Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 31 Ħames plejers Maltin jieħdu sehem l- Kampjonat Taljan tat-Table Football FILJIEM li għaddew, ħames plejers Maltin ipparteċipaw fil-kampjonat Taljan mat- timijiet rispettivi tagħhom. Il-kampjonat Taljan ġie organizzat ġewwa San Benedetto Del Tronto l-Italja. Tliet plejers kienu qed jikkompetu fis-Serie A bi 12-il tim jiġġieldu għat- titlu Taljan. Angelo Borg mat-tim Eagles Napoli li jinsabu fit-tieni post, bit tim ta' Jason Pisani Master Sanremoqegħdinfis- seba' post,u Patrick Pace ta' Lazio TFC jinsabu fit- tmien post. Fis-Serie B hemm il-plejer Jean Tabone li jilgħab mat- tim Salernitana. Dawn tal-aħħar għadhom bla telfa fl-ewwel rawnd u spiċċaw rebbieħa tat-titlu ta' Champions tax-Xitwa fost tnax-il tim. Fis-Serie C hemm żewġ gruppi ta'għaxar timijiet kull grupp, fejn Jurgen Balzan li għad għandu biss sittax-il sena jilgħab mat-tim Pisa Subbuteoli qegħdin fil-ħames post ta' Grupp A. Il-Maltin kellhom wirjiet mill-aqwa li għenu biex it-timijiet tagħhom iġibu riżultati tajbin. Il-kampjonat Taljan jintlagħab fuq żewġ grawnds, fejn it-tieni rawnd jintlagħab f 'April 2018. Jason Pisani -azzjoni kontra plejer avversarju Joe Bajada nominat membru f 'Kummissjoni tal- Unjoni Mondjali taċ-Ċikliżmu Ftit ġimgħat wara l-elezzjoni tal-President il-ġdid tal- Union Cycliste Internationale (UCI) il-Franċiż David Lappartient, Malta kompliet tingħata iktar rikonoxximent fl-isfera internazzjonali meta Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu kien innominat bħala Membru tal- Kummissjoni l-ġdida tal-UCI, dik tas-Solidarjeta' u l-Pajjiżi ż-Żgħar. Bħala President ta' din il-Kummissjoni nħatar l-Eġiżjan, Dr. Mohammed Wagih Azzam li apparti li huwa l-President tal- Federazzjoni Ċiklistika Afrikana, huwa wkoll wieħed mill-viċi presidenti tal-UCI. Il- membri l-oħra li ser jiffurmaw din il-Kummissjoni huma: Jamal Al-Faouri (Jordan); Trevor Bailey (St Vincent and the Grenadines); Camille Dahm (Lussemburgu); Robert Farrier (Trinidad and Tobago); Amadou Hamidou Saley (Niġerja) u Dae Hoon Lee (Korea), filwaqt li l-koordinatrici tal- Kummissjoni hija l-Franċiża Marjorie Guillaume. In-nomina ta' Bajada saret mill-istess President Lappartient u kienet approvata mill-Management Board tal-UCI. Din il-ħatra li hija għal erba' snin, tkompli żżid fir-rikonoxximent għax-xogħol siewi li qed jagħmel Joe Bajada fix-xena internazzjonali taċ- Ċikliżmu. Filfatt din il-ħatra tkompli ma' dik akkwistata f 'Marzu li għadda meta l-istess Joe Bajada kien ġie elett f 'kariga mportanti fi ħdan l-Unjoni Ewropeja (UEC) meta kien wieħed mill-15 il-delegat Ewropew eletti fejn kisbu d-dritt li jkunu huma li jivvutaw f 'isem il-50 pajjiż membru affiljat Ewropej waqt il-Kungressi Annwali Ġenerali tal-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċikliżmu. Ma' dawn il-15 il-votant Ewropej kienu ngħaqdu wkoll 30 delegat ieħor mill-erba' konfederazzjonijiet l-oħra li huma ACC (Asia), COPACI (Pan America), CAC (Africa) u l-OCC (Oceania). Din il-kariga hija wkoll għal erba' snin. Sodisfatt ferm b'din il-ħatra l-ġdida, Joe Bajada radd ħajr lil President il-ġdid David Lappartient għal din in-nomina kif ukoll lil Management Board tal- UCI tal-approvazzjoni. Huwa stqarr li dan huwa mhux biss suċċess personali għalih, iżda fuq kollox għaċ- Ċikliżmu u l-iSport Malti nġenerali. Bi promozzjoni ta' din ix-xorta, fuq kollox iċ-ċikliżmu lokali huwa ferm aktar rispettat u apprezzat fid-Dinja Internazzjonali taċ- Ċikliżmu. Bajada radd ħajr ukoll lil Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, kif ukoll lill- impjegati tiegħu Sport Malta, kif ukoll irringrazzja lill- familja tiegħu għall-appoġġ kollu li jagħtuh. Gianella Bugeja malli temmet it-tellieqa Joe Bajada imkien ma' David Lappartinet