Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum HEKK kif (mhux uffiċjalment) il-kampanja elettorali bdiet, kull diskors politiku ikun fih aktar toqol u aktar tifsira minn dawk ta' qabel. Minn issa 'l quddiem, il-votanti, l-aktar dawk il-madwar 30% tal-votanti (skont l-aħħar stħarriġ tal- gazzetta MaltaToday) li s'issa mhuma qed jallineaw ruħhom ma ħadd, se jkunu b'widnejhom miftuħin, biex jisimgħu u jaslu għal deċiżjoni. Iż-żewġ mexxejja politiċi jafu li huma dawn it-30% tal-votanti (8.6% li qed jgħidu li mhux se jivvutaw, 10.6% li ma jafux kif se jivvotaw u 12.5% li mhux qed jgħidu kif se jivvutaw) li se jiddeterminaw ir-riżultat elettorali din is-sena jew fl-2018. Kull diskors ta' bħalissa mill- mexxejja politiċi qed jibda jinstema' minn aktar nies, probabbilment (imma mhux biss) l-aktar mit-30% ta' dawk li vvutaw Labour għall-ewwel darba fl-2013, 13.4% minn dawk li kienu vvutaw PL fl-2008 u 77.6% ta' dawk li ma vvutawx fl- 2013 u li llum qed jgħidu li jew ma jridux jivvutaw jew inkella ma jafux kif se jivvutaw. Ma' dawn jingħaqdu wkoll, 15.4% ta' dawk li vvutaw PN fl-2008 u 10.2% ta' dawk li vvutaw PN fl- 2013 li wkoll, jew ma jridux jew ma jafux kif se jivvutaw. Dan kollu jagħmel is- sitwazzjoni iktar fluwida u rebħa ċerta għal partit partikolari iktar diffiċli. Din il-ġimgħa, l-ILLUM tat ħarsa lejn id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil tal-Ħadd li għadda f 'Ħad-Dingli u t-tweġibiet tiegħu waqt programm fuq l-istazzjon tal-PN. Analizzat l-aktar kwistjonijiet li qed iqajjem Busuttil, il- kwistjonijiet li fuqhom jidher li se jkun qed jiġġieled il-kampanja elettorali u li allura dwarhom għad irridu nisimgħu ħafna iktar. Il-ġabra ta' dawn is-suġġetti miż-żewġ 'diskorsi' ta' Busuttil, għandhom jibdew jindikaw b'mod mill-aktar ċar fejn se jkun qed idawwar it-tmun tal-partit il-Kap tal-PN biex jipprova jsalpa lejn il-port. Huwa ċar, minn dawn id-diskorsi f 'kuntest ħafna aktar wiesa' tad-diskorsi kollha tiegħu mill- festi tal-Indipendenza 'l hawn li Busuttil qed iressaq il-vapur dejjem iktar lejn ix-xellug. Jekk dan hux se jkun biżżejjed jew effettiv biex jirbaħ, hija storja oħra. Busuttil fit-tmun: Il-PN fejn sejjer? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham • 'Kburi li jien Malti' • Ħadma (catch) • Sustanza • Traffiku • Proġetti • Toroq u bankini • Diċenza • Demokrazija • Surplus • Ħela • Paga • Airmalta • Cyrus Engerer • Panama L-aktar kliem u frażijiet użati minn Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017