Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet Fl-2016 aktar minn 2,000 anzjan ma setax isaħħan daru stess Il-faqar f 'Malta; għoli fost l-anzjani, baxx fost iż-żgħażagħ... Ħarsa ħafifa lejn l-aħħar rapport dwar il-faqar bħala parti mill-Istrateġija kontra l-faqar HEKK kif it-temp beda jiċċaqlaq u jidher li se jibda dak xitwi jirriżulta sa dan iż-żmien is-sena l-oħra Malta kellha madwar 2,267 anzjan u anjzana li lanqas biss kellhom biżżejjed flus biex isaħħnu djarhom. Flimkien ma' dawn 11,535 anzjan ta' 'l fuq minn 65 sena ma jaffordjawx imorru fuq vaganza, anke jekk f 'pajjiżna stess, lil hinn minn darhom. Kważi 2,000 pensjonant ma jifilħux iħallsu biex jieklu ikla laħam, tiġieġ jew ħut tliet darbiet fil-ġimgħa u ftit inqas minn 6,000 pensjonant ma jifilħux iħallsu għal spiża li ma tkunx mistennija. 3,000 anzjan jinsabu f 'sitwazzjoni ta' faqar sever, li għalkemm mhux numru żgħir huwa inqas mit-total fl-UE fejn hemm 5.7% tal- pensjonanti li huma deprivati b'mod sever. Dan jirriżulta minn rapport ippubbilkat mill- Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali dwar l-Implimentazzjoni u l-Evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-faqar f 'pajjiżna. Dan ir-rapport juri illi Malta, ġeneralment u statistikament, qed tikseb riżultati aħjar mill-medja Ewropea, ħlief fil-każ tal-pensjonanti. Fil-fatt dawk il-Maltin 'il fuq minn 65 sena huma l-aktar grupp ta' persuni li qed jintlaqtu ħażin mill-faqar u l-unika settur tal-popolazzjoni li fih il-faqar u l-esklużjoni soċjali f 'pajjiżna huwa ogħla minn dak fl- Unjoni Ewropea. Fil-fatt f 'Malta n-numru ta' anzjani li jinsabu f 'riskju ta' faqar u/jew esklużjoni soċjali jitla' għal 20,000 jew 26% tal-poplazzjoni. Dan meta fl-UE dan it-total kien ilaħħaq it-18%. Tnaqqis fil-faqar, imma 85,000 għadhom f 'riskju Ir-rapport juri li pajjiżna esperjenza tnaqqis fin- numru ta' persuni li jgħixu fil-faqar jew f 'riskju tiegħu, madanakollu, dan xorta jħalli 85,000 persuna f 'riskju ta' faqar, esklużjoni soċjali jew inkella f 'sitwazzjoni ta' għixien f 'residenza fejn l-intensità tax- xogħol hija waħda baxxa. Ir-rapport juri kif statistikament il-faqar qabad in-niżla mill-2013 bir-rata ta' 24%, tinżel għal 20% fl-2016. Dan jimmarka tnaqqis ta' 14,000 persuna f 'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali. Madakollu jekk imbagħad wieħed jieħu f 'kunsiderazzjoni biss id-dħul skont is-60% tad-dħul medju wieħed isib li dawk f 'riskju ta' faqar fil-fatt żdied minn 65,000 fl-2013 għal 70,000 fl-2016. B'kollox huma 4.4% tal-popolazzjoni li huma severament deprivati, li hija ħafna inqas mill-medja Ewropea ta' 7.5%. Minkejja li anke hawnhekk pajjiżna jinsab ħafna aħjar mill-medja Ewropea, xorta jibqa' l-fatt illi 19,000 persuna f 'Malta ma tistax tagħmel jew tixtri numru ta' prodotti jew servizzi meqjusin bażiċi (ara kaxxa 2). Malta b'riżultati tajbin rigward il-faqar fost iż- żgħażagħ Jekk fost l-anzjani l-faqar f 'pajiiżna huwa ogħla mill- medja fl-UE mhux l-istess jista' jingħad għall-faqar fost iż-żgħażagħ. Fil-fatt ir-rata ta' persuni bejn it-18-il sena u l-24 sena li jinsabu f 'riskju ta' faqar f 'pajjiżna huwa biss ftit iktar minn nofs il-medja tal-UE, li hija ta' 30.5%. Il-faqar f 'Malta fost dan is-settur huwa ta' 17% jew 7,000 persuna. Anke r-rata ta' żgħażagħ li la huma f 'impjieg, la f 'edukazzjoni u lanqas f 'taħriġ f 'Malta hija waħda pjuttost baxxa meta kkumparata mal-UE. Fil-fatt huma 8.4% taż-żgħażagħ Maltin li jaqgħu f 'din il- kategorija, meta l-medja fl-UE hija ta' 15.2%, jew kważi d-doppju. Intant 18,000 tifel u tifla jinsabu f 'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, li għalkemm hija ċifra inkwetanti xorta tindika tnaqqis ta' 6,000 mill-2013. Il-miżuri tal-aħħar baġit għall-anzjani • Żieda ta' €2 fil-pensjoni għal kull pensjonant • Jogħla d-dħul minn pensjonijiet mhux intaxxat għal €13,200 • Żieda ta' €200 fil-pensjoni tas-servizz • Għotja ta' €300 għal dawk ta' 75 sena u aktar • Ħlasijiet lil dawk li batew minn anomaliji fil-pensjonijiet agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Dawk li huma severament deprivati, ma jifilħux... • Iħallsu għal spejjeż mhux mistennija • Jieħdu vaganza lil hinn minn darhom għal ġimgħa f 'sena • Iħallsu l-kontijiet bażiċi kollha, inkluż kera jew self fuq post • Jieklu ikla laħam, tiġieġ jew ħut darbtjen jew tlieta fil-ġimgħa • Iżommu d-dar sħuna fix-xitwa • Jixtru magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ • Jixtru TV tal-kulur • Jixtru telefon • Jixtru karozza personali l-agħar li huma milqutin bil-faqar huma l-anzjani u l-pensjonanti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017