Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Ritratt: Dominic Borg minn Cristian Antony Muscat Gżira U.....................1 Valletta....................1 GŻIRA United tellfu żewġ punti prezzjużi lil Valletta fit-taqtigħa tagħhom għar- rebħ tal-Kampjonat hekk kif żammewhom fi draw ta' 1-1. Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara sitt minuti meta Luke Montebello kellu xutt minn tarf il-kaxxa li għadda għoli. Il-Maroons irrispondew fit- 13-il minuta meta Andrew Cohen avvanza fil-kaxxa u kellu xutt fil-baxx jintemm ftit barra. Il-Beltin fetħu l-iskor fis-27 minuta meta wara li rċieva pass fit-tul fil- kaxxa, Maximiliano Lejandro Velasco għadda tajjeb lejn Luke Montebello li mill-viċin tefa' ġewwa. Valletta kellhom opportunità oħra li jsibu x-xibka fil-31 minuta meta Goncalves Alhinho qabeż difensur avversarju qabel xeħet kross perikoluż fil- kaxxa fejn iżda Velasco naqas li jagħmel kuntatt mal- ballun. Gżira United ġabu l-iskor indaqs fid-39 minuta meta Jacob Borg indirizza cross lejn Gianmarco Conti li kkontrolla tajjeb qabel għeleb lil Dziugas Bartkus permezz ta' xutt b'saħħtu. Fit-tieni taqsima, Valletta għamlu minn kollox biex jirbħu l-partita iżda ma rnexxielhomx. Fl-54 minuta, Michael Mifsud ittanta xortih mid-distanza iżda ra t-tentattiv tiegħu jintemm għoli. Il-Lilywhites komplew jattakkaw u fis-70 minuta minn corner, Claudio Pani xeħet cross lejn Jonathan Caruana li ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra. Ħames minuti wara, Leandro Aguirre, kellu xutt b'saħħtu mid-distanza newtralizzat mill-goalkeeper tal-Maroons, Anthony Curmi. Valletta kienu ferm sfortunati li ma skorjawx il- gowl tar-rebħa propju fil-ħin miżjud meta xutt b'saħħtu ta' Romeu Pericles Romao stampa mal-mimduda, biex b'hekk il-partita ntemmet bl- ebda tim ma joħroġ rebbieħ. Gżira U. - Curmi, Borg, Gatt Baldacchino, Diamoutene, Pulo, Corbolan, Cohen (De Queiroz Machedo Neto 90'), Avila Perez, Reyna (Zome 80'), Scerri, Conti Valletta - Bartkus, Caruana, Mifsud, Briffa (Cremona 65'), Montebello, J. Borg, Pani, Aguirre, Velasco, Goncalves Alhinho (Gill Cruz 90'), Pericles Romao Referi - Matthew Degabriele MICHAEL MIFSUD Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Huwa meqjus bħala l-ikona tal-futbol Malti. Għandu r-rekord tal-aktar plejer li qatt lagħab bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti kif ukoll dak tal-aktar gowls skorjati b'40 gowl. Gżira United itellfu żewg punti prezzjużi lil Valletta Maximiliano Lejandro Velasco segwit minn plejer ta' Gżira United

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017