Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Aħbarijiet 8 Tkompli minn paġna 1 DIN il-gazzetta staqsiet lil Micallef jekk il-Fondazzjoni preparatx għall-eventwalità ta' elezzjoni kmieni fl- 2018, bir-risposta tkun fil-pożittiv. "Mela dażgur, preparajna għall-eventwalità ta' elezzjoni f 'Marzu anke jekk, nibqa' nisħaq li effett mhux se jħalli u li kellu jkun id-destin li ried li fis- sena li matulha jkun hemm elezzjoni, il-belt Valletta tkun il-belt kapitali Ewropea tal-kultura." Micallef fakkar kif fl-20 ta' Jannar ikun hemm il-ftuħ uffiċjali taċ-ċelebrazzjonijiet li jwasslu għall-Valletta 2018 u sakemm ma jkunx hemm elezzjoni jew avveniment li jaħbat eżatt f 'dik il-ġurnata, ftit li xejn jista' jkun l-effett ta' elezzjoni fuq il-Valletta 2018. Intant Jason Miscallef, li kien jokkupa l-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal- Partit Laburista u kien ukoll kandidat tal-istess partit fl-aħħar elezzjoni fuq il- 11-il distrett żvela li mhux se jkun qed joħroġ għall- elezzjoni li jmiss. Filwaqt li aċċerta li r-relazzjoni tiegħu mal-PL hija waħda 'tajba ħafna', anke bħala chairman tal-istazzjon One, sostna li l-ewwel prijorità bħalissa hija l-Belt Valletta. "Il-prijorità għalija hija Valletta 2018 u minkejja ċ-ċansijiet li jista' jkun li għandi jekk noħroġ għall-elezzjoni ġenerali, kont inkun irresponsabbli hafna jekk f 'din l-aħħar sena tant importanti għall-Belt Valletta nabbanduna kollox biex niffoka fuq il-kampanja elettorali tiegħi. Kien għalhekk li b'responsabbiltà ddecidejt li ma nikkontestax l-elezzjoni ġenerali li jmiss." Fost dawk li wrew tħassib għal elezzjoni f 'Marzu kien hemm Sean Buhagiar, id-Direttur Artistiku ta' Teatru Malta. Buhagiar kien ammetta li anke jekk ikun hemm elezzjoni, l-artisti xorta jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunità, "idealment imma ma jkunx hemm elezzjoni għax imbagħad wara elezzjoni jinbidlu l-Minstri, tbiddel il-bordijiet, ikollok ħafna laqgħat u ħafna ħin u flus..." (Intant il-Ħadd li ġej l-ILLUM se tkompli ssegwi l-iżviluppi għas-sena d-dieħla meta l-Belt Valletta se tkun il-belt kapitali Ewropea tal- kultura) 'Jekk ma rridux nibgħatu lill-uliedna għandna kull dritt nagħmlu dan' Il-Malta Home Education Association temmen li huwa dritt tal-ġenituri li jiddeċiedu x'tip ta' edukazzjoni jirċievu uliedhom MELISSA Bugeja mill-Malta Home Education Association tinsisti li huwa dritt tal-ġenitur li jagħżel hu x'tip ta' edukazzjoni jirċievu uliedhom. Waqt li ssostni li l-istat għandu jipprovdi strutturi għall- edukazzjoni, għandhom ikunu l-ġenituri li jagħżlu kif jagħtu din l-edukazzjoni. "M'għandniex inkunu mġiegħla li nibgħatu lit- tfal l-iskola. Jekk aħna rridu li ma nibagħtuhomx, bil-liġi, id- Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal- Bniedem tgħid li aħna nistgħu nagħmlu dan. Issa kif qiegħda l-liġi hawn Malta, teknikament qiegħda tmur kontra din l-istess liġi," issostni Bugeja. Il-Malta Home Education Association twaqqfet f 'Settembru tas-sena li għaddiet, minkejja li d-diskussjonijiet mal-Ministeru bdew ferm qabel b'mod informali. Mal-ILLUM, Melissa Bugeja mill- Assoċjazzjoni qalet kif din l-għaqda tixtieq li tinħoloq entità uffiċjali biex jiġu mgħejuna dawk il-persuni li huma interessati fil-home schooling. 'Hemm min iħossu skomdu bil- valuri mgħallma fl-iskola' Imma kif taħdem eżatt din is- sistema? Bugeja tgħid li bażikament, "aħna nieħdu r-responsabbiltà tal-edukazzjoni ta' uliedna f 'idejna bħala ġenituri biex ngħallmu dawk is-suġġetti akkademiċi aħna." Tgħid li hemm ħafna fatturi li wasslu lil dawn il-ġenituri jieħdu d-deċiżjoni li jikkampanjaw biex jgħallmu lil uliedhom f 'darhom, u fost l-oħrajn tgħid li hemm min iħossu skomdu u jixtieq li lil uliedu jrabbihom b'metodi u valuri differenti minn dawk mgħallma fl- iskola. Issemmi wkoll kif għadd ta' ġenituri li huma favur din is-sistema, jagħmlu dan għaliex huma favur iktar ħin fil-familja mat-tfal, jiġifieri ħin ta' kwalità. Semmiet kif hemm ukoll ġenituri li jħossu li bil-metodi preżenti, it-tfal tagħhom qegħdin ibatu minħabba xi kundizzjoni li dawn ikollhom, u żżid tgħid li anke bl-LSAs, is-sistema ma taħdimx għall-bżonnijiet individwali tal- istudent. 'Il-breaks ġewwa jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem' Tibda billi ssemmi kif normalment, l-iskola jużaw metodi punittivi fejn tidħol id-dixxiplina, li hi flimkien ma' ġenituri oħra, ma jħossux li huwa l-mod ta' kif u ssemmi l-'copies' u l-breaks ġewwa fost l-oħrajn, li żżid tgħid li dawn Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt tal-aħħar, d-drittijiet sistemi sempliċiment tirribella jew tpattihielhom." Dwar jekk mtejba Għal dwar jdaħħal xi iżda implimentat, involuti l-modi l-edukazzjoni jinbidlu. s-snin Tinsisti edukattiva "hemm Jason Micallef mhux se joħroġ għall-elezzjoni ...jgħid li minkejja relazzjoni tajba ħafna mal-partit, 'il-prijorità tiegħi hija l-Valletta 2018'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017