Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum 19 Opinjoni 19 K if dejjem ngħid, ħaddieħor ipaċpaċ – aħna nwettqu Ftit kienu l-Gvernijiet li tejbu u rriformaw l-organi ewlenin tal-istat daqs kemm għamilna aħna. Implimentajna fi żmien qasir bidliet li ħaddieħor kien ilu jpaċpaċ is-snin dwarhom. Il-liġi l-ġdida tal-istampa kienet il-pass li jmiss. Ngħiduha kif inhi, dawn ir-riformi istituzzjonali għajr li kruċjali, ħafna drabi ma jolqtux il-bniedem tat-triq b'mod dirett u fl- immedjat. Kultant, miżura żgħira, bħal roħs marġinali f 'xi prodotti, tinteressa lill- pubbliku inġenerali iktar minn narrattivi dwar tisħiħ tal-istituzzjonijiet. Biss, jien konvint li l-poplu japprezza li qabel ma nitkellmu fuq l-ekonomija u x-xogħol u l-investiment, irridu naraw li l-pedament – jiġifieri d-demokrazija – jkun b'saħħtu u magħqud daqs il-konkrit. Intuli tibni l-isbaħ palazzi jekk ikollok il-pedament imkisser. Hekk ukoll, fl-għaqal tiegħu, Joseph Muscat ra li mhux biss jibni ekonomija b'saħħitha u ekonomija soda imma jkollu pediment b'saħħtu u aħjar minn qatt qabel. Il-media hi parti integrali mid-demokrazija tagħna. Jien l-ewwel wieħed inħoss li l-media għandha bżonn iddur dawra magħha nnifisha. Ftit ilu kien hemm survey ippubblikat mill- MISCO u nstab li fejn tidħol fiduċja tal-poplu l-media kienet taħt nett. Dan mhux tajjeb. Ix-xewqa tiegħi hi li jkun hemm ħafna u ħafna iktar nies li jkollhom fiduċja fil-media għax hekk hu sewwa u hekk għandu jkun. Biex il-media timxi 'l quddiem u jkollha l-fiduċja hu kruċjali li l-għan tagħha hu li tfittex il-verità. Mhux li tkisser partit jew ieħor. Imma li tfittex il-verità. U l-verità ma għandhiex tħares lejn uċuħ u għandha tkun għamja. Din naraha nieqsa f 'ħafna mezzi tax-xandir indipendenti (m'iniex qed nirreferi għal din il- gazzetta). Kultant l-attentat li wieħed joskura bl-iktar mod b'saħħtu possibbli dak kollu li jista' jagħmel il-Gvern ikun ċar u jidher wisq. U għalhekk il-fiduċja titnaqqar. U sfortunatament mal- ħażin jeħel it-tajjeb. Iktar libertà', iktar piżijiet. Dan hu statement ċar u kategoriku li ma tridx wisq għerf biex tifhmu. Issa li l-bibien tal-libertà tal-espressjoni ġurnalistika se jinfetħu beraħ, hu kruċjali iktar minn qatt qabel li l-ġurnalisti jużaw id-drittijiet ġodda li għandhom bl-iktar mod responsabbli. Storja tista' tkisser u teqred il-ħajja ta' dak li jkun. Rajna x'ġara barra minn Malta meta kien hemm persuni li neħħew ħajjithom b'idejhom wara Ii ħarġet storja f 'ġurnal partikolari. Mur ġib lura dik il-ħajja! Il-ġurnalisti għandhom għodda b'saħħitha ħafna ħafna u issa din is-saħħa se tikber iktar. Kruċjali li wieħed jutilizza din is-saħħa b'mod għaqli. Intejbu l-ħajja taċ- ċittadini Xtaqt li nsemmi wkoll żewġ inizjattivi li ħadna fl- aħħar ftit jiem li nemmen li se jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini tagħna mhux ftit. L-ewwel inizjattiva kienet dik li niftħu l-bibien beraħ għar-reġistru tal- Ħarsien tal-Minuri fejn issa l-Għaqdiet Volontarji se jkunu jistgħu jiċċekkjaw jekk bniedem huwiex fuq ir-reġistru bla ħlas. Qabel kienu jħallsu bejn wieħed u wieħed €20 biex jiċċekkjaw jekk persuna li taħdem magħha (bi ħlas jew volontarjament) hijiex fuq ir-reġistru. Issa dan l-iċċekkjar jista' jsir b'xejn u bla ħlas. Dan se jserraħ iktar moħħ il-ġenituri li jafu li l-għaqdiet issa se jkollhom l-ikbar faċilità possibbli biex jagħmlu l-verifiki tagħhom waqt li l-proċess ġudizzjarju jassigura li d-drittijiet ta' kulħadd (inkluż tal-vittmi tar-reat oriġinali) jiġu protetti. It-tieni inizzjattiva importanti li ħadna kienet dik li tirrigwardja l-Culture Pass għas-sena 2018. X'inhu l-Culture Pass? Il-Culture Pass huwa menù ta' 25 rappreżentazzjoni li noffruha b'xejn lill- istudenti kollha tal-Middle Schools u s-Sekondarji. Bih l-istudenti kollha tagħna jkollhom dritt jattendu għal imqar rappreżentazzjoni kulturali waħda waqt li naturalment l-artist tiġi kreat lilu opportunità ġdida biex isaħħaħ il-karriera tiegħu. Aħna nemmenu li dan l-aċċess għall-kultura huwa kruċjali biex pajjiżna u l-poplu tagħna jimxi 'l quddiem. Jekk aħna jirnexxilna nilqgħu minn età żgħira lil uliedna u wlied uliedna u ntuhom aċċess b'saħħtu għall-kultura, allura pajjiżna jkun aħjar u aktar b'saħħtu… u wliedna iktar kuntenti! OWEN BONNICI Il-liġi l-ġdida tal-Istampa… insaħħu d- demokrazija bil-fatti 'Biex il-media timxi 'l quddiem u jkollha l-fiduċja hu kruċjali li l-għan tagħha hu li tfittex il-verità. Mhux li tkisser partit jew ieħor. Imma li tfittex il-verità.' 'Intuli tibni l-isbaħ palazzi jekk ikollok il-pedament imkisser. Hekk ukoll, f l-għaqal tiegħu, Joseph Muscat ra li mhux biss jibni ekonomija b'saħħitha u ekonomija soda imma jkollu pediment b'saħħtu'