Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
11 Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet PROPJU 22 ġurnata oħra, id-dinja Kristjana tingħaqad fiċ- ċelebrazzjoni tal-Milied, żmien ikaratterizzat, minn ċelebrazzjonijiet, li realment sikwit jinvolvu x-xorb alkoħoliku. Ta' kull sena, l-awtoritajiet tal-pajjiż flimkien ma' diversi organizzazzjonijiet volontarja, jniedu kampanja kontra x-xorb u s-sewqan. Madankollu għalkemm hafna nies jagħmlu użu minn mezzi bħal trasport pubbliku u taxis xorta jibqa' l-fatt li Malta għandha kultura ta' xorb u sewqan. F'Ottubru tas-sena l-oħra l-Gvern ippropona li l-limitu nazzjonali ta' alkoħol għas-sewwieqa jitnaqqas minn 0.8 g ta' alkoħol għal kull litru ta' demm għal 0.5g, l-ekwivalenti ta' birra żgħira b'hekk f 'konformità mal-medja tal-UE. Għalhekk jekk il-liġi fil-fatt tkun infurzata fil- verità ħafna sewwieqa li qed jippjanaw, li joħorġu f 'xi lejl ta' tbaħrid u xalar mhu se jkollhom ebda għażla ħlief, li jħallsu għal taxi, jikru van, jew inkella jagħmlu użu mit-trasport pubbliku. L-aktar mezz minn dawn it-tlieta li huwa prattiku huwa l-użu tat-taxi dan għaliex hu servizz li tfasslu int skont il-pjanijiet tiegħek. Imma li taqbad taxi f 'Malta kemm tiswa? Taxi f 'Malta jaqbillek jew ma jaqbillekx? Meta tikkumpara l-prezzijiet lokali ma' dawk barra minn pajjiżna, il-Maltin qed iħallsu prezz ġust jew le? Fid-dawl ta' dan kollu L-ILLUM, għamlet eżerċizzju li fih, ikkuntattjat tliet kumpaniji privati li joffru servizz ta' trasport privat. Daqs li kieku kienet klijent ordinarju, il-gazzetta indagat fuq diversi rotot differenti, però li fiċ-ċentru tagħhom hemm postijiet ta' divertiment li f 'dan il- perjodu festiv ċertamanet jiġu ffrekwentati fosthom; San Ġiljan, San Pawl il- Baħar u l-Belt Valletta. F'dan l-eżercizzju, din il- gazzetta ħolqot paragun ma' pajjiżi Ewropej oħra li għandhom paga minima viċin ta' Malta u prezz tal-fjuwil simili. Minn €13 sa €24 il- prezzijiet kkwotati lill din il-gazzetta Stimi mogħtija lil din il-gazzetta (ara kaxxa isfel), juru li vjaġġ mill- Belt Valletta sa Tas- Sliema jiġifieri vjaġġ ta' 2.5 km jiswa medja ta' €13.30. Barra minn dan, vjaġġ mir-Raħal Ġdid sa San Pawl il-Baħar, b'distanza ta' 15.7 km, jiswa madwar €23.30, filwaqt li vjaġġ minn San Ġiljan sa Raħal Ġdid, b'distanza ta' 8.3km jiswa €18. Stima oħra għal vjaġġ mill-Belt Valletta għal San Pawl il-Baħar, vjaġġ ta' 14.2 KM jammonta għal madwar €20. L-ILLUM, ikumparat dawn il-prezzijiet f 'ibliet Ewropej oħra bħal Madrid, fejn hawnhekk vjaġġ ta' 2.7km jiswa madwar €6.50, jiġifieri kważi nofs ta' dak li wieħed iħallas f 'Malta għall-istess distanza. Fuq l-istess kejl, dan il-vjaġġ f 'Ruma jammonta għal €7.40, fejn bħalissa fl-Italja l-prezz tal-fjuwil hu 20 ċenteżmu ogħla minn dak ta' Malta. Apparti minn hekk, f 'Madrid vjaġġ ta' 7.9 km jiswa medja ta' €13.50, dan filwaqt li vjaġġ ta' 8.3km f 'Malta jiswa medja ta' €18. Tixrobx u ssuq... imma jaqbillek b' taxi? Average Distanza €7.69 2.5 KM €9.04 4.4KM €21.63 14.2 KM €15.85 7.9 KM €16.45 8.3 KM €14.82 11.2 KM €15.92 12.2 KM €14.49 10.9 KM €14.93 11.3 KM €11.08 7.8 KM €11.52 8.2 KM €21.63 15.5 KM Castilla, Madrid, Spain Calle del Corazón de María, Madrid, Spain Ice Bar Madrid, Calle del Conde de Romanones, Madrid, Spain Matadero Madrid, Paseo de la Chopera, Madrid, Spain Torres KIO, Plaza Castilla, s/n, 28020 Madrid, Spain Avinguda de Vallbona, Barcelona, Spain The Magic Fountain, Plaça de Carles Buïgas, 1, 08038 Barcelona, Spain Camí del Tanatori, 08916 Badalona, Barcelona, Spain Sant Adrià de Besòs, Barcelona, Spain Consorci del Parc de la Serralada de Marina, Tiana, Barcelona, Spain Passeig de Llorenç Serra, 4, 08922 Santa Coloma de Gramenet, Barcelona, Spain Santiago Bernabeu, Madrid, Spain Castellana, Madrid, Spain La Sagrada Familia, Barcelona, Spain Calle Nadine Gordimer, 37, 28909 Getafe, Madrid, Spain Villa Osio, Viale di Porta Ardeatina, Roma, RM, Italy LUISS Guido Carli, Viale Romania, 32, 00197 Roma RM, Italy The Duke Hotel Roma, Via Archimede, Roma RM, Italy Via Emanuele Filiberto, 241, 00185 Roma RM, Italy Bunkers del Carmel, Carrer de Marià Lavèrnia, s/n, 08032 Barcelona, Spain Carrer de Parcerisa, Barcelona, Spain Carretera de Sant Adrià a la Roca, 8, 08110 Montcada i Reixac, Barcelona, Spain Bunkers del Carmel, Carrer de Marià Lavèrnia, Barcelona, Spain Carretera de Sant Adrià a la Roca, Montcada i Reixac, Barcelona, Spain lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter L-ILLUM tat ħarsa lejn il-prezzijiet ta' vjaġġ b'taxi f 'Malta meta kkumprat ma' dawk ta' barra minn Malta hekk kif riesaq il-perjodu ili fi h ħafna jixorbu u allura ma jkunux jistgħu jsuqu