Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
9 Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet jinżammu moħbija fuq il-post tax-xogħol ferm akbar biex isibu impjieg. Filfatt mill-istatistika tal- Eurostat jirriżulta li hemm rata ta' 58.5% ta' aċċessibilità għax-xogħol fost persuni bi bżonnijiet speċjali u dan meta mqabbel mat-80.5% tal-persuni l-oħra mingħajr diżabilità. L-istatistika Ewropea turi wkoll li hawn 75% tal-persuni b'diżabilità severa ma jingħatawx l-opportunitajiet li jkollhom impjieg sabiex isostnu lilhom infushom. Il-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea ffirmaw it-trattat internazzjonali tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (UNCRPD), filwaqt li l-pajjiżi kollha barra wieħed irratifikawh. Dan it-trattat jorbot lill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea skont il- Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Għaldaqstant rapport tal- Kummissjoni Ewropea juri li fadal ħafna xi jsir fl-implimentazzjoni sħiħa ta' dan it-trattat. Malta flimkien u l-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea jinsabu impenjati li jimplimentaw l-Aġenda 2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli. Ta' min jirrimarka kif l-Artkli 21 u 26 taċ-'charter' tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fuq persuni bi bżonnijiet speċjali fuq bażi tad-diżabilità li jkollhom u jippromwovu l-parteċipazzjoni ugwali taċ-ċittadini fis-soċjetà. Matul dawn l-aħħar snien tressqu wkoll ammont kbir ta' petizzjonijiet onlajn miċ-ċittadini Ewropej, biex il-persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jmorru f 'postijiet pubbliċi u binijiet oħra bl-istess faċilità bħalma jmorru persuni mingħajr diżabilità. Aċċenn fuq il-mard mentali bħala tip ta' diżabilità Filfatt, fir-rapport ta' Stevens, l-MEPs qed jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi liġijiet dwar l-aċċessibilità ta' postijiet pubbliċi għal persuni b'diżabilità u din tinkorpora wkoll l-istandards tal- bini. Ir-rapport iħares lejn id-direzzjoni li trid tmur l-Ewropa fil-politika tagħha għall-persuni bi bżonnijiet speċjali. Dan jitlob lill- Kummissjoni Ewropea tintervjeni u tressaq liġijiet ġodda Ewropej li jiffaċilitaw l-aċċessibilità u l-ugwaljanza lill-persuni b'diżabilità. Tressqu wkoll numru ta' proposti u emendi għar- rapport f 'dan ir-rigward. Dawn jinkludu użu ta' prattiċi ġodda għal ħajja aktar indipendenti għall- persuni b'diżabilità fl-Ewropa. L-Ewroparlamentari iżda jinsabu mħassba li d-diżabilità titqies biss bħala dik fiżika meta hemm diżabilitajiet oħra bħalma huma kundizzjonijiet li mhux neċessarjament ikunu mediċi, dwar l-ambjent tal-madwar u l-esklużjoni mill-komunità. Għalhekk ukoll iridu aktar servizzi ġodda u innovattivi għas- saħħa mentali ta' persuni bi bżonnijiet speċjali. L-MEPs iridu li l-benefiċċji soċjali jitqiesu bħala għajnuna statali mmirati li jgħinu lil persuni b'diżabilità biex jegħlbu l-barrieri fis-soċjetà u kull forma ta' diskriminazzjoni possibbli filwaqt li tissaħħaħ il- parteċipazzjoni fis-soċjetà. Jitolbu għal aktar fondi disponibbli speċjalment aktar aċċess għall-fondi Ewropej. Aktar investiment mill-pajjiżi membri għall-aċċessibbiltà fiżika imma wkoll diġitali, bl- iżvilupp tal-ICT. Ir-rapport jitkellem ukoll fuq tħassib dwar il-barrieri biex jipparteċipaw fis-soċjetà, li qed jaffaċċjaw persuni b'diżabilità li għandhom 'guardianship' jew li jgħixu f 'istituzzjonijiet. Għalhekk jappellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tara li persuni li tneħħitilhom il-kapaċità legali jkunu jistgħu jsaħħu d-drittijiet tagħhom kif maqbula fit-trattati Ewropej. Il-Kummissjoni qed tintalab taddotta liġijiet obbligatorji fil-pajjiżi kollha membri li jirregolaw is-suċċessjoni fil-każ ta' persuni li kienu qed jieħdu ħsieb li kienu responsabbli minn persuni b'diżabilità. Proposti l-kwoti, kif diġa għandna f 'Malta Fost il-miżuri għax-xogħol proposti hemm li tidħol fis-seħħ kwota minima nazzjonali, fil-pajjiżi fejn m'hemmx diġà. Malta fil-fatt għandha kwota li piet infurzata fl-aħħar leġiżlatura, ta' 2% tal- impjegati li jridu jkunu persuni b'diżabilità. Din il-miżura kienet introdotta fil-Baġit għall-2015. Fil-qasam tas-saħħa qed jipproponu inqas żmien ta' stennija għall-kura medika primarja, klinika jew kirurġika. Is-sistema tas-saħħa għandha tara, tanalizza u tirrapporta każijiet ta' abbuż fiżiku jew sesswali fuq persuni b'diżabilità. Awtoritajiet nazzjonali dwar l-ugwaljanza għandhom ikollhom mandat biex jipproponu liġijiet ġodda għall-persuni bi bżonnijiet speċjali wkoll. Vanessa Mock tikkritika r-rapport tal-Oxfam WAQT konferenza tal- aħbarijiet, il-Kelliema tal-Kummissjoni Ewropea Vanessa Mock qalet li wara sentejn ta' ħidma, l-Unjoni tinsab fi stadju importanti fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. Dan bil-lista tal-pajjiżi li l-Ewropa se tqis li huma 'tax havens'. Mock qalet li l-Kummissjoni tilqa' kull tip ta' rapport jew xogħlijiet oħra li jistgħu jsaħħu l-ħidma fuq it-tassazzjoni ġusta. Qalet li dawn ir- rapporti jikkumplimentaw it-talbiet li l-Kummissjoni għamlet lill-pajjiżi membri fl-Unjoni biex huma wkoll jgħaddu lista oġġettiva u li tkun kredibbli ta' pajjiżi li huma jqisu bħala 'tax havens'. Sostniet li l-Unjoni Ewropea twettqet proċess ta' skrutinaġġ estensiv u daħlet f 'diskussjonijiet diretti ma' pajjiżi biex tistħarreġ is-sistema finanzjarja u tat-tassazzjoni tagħhom. Il-Kelliema spjegat li dan kien proċess estensiv ta' ġbir tad-data u li l-kriterji li ressqu l-OXFAM imur lil hinn mill-istandards rikonoxxuti b'mod internazzjonali. Għalhekk ma jagħtix lanqas rendikont tal-impenn muri mill- pajjiżi waqt il-proċess li wettqet l-Unjoni fl- eżerċizzju tagħha. Il-Kelliema tal- Kummissjoni Ewropea qalet li l-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea huma totalment konformi mal-kriterji li ntużaw biex saret il-lista tal-pajjiżi meqjusa bħala 'tax haven'. Dawn il-kriterji kienu dwar it-trasparenza tat-taxxi, tassazzjoni ġusta u r-regoli tal-OECD. Spjegat li matul dawn l-aħħar snin, l-Unjoni ħadmet biex il-ġbir tat-taxxi jkun aktar ġust u trasparenti permezz tal-leġiżlazzjoni, għajnuna statali u investigazzjonijiet. Qalet li l-Unjoni Ewropea għolliet il-livell dwar it-trasparenza tat-taxxa, b'liġijiet ġodda li jorbtu lill-pajjiżi membri li huma ogħla mill-istandards internazzjonali, b'direttivi kontra l-evażjoni u l-ħasil tal-flus (AMLD). Żvelat li l-Kummissjoni għandha f 'moħħha li tintroduċi aktar liġijiet ġodda. barra l-UE biss 'Kull Stat Membru huwa 'konformi mal-kriterji Ewropej' ILGAZZETTA ILLUM bagħtet numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni Ewropea. Staqsiet jekk hux se tkun qed tadotta l-proposta tal-UE li pajjiżi bħal Malta jkunu miżjudin fuq lista sewda. L-ILLUM staqsiet lill-Kummissjoni Ewropea wkoll jekk hux qed tippjana li a) Tadotta il-miżura ta' rata komuni u minima ta' taxxa madwar l-UE kollha u b) Tadotta miżuri illi permezz tagħhom tillimita fondi Ewropej lil dawk il-kumpaniji li jkunu qed 'jipparkjaw' profitti f 'pajjiż illi fih ma jkunux qed joperaw. Il-Kummissjoni, filwaqt li fakkret illi l-proċess ta' għażla ta' pajjiżi għal din il- lista mhix kompitu tagħha, qalet illi l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma 'konformi mal-kritterji Ewropej f 'dak li jirrigwarda taxxi. Mal-ILLUM kelliem għall-Kummissjoni kompla jisħaq illi kull meta 'instabu dgħjufijiet fis-suq komuni, ma ddejjaqniex nirrispondu. Aħna żidna l-istandards b'mod sostanzjali f 'dak li jirrigwarda trasparenza fit-taxxa, b'leġiżlazzjoni li tmur lilhinn mill- istandards Ewropej. Dan apparti li għandna regoli ġodda kontra l-evażjoni tat-taxxa." Finalment, fuq dan il-punt, il-kelliem tal-Kummissjoni Ewropea fakkar lil din il-gazzetta illi matul is-snin, "sar ammont kbir ħafna ta' xogħol fi ħdan l-UE biex it- tassazzjoni tkun aktar ġusta u trasparenti b'liġijiet differenti." Filwaqt li l-Kummissjoni qalet illi l-ebda stat membru mhu se jkun fil-lista s-sewda tal-UE, sostniet ma' din il-gazzetta li 'l-Kummissjoni tistenna li l-lista finali għandha tkun waħda li tagħmel sens, kredibbli u sostnuta b'kontro-miżuri effettivi." ma jħallsux taxxi filwaqt li joħolqu estremitajiet, bil-ġid għand il-ftit. "Filwaqt li pajjiżi tax havens qed jisirqu pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, qed jagħmlu ftit biex jibbenefikaw lin-nies tal-lokal. Il-Panama papers poġġew lir-Repubblika tal-Panama taħt il-lenti, imma ħafna mill-popolazzjoni m'għandhiex x'taqsam ma' skemi ta' evażjoni tat-taxxa. Filfatt 32% tal-Panamjani kienu għadhom qed jgħixu taħt il-linja tal-faqar sal-2015." Ir-rapport jisħaq li l-Oxfam temmen li l-UE għandha tieħu azzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-evażjoni fit-taxxa u li pajjiżi fl-UE m'għandhomx jibqgħu barra mill-lista. Fost il-pajjiżi barra mill- UE li Oxfam trid illi jkunu fil-lista s-sewda Ewropea hemm l-Albanija, l-Bahamas, Bahrain, British Virgin islands, l-Oman, s-Serbja, Jersey, Singapore, Taiwan, Hong Kong, Bosinia u Herzegovina u l-Virgin islands. Il-Panama, sorprendentement, mhix fil- lista.