Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 INĊIDENT tat-traffiku jista' jħarbat ir-riserva tad-demm għaliex f 'ċertu inċidenti, pazjent jaf ikollu l-bżonn ta' bejn ħames jew għaxar boroż tad-demm. Hekk sostna mal- ILLUM Tony Micallef miċ- Ċentru tal-Għoti tad-Demm dan hekk kif ġiet imnedija l-kampanja edukattiva 'Jekk se ssuq tixrobx!' Hekk kif bil- mod resqin lejn il-ġranet tal- festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena l-ġdida huwa ferm importanti li min ikollu l-ħsieb li jixrob ma jsuqx biex jiġu evitati l-perikli f 'dawn il-jiem ta' gost mal- familja u l-ħbieb. Tony Micallef qal li kampanji edukattivi bħal dawn qed iħallu riżultat għaliex qed jikber aktar l-għarfien dwar il-bżonn tal-attenzjoni f 'dawn il-jiem, tant li mill-istatistika tal- NSO għall-2016, irriżulta li f 'Diċembru seħħew l-inqas ammont ta' inċidenti gravi. Dan ma jnaqqasx mill-bżonn tal-attenzjoni u Micallef saħaq li "dawn il-kampanji huma bżonjużi, għaliex huwa importanti li n-nies ikunu kawti u li jibqgħu jagħrfu li jekk se ssuq ma tixrobx". Peress li matul ix-xahar ta' Diċembru jiżdiedu l-persuni li jkun jeħtieġilhom id-demm, iċ-Ċentru tal- Għoti Demm beda wkoll il-kampanja tal-Milied biex ikun hawn riserva adegwata tad-demm u ċ-Ċentru jkun ippreparat kemm jista' għaż- żmien tal-festi. Tony Micallef fakkar li apparti l-inċidenti, l-akbar ammont tad-demm mid-donaturi jmur għall- pazjenti bil-kanċer. Iċ- Ċentru qed iħeġġeġ biex fil-lista tar-rigali tal-Milied, wieħed iniżżel ukoll li jagħti d-demm, għaliex bl-għoti tad-demm, persuna tkun qed issalva l-ħajja ta' persuna oħra. Mal-ILLUM, Tony Micallef qal li l-mira taċ-Ċentru huwa li jkun hemm 65 donatur tad-demm kuljum. Qal li sfortunatament dan l-aħħar iċ-Ċentru qed jara inqas donaturi tad-demm fost il-ġimgħa. Dan jista' jkun minħabba fatturi differenti fosthom l-impenji tax-xogħol, is-sħana tas-sajf jew il-kesħa tax-xitwa kif ukoll iż-żieda tat-traffiku fit-toroq. Micallef qal li "minkejja l-'exposure' fil-midja u l-għarfien kollu, in-nies xi kultant ma jagħtux biżżejjed" u għalhekk ħeġġeġ aktar persuni biex isiru donaturi u jagħtu d-demm fost il-ġimgħa. Biex jagħmel tajjeb għal dan, iċ-Ċentru jilqa' grupp żgħar minn kumpaniji differenti, fejn il-ħaddiema jmorru flimkien u frekwentament jagħtu d-demm. Micallef qal li persuni miċ-Ċentru jistgħu wkoll imorru huma f 'postijiet tax-xogħol biex ħaddiema jagħtu d-demm. Din is- sena l-avviżi miċ-Ċentru għad-donaturi kienu aktar frekwenti mis-snin ta' qabel. Tony Micallef qal li min se jagħti d-demm l-ewwel darba, ikun dejjem aħjar jekk imur iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm qabel l-4 ta' wara nofsinhar biex tkun tista' tingħata attenzjoni aktar partikolari. Dwar il-biża' li taf iżżomm persuna milli ssir donatur tad-demm, Micallef qal mal-ILLUM, li hawn donaturi li huma regolarissimi taċ-Ċentru li jibżgħu iżda "jagħrfu wkoll li meta jagħtu d-demm jkunu qed jgħinu persuna oħra, jiġu salvati l-ħajjiet u dan jagħtihom sodisfazzjon". Iċ-Ċentru tal-Għoti tad- Demm fi Gwardamanġa jiftaħ kuljum mit-8 ta' filgħodu sas-6 ta' filgħaxija. Huwa importanti li jekk wieħed irid isir donatur jieħu miegħu l-karta tal-identità u min ikun ġie lura mis-safar jiċċekkja l-eliġibbiltà biex jagħti d-demm. Min jixtieq li jkun donatur jista' jagħmel kuntatt maċ-Ċentru permezz tan- numri 22066201, 79307307, il-freephone 80074313 jew b'email fuq customercare. nbts@gov.mt. Wieħed jista' jmur fuq is-sit elettroniku www.blood.gov.mt jew il- paġna tal-Facebook www. facebook.com/bloodmalta. Filwaqt li f 'isem il-pazjenti jirringrazzja lil kull min se jagħti d-demm, iċ-Ċentru jappella lil min hu f 'saħħtu biex juri ġenerożità. Iċ- Ċentru għall-Għoti tad- Demm ilu miftuħ mill-25 ta' Novembru tal-1986 u ilu dawn l-aħħar 10 snin jopera minn Gwardamangia. Fis-sena jingħataw medja ta' 16,000 donazzjoni tad-demm. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Vittma ta' aċċident tat-traffiku jaf ikollha bżonn bejn ħames u 10 boroż tad-demm • L-inċidenti jħarbtu r-riserva iżda l-akbar ammont imur għall-pazjenti tal-kanċer • Il-mira huwa li fi ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ikun hemm 65 persuna li jagħtu d-demm kuljum Fis-sena jingħataw medja ta' 16,000 donazzjoni tad-demm. L-Awditur: Bżonn urġenti ta' kontrolli tal-flus allokati lill-iskejjel tal-Knisja Tkompli Minn paġna 1 IRRAPPORT tal-Awditur juri kif l-akbar żidiet fl- għajnuna finanzjarja li jagħti l-Gvern seħħew mill-2013. Dan hekk kif minn sena skolastika għall-oħra bejn l-2007 u l-2013, iż-żidiet kienu ta' bejn €1 miljun u €4 miljuni. Bejn l-2013 u s-sena skolastika 2014/2015 iċ- ċifra żdiedet €6 miljuni biex minn €48.4 miljuni telgħet għal €54.1 miljuni. Fis- sena skolastika sussegwenti l-għajnuna reġgħet żdiedet għal €60.2 miljuni. L-Awditur jinnota kif dawn iż-żidiet li qed isejjaħ bħala 'ta tħassib' fissru illi l-Gvern f 'temp ta' 10 snin żied l-ispiża ras għal ras b'€1,757, jiġifieri minn €1,923 għal €3,680. Ir-rapport tal-Awditur jiżvela kif wara eżerċizzju illi fih jitqabblu n-nefqiet mal- għotjiet skont id-dokumenti provduti, l-Uffiċċju tal- Awditur ma setax jirrikonċilja ż-żewġ ammonti, b'differenza ta' kważi €4 miljuni, jekk wieħed jikkunsidra wkoll interessi mill-Fondazzjoni tal- Iskejjel tal-Knisja. Minkejja li l-ftehim tal- 1991 bejn Malta u l-Vatikan jobbliga lis-Segretarjat tal- Edukazzjoni Kattolika jressaq ir-rikjesti baġitarji tiegħu għas-sena skolastika ta' wara sa mhux iktar tard mill-aħħar t'Awwissu, ir-rikjest għall-baġit meħtieġ għas-sena 2016 kien mressaq għall-awditjar biss f 'Lulju 2017. Apparti dan id- dewmien, ir-rapport jgħid illi dawn id-dokumenti ingħataw lill-Uffiċċju tal-Awditur erba' ġimgħat wara li saret ir-rikjesta u wara ħafna tfakkiriet. L-istess rapport jgħid illi minkejja diversi talbiet oħrajn mill-Awditur għal aktar dokumentazzjoni dwar l-allokazzjoni ta' flus lill-iskejjel tal-Knisja mill-Ministeru tal-Edukazzjoni fl-2016, dawn id-dokumenti qatt ma waslu għandu. Intant rappreżentanti tal- Ministeru tal-Edukazzjoni ammettew li fl-ebda ħin ma kienet qed issir rikonċiljazzjoni biex ikun aċċertat li l-allokazzjoni ta' flus mogħtija mill-Gvern taqbel mal-ispiża relatata mal-istaff fl-iskejjel tal-Knisja. Ir-rapport tal-Awditur itemm jgħid li għandha tkun priorità 'imperattiva u urġenti' li jkunu stabbiliti kontrolli interni u audit trails tal-flus li l-Gvern qed jgħaddi lil dawn l-iskejjel, "meta tikkunsidra l-ammont sostanzjali ta' fondi pubbliċi li qed imorru għand l-iskejjel tal-Knisja." L-Awditur jistaqsi kif żdiedet tant in-nefqa u l-Ministeru jammetti li qatt ma saret rikonċiljazzjoni tal-allokazzjoni