Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Mario Vella, minn Kommunist għal Kapitalist Mela l-gvernatur tal-Bank Ċentrali Mario Vella (eks president tal-Malta Lejber Party dak li sar moviment) qed jgħid li l-housing soċjali għandu jkun għal dawk in-nies li mhumiex sangisugi – kliem tiegħi - imma insomma hekk fhimt. Mhux aħjar Vella, li studja meta l-Ġermanja tal-Lvant kien stat Kommunist jagħlaq ħalqu u jifhem li f 'dan il-mument partikolari l-uniċi sangisugi li hawn huma l-kbarat li jaħsbu li huma allat u ħadd ma jista jkellimhom. U dan minn xi ħadd who should know better. Phu għalik! Il-Casa Le, le, mhux dak li qed taħsbu. Mela dan il-bravu meta ltaqa mal-pulizija flimkien ma sħabu mill-parlament li jaħsbu li Malta repubblika tal-banana ma setgħax ma jieqafx jimsaħ il-mejda waqt li qed jitkellem. Għasfur li pesspisli f 'widnejja qalli Casa kien qed jassigura li ma jkunx hemm xi traċċi ta' fingerprints, biex żgur il-pulizija, moħħom ħażin, f 'Malta ma jagħmlux xi waħda. Imma jien minn hawn lil Casa ngħidlu- togqħodx tinkwieta. Kif jista jkun li bniedem eżemplari bħalek qatt jista jinqabad jagħmel xi ħaġa ħażina. U kemm għoġobni Casa meta quddiem il-prim ministru f 'kastilja għajjru li huwa wieħed minn gang of three. That's the boy! Delia il-gustuż Mela vera ġġustajtu lil Delia jindirrizza l-konferenza stampa il-bieraħ – ostra x'arloġġ għandu – kemm hu kbir u sabiħ. Kemm jiswa dru? Delia ħareġ bl-għajta li l-Ministru Abela għandu jirriżenja għax għamel pressure (bħal ma tagħmel pressure Nicky fuq Dru) fuq Ferris. Insomma l-bieraħ tal-lovinmalta, kumpanija ta' Peregin (dak li mistgħaħġeb kemm iħobb il-but) ħarġu l-emejls ta' Abela. Ostra, jekk hemm pressure jien mhux qed narah. Xi kultant qed nibża li Dru qed isir bħal Busuttil, jibla l-lixka. Oqgħod attent Dru, għax aħna nħobbuk. U dak l-arloġġ kemm hu sabiħ. Ħa nerġa nistaqsik, kemm jiswa? The Gomes effect Ana Gomes, li tobgħod l-Malta minħabba s-servizz finanzjarji, ma tafx li dak kollu I qed jiġri qed jirriżulta f 'antipatija kbira lejn l-Ewropa. Noqgħodu attenti għax il-Maltin huma dawk li huma u meta jiġu attakkati jsiru dak li dejjem isiru, patrijotti estremisti. U jiġrilna bħal ma ġara f 'pajjiżi oħra li jduru kontra l-Ewropa. Qed jittrattawna ta' pjotti, u jekk jiġri hekk ħażin għal kullħadd. U anke għalija għax lanqas nkun nista nsiefer, jekk ineħħuli l-passaport tal-klieb Tkellmet Marie Antoinette Tajba. Din Corinne Vella, oħt Defni bagħtet ittra li bagħat Peter Caruana Galizia lill-Ministru Michael Farrugia u alla jbierek għamlet punt li min ser jirraporta l-ittra jrid jagħmilha b'kundizzjoni waħda, li ma jbiddel xejn mill- ittra, xejn mit-titl,u altrimenti ma jippubblikaha xejn. Issa jien ma nafx jekk tafux lil Corinne Vella - imma din il-persuna taħseb li s-sewwa jinsab fuq naħa biss, li r-raġġi tad-dawl jiddu minn kantuniera waħda biss u li x-xjaten kollha huma dawk kollha li ġew mkasbra u msawta u mgħajjra minn oħtha – the bestest ġernalist in d werld. Ehh, m'hemmx x'tagħmel, ħlief li taċċetta li hawn min għadu jaħseb li huma nobbli bħal Maria Antoinette. Proġett ta' manutenzjoni u rinovar fil-'housing estate' tas-Siġġiewi ISSEGRETARJU Parlamentari għall- Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes kien preżenti għall-iffirmar ta' ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sabiex jibdew xogħlijiet ta' manutenzjoni u rinovar f 'sitt blokok fil- lokalità. Ix-xogħlijiet se jsiru fi blokok li qegħdin fi Triq Dun Anton Vella, Wied Ħesri, Triq Ramija u Triq Salvatore Mallia. Il- manutenzjoni u r-rinovar se jkunu qegħdin jirrispettaw it-talbiet tar-residenti tal- blokok konċernati. Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal illi dan kien it-tmien ftehim tax-xorta tiegħu matul din is-sena, bil-lokalitajiet l-oħra jkunu l-Fgura, Ħal-Luqa, Il-Birgu, Bormla, Ħal Qormi, Ħal Għargħur u l-Gudja. Dan ifisser investiment b'total ta' €170,000 fi kważi 35 blokka mxerrdin f 'dawn il-lokalitajiet matul l-2017. Ix-xogħlijiet li qed isiru f 'dawn il-blokok jikkonċernaw xogħlijiet fuq is-soqfa umembranes; tibjid tal-komun; tibdil ta'railing; tibdil ta' madum imkisser;light- fittingsuintercomfejn neċessarju; tneħħija ta'aerialsu grampuni li ma jintużawx; manutenzjoni jew bdil ta' aperturi (bibien u twieqi; u manutenzjoni fuq il- ħitan skont kif meħtieġ, fost xogħlijiet oħra. "B'din il-kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Kunsilli Lokali qed nindirizzaw inkonvenjenti li ġejjin minnhousing estatesli issa ilhom mibnija anke erbgħin u ħamsin sena. B'hekk, permezz ta' dawn ix- xogħlijiet ferm meħtieġa, qed inħallu differenza pożittiva fil-ħajja tar-residenti u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom", qal is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes. Huwa żied jgħid illi fl-istess ħin l-Awtorità tad-Djar għaddejja bi proġetti oħra separati li permezz tagħhom se jinbnew aktar blokok, inkluż dak il-proġett b'fondi Ewropej u li permezz tiegħu se tittejjeb l-aċċessibilità ta'housing estatespermezz ta' liftijiet ġodda

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017