Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 Sports 32 Imfakkar l-20 sena anniversarju mill-mewt ta' John Debattista ID29 ta' Novembru 2017 ħabat l-20 sena anniversarju mill-mewt ta' wieħed mill- uffiċjali ewlenin tal-Għaqda Kittieba Sports – John Debattista. Huwa miet fi Praga fir-Repubblika Ċeka fejn kien qed jagħmel parti minn delegazzjoni Maltija tal-Bar Tenders Guild fejn l-għan tiegħu kien li jwaqqaf l-Assoċjazzjoni li tiġbor fiha l-Assoċjazzjonijiet tal-Isport ta' Lukandi u Ristoranti fl-Ewropa. Il- funeral tiegħu kien sar fl-4 ta' Dicembru 1997 fil-Knisja Parrokkjali tas-Siggiewi. Imwieled fis-27 ta' Marzu 1943 - John Debattista kien wieħed mill-ewwel korrispondenti tal-waterpolo mill-1974-75 għal ġurnal 'In- Tagħna ' u 'Il-Mument' filwaqt li mill-1977-78 beda wkoll jirraporta partiti tal-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni. Mit-28 ta' Settembru 1991, meta fetaħ Radio 101, kien wieħed mill-korrispondenti ewlenin l-aktar għal partiti marbuta mal-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni, u l-aħħar partita li kien irraporta kien fis-16 ta' Novbembru 1997 meta dakinhar Siggiewi għelbu lil Marsa 5 – 0 . Ironikament dik kienet l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Siggiewi , it-tim li tiegħu John Debattista mhux biss kien plejer fis-snin 60 iżda wkoll Segretarju Generali u President għal aktar minn għoxrin sena, u kien hu li waqqaf wkoll in-Nursery tal-football ta' Siggiewi FC. Kien wkoll għal bosta snin viċi President ta' Kirkop United FC. Fl-istess waqt fl-1975 kien wieħed mill-membri fundaturi u aktar tard Segretarju bejn 1975 - 1985 u President 1985 – 1993 ta' Siggiewi Basketball Club. Il-kontribut ta' John Debattista għall isport kien wieħed vast, fejn membru fl-Eżekuttiv taċ-Centru Sport Edukattiv ta' Fr.Hilary Tagliaferro fejn bejn l-1981 u l-1985 mexxa l-kontinġenti fit- Tournaments internazzjonali Angelo Baiardo li dak iż- żmien kienu l-uniku impenn internazzjonali għal plejers żgħażagħ. Fl-amministrazzjoni tal- ġurnaliżmu sportiv John Debattista jibqa' mfakkar għas-snin li għamel bħala Teżorier tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali mill-1978 sa meta miet kif wkoll għal fatt li mill- 1975 sal-1997 għamel parti mill-Kumitat Ezekuttiv tal- Għaqda Kittieba Sports kemm bħala Membru kif wkoll għal ħmistax il-sena Teżorier tal- istess Għaqda Kittieba Sports. Debattista attenda l-Kungressi tal-AIPS f 'Baden Baden (1980), Ateni (1982), Barcelona (1986), Gotheburg (1989), Toronto (1990),Nicosia (1991), Budapest (1982), Istanbul (1993), Manchester (1994),Quebec (1995)Kuala Lumpur (1996), Oviedo (1997) Għamel żmien bħala membru elett fl-1994 u Viċi Sindku fil-Kunsill Lokali tas-Siggiewi u fl-1996 inħatar membru fil-Kunsill Malti għall-Isport. Il-mibki iżda qatt minsi, John Debattista ILFEDERAZZJONI Maltija għall-Motorsport organizzat il-Laqgha Ġenerali Annwali tagħha it-Tlieta 28 ta' Novembru f 'lukanda ewlenija ġewwa San Ġiljan. Fl-indirizz tiegħu, il- President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini filwaqt li ta rendikont tal-ħidma bla waqfien fuq diversi proġetti mal-klabbs affiljati saħaq ma' dawk kollha preżenti sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-istruzzjonijiet rigward is-sigurtà fil- motorsport. Il-Federazzjoni qiegħda tgħaddi ħafna informazzjoni u opportunitajiet lill- klabbs affilijati magħha kemm f 'Malta kif ukoll barra minn Malta. Dan anke fir-rigward tar- responsabbilitajiet legali tal-organizzaturi. F'din il-Laqgha Ġenerali Annwali Tonio Cini u Jonathan Bruno ġew ikkonfermati fil-pożizzjoni ta' President u Viċi-Segretarju rispettivament filwaqt illi Pierre Sammut reġa' ġie kkonfermat fil-pożizzjoni ta' Teżorier. Għall-President Tonio Cini, dan ser ikun ir-raba' terminu tiegħu wara li diġà okkupa tliet termini ta' tliet snin il-wieħed. Għal Jonathan Bruno dan ser ikun it-tieni terminu filwaqt li Pierre Sammut irritorna f 'din il-pożizzjoni wara nuqqas ta' erba' snin. Wara din il-Laqgħa Ġenerali Annwali, l-amministrazzjoni tal-Federazzjoni hija komposta minn Tonio Cini President, William England Viċi-President, Oliver Attard Segretarju, Jonathan Bruno Viċi-Segretarju u Pierre Sammut Teżorier. Organizzata l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Feder- azzjoni Maltija għall-Motorsport

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017