Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kont insegwi ħafna l-futbol fuq it-televixin. Meta kien ikun hemm xi logħba mportanti u akkanita ma kontx nitlifha. Apparti minn hekk meta kont tifel kont nilgħab il-futbol kullimkien kemm ma' sħabi kif ukoll waħdi. Kont nilgħab il-ballun id-dar, barra t-triq u anke l-iskola fil-ħin tal-brejk. Kien żmien veru sabiħ ta' tfuliti li jikkuntrasta ferm mar-realtà tal-lum fejn ħafna tfal tarahom jilagħbu fuq il-mowbajl jew inkella tablet. Żmien tfuliti li nħares lejh b'nostalġija u ferħ kbir. Kellimni dwar iż-żmien meta kont tilgħab il-futbol fuq livell ta' klabbs fil-Montenegro. Lgħabt f 'pajjiżi sakemm kelli 17-il sena u mbagħad iffirmajt l-ewwel kuntratt tiegħi ta' plejer professjonali hekk kif ingħaqadt mal-klabb ta' Robotic fil-Maċedonja. Minn hemm segwew avventuri oħra ma' Metallurg u Mladost sakemm eventwalment ġejt Malta u ngħaqadt ma' Mosta madwar erba' snin ilu. Kellimni ftit dwar l-ewwel esperjenzi tiegħek fil-Premier League Malti ma' Mosta. Mosta kienu t-tim illi ġabni Malta u nista' ngħid illi qattajt żmien sabiħ magħhom. Il-kumitat laqagħni ferm tajjeb u għeni ħafna fl-ewwel ġranet tiegħi fil-gżejjer Maltin. Niftakar ukoll li bħala kowċ kellna lil Enrico Piccioni illi kien jirrispettani ħafna. Bla dubju illi l-aqwa riżultat illi ġibna bħala tim kien fit-tieni sena tiegħi meta spiċċajna fir-raba' post tal-kampjonat Premier. Kienet xi ħaġa storika għal dan it-tim min- naħa ta' fuq ta' Malta. Imbagħad ingħaqadt ma' Balzan fejn hemmhekk kellek ix-xorti ħażina illi tweġġa' għal tul ta' żmien... Iva kelli x-xorti ħażina li kelli nweġġa' għal żmien twil. Qabel din l-esperjenza qarsa tajt dak kollu li stajt sabiex Balzan jikkwalifikaw għall-ewwel darba fl-Ewropa. Sa ċertu punt irnexxieli hekk kif skorjajt 16-il gowl iżda mbagħad kelli nieqaf minħabba l-injury illi kienet waħda serja. Biex inkun preċiż domt disa' xhur mingħajr ma nista' nilgħab u kien żmien veru diffiċli għalija. Din is-sena bdejt bħala captain ta' Balzan iżda wara t-tkeċċija kontra Ħamrun x'ġara? Jien ħadt pjaċir ħafna illi d-diriġenza għażlu lili biex inkun captain ta' Balzan. Kien ta' unur kbir għalija illi ngħatajt dan l-irwol. Sfortunatament wara l-inċident fejn ġejt imkeċċi kontra Ħamrun ma bqajtx aktar captain tat-tim u jidher illi d-diriġenti se jżommu din il- pożizzjoni sal-aħħar tal-istaġun. Bħala tim ma tantx bdejtu l-istaġun kif forsi xtaqtu. X'inhi l-atmosfera tal-iskwadra bħalissa? Ejja ngħidu hekk għalkemm forsi r-riżultati mhumiex jiġu qegħdin nilagħbu futbol sabiħ bħala tim. Nemmen illi x-xorti ma tantx qed tidħkilna kif forsi nixtiequ. Eżempju ta' dan kollu huwa kontra Sliema fejn minkejja l-pussess għoli li kellna tal-ballun, ma rnexxilniex niskorjaw. Veru wkoll illi tlifna diversi ċansijiet u l-istess ġara kontra Ħamrun għalkemm meta spiċċajna b'disa' plejers, is-sitwazzjoni ma baqgħetx faċli għalina. Għalkemm għadu kmieni fl- istaġun, nittama illi issa t-tim jingħaqad ħalli nibdew inġibu l-punti li nixtiequ u nitilgħu aktar 'il fuq fil-klassifika. Qegħdin naraw illi f 'dan l-istaġun Gżira bdew ferm tajjeb għalkemm ngħid illi t-tieni rawnd tal- kampjonat għandu jiddetermina x-xorti ta' min ser jieħu t-titlu. Fl-aħħar mill-aħħar taħseb illi ser tkunu qed tiġġieldu għall- kampjonat? Ifhem kif għedtlek għadu ftit kmieni matul l-istaġun. Kulħadd irid jiġġieled għat-titlu bla dubju. Min-naħa tagħna issa rridu niffukaw sabiex nerġgħu naqbdu l-forma tagħna u b'hekk jerġgħu jiġru r-riżultati. U dan irridu nqisu wkoll illi wara l-konfronti diretti, id-distakk bejn it-timijiet jaf jerġa' jonqos u rridu nkunu aħna li għandna napprofittaw billi nirbħu l-logħbiet tagħna. X'kienet id-differenza li sibtu bħala tim bejn il-kowċ l-antik Oliver Spiteri u dan il-kowċ mis-Serbja bl- isem ta' Marko Micovic? Jien kont immur tajjeb ħafna ma' Oliver Spiteri. Kienu hu illi riedni fit-tim u b'hekk ingħaqadt ma' Balzan. Anke d-diriġenti emmnu fil-potenzjal tiegħi u ta' dan ninsab ferm kuntent. Ħassejt ħafna n-nuqqas ta' Spiteri illi dam tliet snin kowċ ta' Balzan. Issa għandna kowċ ġdid b'mentalità ġdida, professjonali u b'imħabba lejn ċerti tattiċi. Ovvjament illi rridu ntuh iċ-ċans sabiex jidra l-ambjent tat-tim u anke lilna l-plejers. Timmisjah il-pajjiż minn fejn ġej il-Montenegro? X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar pajjiżna? Ninsab ferm kuntent hawn Malta. It-tifel tiegħi jmur skola hawnhekk ukoll u bħal qisu qed nissetiljaw ħafna hawnhekk. M'għandnix xi ngħidu xi kultant inħoss in-nuqqas ta' pajjiżi u anke tal-familja tiegħi b'mod partikolari ta' ħija. Minkejja kollox dan huwa parti minn xogħli u għalhekk jien irrid nagħti l-mija fil-mija f 'ħajti sabiex nikseb ir-riżultati mat-tim tiegħi Balzan. Kif tarah il-livell tal-futbol Malti? Ifhem mill-bidu li ġejt f 'pajjiżkom għal issa l-affarijiet inbidlu drastikament anke bl-inklużjoni tas-seba' barranin. Nemmen illi issa t-timijiet kollha jistgħu jagħtu logħba kontra xulxin u qed ikun hemm bilanċ assolut. Dan stajna narawh matul l-istaġun illi għadda meta Hibs ħadu l-kampjonat lejn l-aħħar u meta kien hemm mumenti fejn timijiet hekk meqjusa żgħar rebħu lill-kbar. Anke dan l-istaġun it-timijiet promossi qed jagħtu wirjiet tajbin nieħdu minn Senglea u anke Naxxar. Minkejja kollox ħadd m'huwa ser jiġri b'ħadd f 'dan il-kampjonat. Nimmaġina illi tibqa' l-ħolma tiegħek li tmur tilgħab f 'pajjiż ieħor hux hekk? Matul is-sajf kien hemm xi offerti li ġew minn Dubai u anke mill-Ukrajna sabiex ningħaqad magħhom. Madankollu xejn ma "Sfortunatament illum il-ġurnata l-futbol bħala sport sar ikun imdawwar bil-flus. Madankollu ma rridux inħallu dawn il-kurrenti negattivi jtappnu s-sbuħija ta' din il-logħba. Bil-futbol tagħmel ħafna ħbieb. Jien hekk ġrali meta kont żgħir u konna nilagħbu bejnietna. Dan l-isport jilgħab parti Importanti mill- ħajja ta' bniedem għax jagħtik ħafna sodisfazzjon jekk tieħdu b'serjetà." L-Iskorer Prolifiku Montenegrin Cristian Antony Muscat Bojan Kaljevic - skorer proliku Montegrin li jilgħab ma' Balzan FC, u li huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li qatt ġew jilagħbu f 'Malta. "Kulħadd jaħseb illi l-ħajja ta' plejer tal- futbol hija waħda faċli iżda xejn ma jafu li tinkludi ħafna sagrifiċċji. Bħala plejer trid tkun moħħok hemm għax il-psikoloġija tilgħab parti importanti jekk tilgħabx tajjeb jew le."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017