejja inkwiet minn xi residenti dwar il-bini ta' pixxina, li wrew inkwiet mill-inkonvenjenzi li tista' toħloq il-kostruzzjoni, il- President tal-Klabb tal-Isports ta' Marsaskala serrħilhom moħħhom li dan se joħloq inkonvenjenza minima. 150 resident kienu ffirmaw petizzjoni biex joġġezzjonaw għal bini ta' pixxina għall- water polo b'aċċess minn Triq is-Salini, li jiġi n-naħa opposta ta' fejn kienet il- pixxina l-antika fiż-Żonqor. Il-petizzjoni kienet qed targumenta li b'pixxina viċin ta' żona residenzjali, se jiżdiedu problemi ta' storbju u parkeġġ għal dawk li joqogħdu f 'dik it-triq mal-kosta. Il-President tal-Klabb, Aeron Simpson, iddeskriva l-proġett bħala avvanz għall- faċilitajiet fin-naħa t'isfel ta' Malta, u assigura lir-residenti li t-tniġġiż tal-ħoss se jkun minimu u l-problema ta' parkeġġ tiġi indirizzata aktar 'il quddiem kif jibda l-proċess ta' pjanar u proġettazzjoni tal- pixxina. Numru ta' sidien ta' dgħajjes urew it-tħassib tagħhom dwar il-pixxina wkoll, minħabba li fil-post fejn din qed tiġi proposta li ssir, huma normalment jorbtu d-dgħajjes tagħhom, u minħabba d-djuq tal-bajja ta' Marsaskala, se tiżdied ukoll id-diffikultà biex huma jinnavigaw id-dgħajjes fil-bajja. Il-proġett se jinkludi pixxina twila 33 metru, li se tkun imsaħħna s-sena kollha, kif ukoll pixxina oħra iżgħar fuq ġewwa. Bħala parti mill- kumpless, hemm pjanijiet biex isir ukoll ristorant. La darba l-proġett jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar, ix- xogħol għandu jibda u jitlesta fi żmien sena u nofs.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017