Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum 3 Aħbarijiet Julia Farrugia tingħaqad fil-ġirja għall-voti fil-ħames distrett LEKSEDITUR ta' din il-gazzetta Julia Farrugia se tingħaqad f 'dik li hija l-ġirja għall-voti 'Laburisti' fil-Ħames Distrett, fejn b'kollox hemm madwar 8,500 vot, li fl-2013 kienu vvutaw lil kandidati tal- Partit Laburista li issa jew mhux se jkunu fuq il-lista, jew mhux se jkunu fuq il- lista mal-PL. Fil-fatt, f 'dan id-distrett, mhux se jkun hemm fil- lista ta' kandidati Laburisti Karmenu Vella, li fl-2013 kien kiseb 5,231-il vot u Marlene Farrugia b'2,525- il vot, għaliex Farrugia se tkun fuq il-lista ta' kandidati Nazzjonalisti. Il-familja ta' Julia Farrugia, li tgħix il-Qrendi, b'mod speċjali missierha huma magħrufin li huma qrib ħafna ta' Karmenu Vella, li kien iġib ħafna mill-voti tiegħu fuq dan id-distrett miż-Żurrieq. Farrugia, apparti li kienet editur tal-gazzetta ILLUM, kellha preżenza qawwija fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, ONE. Mitluba għal kumment, Farrugia qalet li l-Prim Ministru kien talabha disa' darbiet biex toħroġ għall- elezzjoni. "Jiena, min-naħa tiegħi dejjem eskludejt il-possibbiltà, imma din id-darba ħadt id-deċiżjoni li noħroġ u rrid ngħid li ninsab verament kuntenta bl-appoġġ li qed nirċievi minn bosta kostitwenti." Il-kandidatura ta' Julia Farrugia, tista' titqies ukoll bħala r-risposta tal-Partit Laburista għall-kandidata Nazzjonalista Marlene Farrugia, li għadha kif daħlet f 'koalizzjoni mal-PN, anke jekk tali koalizzjoni u t-termini tagħha għadhom mhux ċari. Fil-fatt, s'issa, Farrugia hija l-unika mara fil-lista pjuttost twila ta' kandidati Laburisti li ħerġin fuq dan id-distrett. Kien is-sit illum.com. mt li l-ewwel żvela l-lista ta' kandidati Laburisti fuq dan id-distrett. Jiddominaw hemm it-tliet kontestanti għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL lura f 'Ġunju tas-sena l-oħra, Chris Cardona, Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi. Dwar dan tal-aħħar, din il-gazzetta żvelat ukoll kif se jkun qed imexxi proċess ta' konsultazzjoni fiż-żmien li ġej f 'isem il-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) għall-proġett ta' riġenerazzjoni f 'Birżebbuġa. Apparti dan, Farrugia se tkun qed tħabbatha wkoll ma' Glenn Bedingfield, id-Deputat Joe Sammut, id-Deputat Joseph Farrugia, is-Sindku ta' Wied il-Għajn Mario Calleja, id-Deputat Luciano Busuttil u l-Ministru Edward Scicluna. Din il- gazzetta kienet indikat ukoll li l-avukat u eks-Deputat Nazzjonalista Franco Debono se jkun kandidat fuq dan id- distrett. Fil-fatt, mal-ILLUM kien sostna li "żgur li m'iniex se niddejjaq nissottometti ruħi għall-ġudizzju tal- elettorat fi żmien sena u fiduċjuż li f 'dak il-każ, il-ġudizzju mhux biss ikun pożittiv iżda jippermettili nkompli naħdem aktar u nkun ta' servizz għall-poplu u l-pajjiż." Julia Farrugia Isofri ġrieħi gravi wara li waqa' seba' filati minn fuq kontejner RAĠEL ta' 53 sena miż- Żurrieq sofra ġrieħi gravi wara li waqa' għoli ta' madwar seba' filati meta kien qed jagħmel xogħol fuq kontejner. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tad- 9:00, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Valletta, Ħal Luqa. Minn stħarriġ li sar mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li raġel ta' 53 sena residenti ż-Żurrieq waqa' madwar sebgħa filati min fuq container waqt li kien qed jagħmel xi xogħol. Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma. Huwa ttieħed mmedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017