Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 FLEWROPA għad fadal ammont kbir ta' każijiet fejn persuni b'diżabilità qed jinżammu jaħdmu moħbija fi mħażen jew inkella fi kmamar żgħar u jispiċċaw jgħaddu minn abbużi kbar fosthom l-emarġinazzjoni u ma jiġux rikonoxxuti uffiċjalment bħala ħaddiema. Dan qed iwassal biex persuni b'diżabilità ma jitħallsux paga ġusta għax- xogħol li jagħmlu u lanqas ma jgawdu mill-benefiċċji l-oħra kif stipolati fil-liġijiet jew bi ftehimiet kollettivi oħra. Dan il-ksur tad- drittijiet joħroġ mir-rapport tal-MEP Helga Stevens dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea fuq id-Diżabilità. Dan ir-rapport ġie diskuss waqt l-aħħar sessjoni plenarja tal- Parlament Ewropew. Hekk kif illum jimmarka wkoll il-Jum Dinji għall- Persuni b'Diżabilità tan- Nazzjonijiet Magħquda, it- tema hija t-Trasformazzjoni tas-Soċjetà li tkun Reżiljenti u Sostenibbli għal Kulħadd, l-Ewropa wkoll qed tħares 'il quddiem biex issaħħaħ l-involviment ta' persuni b'diżabilità fis- soċjetà u dan biex tonqos id-diskriminazzjoni li sfortunatament għandhom jgħaddu minnha u titneħħa darba għal dejjem l-inugwaljanza. Dan għax il-persuni b'diżabilità għandhom drittijiet ugwali bħaċ-ċittadini l-oħra fl- aspetti kollha tas-soċjetà. Fl-Ewropa hawn 80 miljun persuna li għandhom bżonnijiet speċjali, li minnhom 46 miljun huma nisa. Minnhom 4 miljun persuna b'diżabilità m'għandhomx dar jew post fejn jgħixu. 34% tan-nisa b'diżabilità għaddew minn xi forma ta' vjolenza domestika, l-aktar ikun l-abbuż sesswali minn persuni qrib tagħhom jew li kellhom ir-responsabbilità li jieħdu ħsiebhom. 22% inqas aċċessibilità għax-xogħol Il-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea, fosthom Malta, jagħrfu li persuni bi bżonnijiet speċjali jaffaċċjaw ħafna spejjeż addizjonali, dħul aktar baxxi minn ħaddiema oħra u diffikultajiet Ħaddiema b'diżabilità jinżammu jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino • Fl-Ewropa hawn 80 miljun b'diżabilità li minnhom 46 miljun huma nisa • L-UE b'rapport għal strateġija Ewropea fuq id-Diżabilità Il-Lista s-Sewda tal-UE se tinkludi pajjiżi Il-Kummissjoni Ewropea tiddefendi lill-pajjiżi kollha tal-UE u tgħid li huma 'konformi' Minn Albert Gauci Cunningham u Jesmar Baldacchino NHAR it-Tlieta li ġej il-Ministri tal-Finanzi Ewropej mistennijin jinjoraw proposta tal-Oxford Committee for Famine Relief (OXFAM) biex Malta tkun fuq il-lista s-sewda tal-Unjoni Ewropea bħala 'tax haven'. Fil-fatt, minkejja l-proposta tal-Oxfam li tkun tfisser riperkussjonijiet pjuttost serji fuq is-settur finanzjarju f 'pajjiżna, jidher illi la Malta u lanqas it-tliet pajjiżi oħrajn indentifikati biex ikunu fuq il-lista s-sewda mhuma fil-fatt se jissemmew. Minflok, nhar it-Tlieta l-Ministri tal-Finanzi tal- UE se jkunu qed jipproduċu 'lista sewda' li tiffoka biss fuq ġurisdizzjonijiet ta' taxxa li mhumiex Ewropej. Żvela dan mal-ILLUM kelliem għall-Kummissjoni Ewropea, li sostna illi 'dak li hu ċar minn issa hu li Stati Membri tal-UE mhux se jkunu inklużi fil-lista.' Oxfam inkludiet lil Malta 'mal-agħar erba 'tax havens' Ewropej' din is-sena, minflok Ċipru. Il-grupp li xogħlu huwa li jindirizza il-kawżi strutturali tal-faqar u l-inġustizzji, ħares lejn erba fatturi prinċipali biex wasal għall- konklużjoni li Malta tkun fuq il-lista s-sewda. Dawn huma, skambju ta' informazzjoni u trasparenza, tassazzjoni ġusta u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' livelli minimi. Ir-rapport jgħid li Malta tfalli it-tieni kriterju u allura, skont Oxfam, pajjiżna għandu rati preferenzjali ta' taxxa 'dannużi' u jiffaċilità strutturi u/jew arranġamenti li jattiraw profitti li ma jirriflettux l-attività ekonomika reali fil- pajjiż. Oxfam: 'Illimita l-aċċess għal fondi Ewropej' L-Oxfam qed tipproponi li l-pajjiżi fuq il-lista s-sewda proposta minnha, nkluż Malta, għandhom jieħdu dawn il-miżuri; Jintaxxaw il-profitti tal-kumpaniji li qegħdin artifiċjalment jipparkjaw il- profitt tagħhom f 'tax havens', li għandha tkun stabbilita rata minima ta' taxxa għal din it- tip ta' attività u li l-UE jkollha regolamenti komuni dwar it-tassazzjoni. Imma l-miżuri li qed tipproponi l-Oxfam, mhumiex biss diretti lejn il-pajjiżi tal-UE, imma wkoll lejn il- kumpaniji nfushom. Fil-fatt din l-organizzazzjoni qed tipproponi li kull kumpanija multi-nazzjonali trid tagħmel rapport għal kull operat, f 'kull pajjiż li fih tiżvela il-qliegħ, il-profitti u l-ħaddiema. Qed tipproponi wkoll li l-UE għandha saħansitra tillimita l-aċċess ta' fondi Ewropej jew tillimita l-kuntratti ta' investiment għal dawk it-tip ta' kumpaniji li qed joperaw f 'Malta, li r-rapport qed jagħmel referenza għalihom. L-Oxfam qed tisħaq illi kull pajjiż għandu jibqa' fil-lista s-sewda sakemm "jabolixxu il-miżuri ta' taxxi dannużi u jieqfu jiffaċilitaw strutturi offshore.' Ir-rapport, li l-eżitu tiegħu dwar Malta kien irrappurtat mis-siti kollha Maltin, jisħaq li 'tax haven' huma vejjikoli tal-inugwaljanza għax jippermettu lis-sinjuri Il-membri tl-Kummissjoni Ewropea Se jkunu l-Ministri tal-Finanzi li jagħlu liema pajjiżi jidhru fuq il-lista s-sewda Ewropea

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017