Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
illum | Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 Aħbarijiet Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ikompli 'jiżżarma' Jirreżenja Kunsillier tal-PL waqt li s-Sindku tibqa' b'mozzjoni ta' sfi duċja mdendla fuq rasha ILBIERAĦ filgħodu l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar qam għal riżenja oħra, din id-darba tal-Kunsillier tal- Partit Laburista Matthew Barbara. Din il-gazzetta tinsab infurmata li fl-aħħar siegħat Barbara informa lill- Kunsill bir-riżenja tiegħu. Ta' Barbara allura se tkun ir-raba' riżenja mill-Kunsill jew fil-Kunsill ta' San Pawl il-Baħar u dan hekk kif iktar kmieni din is-sena irreżenja il-Viċi Sindku David Thake. Thake indika bl-aktar mod ċar li hu rriżenja għax ma jridx jibqa' jirrapreżenta lill-PN b'Adrian Delia bħala Kap. Fil-fatt matul it-tiġrija għal Kap ġdid tal-PN Thake, li kien ukoll ħabib ta' Daphne Caruana Galizia, kien wieħed mill-aktar kritiċi voċiferi kontra Delia. Fl-aħħar ġimgħat kien hemm żewġ riżenji oħrajn, dik ta' Joseph Vella u ta' Robert Piscopo. Kemm Vella u anke Piscopo irreżenjaw biss minn Kunsilliera tal-PN u baqgħu Kunsillieri indipendenti. Huma indikaw nuqqas serju ta' qbil mas-Sindku Graziella Galea u l-mod kif qed topera l-lokalità bħala r-raġuni għar-riżenja tagħhom mill-PN. Għalkemm mhux magħruf għalfejn irreżenja Barbara, is-sorsi li tkellmu mal- ILLUM sostnew illi dan ma tantx kien jersaq għall-laqgħat tal- Kunsill. Intant, jidher illi l-mozzjoni ta' sfiduċja fis-Sindku Graziella Galea għadha 'mdendla', hekk kif il-Partit Laburista ma tantx jidher li għandu xi għaġġla partikolari biex iressaq tali mozzjoni li kollox jidher illi kieku issir, tgħaddi, u allura jieħu l-Kunsill lura f 'idejh. Dawk li tkellmu ma' dan is-sit qalu illi l-Kunsilliera Laburisti jippreferu li jkunu jew Piscopo jew inkella Vella, jew xi ħadd mill-PN li jressaq tali mozzjoni. Fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, San Pawl il-Baħar, li jinkludi fih Buġibba, l-Qawra, San Pawl il-Baħar, Burmarrad, il-Wardija u x-Xemxija, hija l-lokalità bl-inqas rata ta' nies li joħorġu jivvutaw. Fil-fatt fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li saret fl-2015, flimkien mar- referendum tal-kaċċa kienu vvutaw biss 39% ta' dawk li kellhom l-vot. Dan ifisser illi kważi 13,000 persuna jew ma ġabrux il-vot jew inkella ma marrux jivvutaw minkejja li ġabru d-dokument tal-vot. Fl-2012 kienu marru jivvutaw 35.6% biss tal-votanti f 'din il-lokalità. Din hija l-aktar parteċipazzjoni baxxa f 'elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-aktar rata baxxa ta' votazzjoni f 'kull elezzjoni li ssir fil-pajjiż (Ġenerali, Kunsilli, Parlament Ewropew). Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kien dejjem immexxi minn Kunsill Nazzjonalista sal-2012, f 'liema sena kien elett l-ewwel u l-unika Kunsill b'maġġoranza Laburista s'issa. Il-membri tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar...qabel ir-riżenji!