Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

21 Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Tradituri u delegazzjonijiet DIN tat-tradituri qabdet naqra art mhux ħażin u ċerti politiċi jidher illi lanqas jilħqu jixirfu fuq il-mezzi tax-xandir, speċjalment siti soċjali, li ma jkunux mogħtija t-tikketta ta' 'traditur ta' pajjiżna'. Issa din tat-traditur hija naqra "ħelwa", biex inkunu diplomatiċi. Għaliex meta xi ħadd jgħajjar lil xi ħadd traditur għax imur f 'pajjiż ieħor u jitkellem dwar affarijiet li min qed jisma' jkun diġa semahom jew qara dwarhom qabel f 'xi sit tal-aħbarijiet jew fuq xi sit soċjali, jkun qed jinsa l-effett reali tat-teknoloġija. Jiġifieri, ejja nibdew mill- bażiku. L-ebda Membru Parlamentari Ewropew mhu qed jistenna, la lil David Casa u lanqas lil Roberta Metsola, biex imorru jgħidulhom li Daphne Caruana Galizia inqatlet bil-ħames karozza bomba li seħħet f 'dawn l-aħħar sentejn. U l-ebda MEP mhu qed jistenna lil Casa jew lil Metsola biex jgħidulhom fuq min kienet tikteb Caruana Galizia u b'liema orgolju kienet tikteb kontra Muscat u l-Partit Laburista. U l-ebda MEP mhu qed jistenna lill- Partit Nazzjonalista biex joqgħod jgħidilhom illi ffaċċjati b'allegazzjonijiet serjissimi li għaddejjin flejjes mill-Ażerbajġan allegatament f 'kont ta' mart il-Prim Ministru, domna siegħat qabel bdiet investigazzjoni fuq il-bank Pilatus. Dawn l-affarijiet u ħafna iktar, ġew imxandrin fuq il-midja lokali u għax ngħixu f 'dinja globalizzata fejn il-kelma u l-argument u d-dimostrazzjonijiet jinxterdu bħal-leħħa ta' berqa, waslu mal-erba' mkejjen tad-dinja. Jiġifieri la Malta u l-ebda pajjiż fid-dinja demokratika u moderna tal-punent m'għandha bżonn ebda traditur biex imur 'jikxef x'ġara Malta.' Hemm bżonn li din l-idea romantika, imma ferm immuffata, ta' Malta maqtugħa mid-dinja qisha xi forti tiġġieled kontra xi Dragut ġej għaliha bil-vapuri u l-merċenarji, nagħtuha ftit il-ġenb. Malta la hi ċ-ċentru tad-dinja u lanqas xi gżira maqtugħa mir-realtajiet tekonoloġiċi. Illum ma ngħixux fi żmien il-medjuevu meta biex tgħaddi messaġġ kont tibgħat ħamiema u lanqas fi żmien il-gwerra bl- ispiji jkellmu lill-għadu. Li qed jagħmlu MEPs bħal Casa u Metsola huwa li jagħtu l-isfumatura partiġġjana li jaqbel man-narattiva tal-Partit Nazzjonalista għax huwa fl-interess tal-Partit Nazzjonalista li jpinġi lil Malta daqslikieku kienet xi pajjiż fit-tarf tal-preċipizju. U ċerti fatti li ġraw, fosthom li dak ta' Caruana Galizia hija l-ħames karozza bomba li ma kinitx solvuta qed jilgħab f 'idejn min għandu l-interess (leġittimu) li jbiegħ in-narrattiva li Malta hija, jew kważi hija, dittatura. Dan l-editorjal jixtieq ifakkar illi apparti Metsola, Zammit Dimech u Casa hemm tliet MEPs oħrajn. L-MEPs Laburisti; Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi. Jekk l-MEPs Nazzjonalisti qed jirnexxielhom jikkonvinċu lill-maġġoranza assoluta tal-Parlament Ewropew li f 'Malta hawn theddida lis-saltna tad-dritt, sinjal li qed ikunu ħafna iktar effettivi mill-kollegi tagħhom mill-Partit Laburista. Li juri żewġ affarijiet jew xenarji possibbli. Jew li vera l-affarijiet f 'Malta huma daqstant ħżiena li l-ebda kontro- argument mhu b'saħħtu biżżejjed. Jew inkella li l-MEPs Nazzjonalisti għarfu jibnu netwerk politiku b'saħħtu biżżejjed li jmur lilhinn mill-Partit Popolari Ewropew u jikkonvinċi saħansitra nies bħal Ana Gomes, li tpoġġi mas- Soċjalisti u Sven Giegold, tal-Ħodor. Dan l-editorjal huwa konxju li l-fatt li MEP bħal Casa u Metsola jmorru fil-Parlament Ewropew u 'jonxru l-ħwejjeġ maħmuġin' ma togħġob xejn lil eluf ta' Maltin. Imma jekk ridna nibqgħu insulari, missna ma dħalna xejn fl- Unjoni Ewropea. Huwa xogħol dawk li jpoġġu mas-Soċjalisti u Demokratiċi li jagħtu l-isfumaturi tagħhom huma ta' dak li qed jiġri f 'Malta, biex imbagħad l-MEPs jaslu għal konklużjoni huma waħdehom. Naturalment, wieħed jifhem li hemm min għandu interess li jattakka lil Malta u naturalment nifhmu wkoll li hemm ħafna li se jużaw dibattiti u delegazzjonijiet bħal ta' din il-ġimgħa biex jipprovaw joskuraw lil pajjiżna u jdaħħlu miżuri li Malta ma jaqblilhiex li jidħlu (fis-servizzi finanzjarji primarjament). Minflok nieħdu għalina u nidħlu ġo qoxortna, u noqgħodu nisħtu lill- Unjoni Ewropea u ngħajjru lin-nies tradituri, jkun ferm aħjar li ma nagħtux ħabel lil min irid jgħallaqna u l-injama lil min irid isawwatna biha. Fejn hemm il-ħażin, ejja nirranġaw. Lets get our house in order, kif ngħidu bl-Ingliż. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017