Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 29 FILJIEM li għaddew, il-Gozo Motocross Association organizzat it-tieni rawnd mill- kampjonat tagħha. L-atmosfera kienet waħda drammatika hekk kif tmintax-il sewwieq ikkompetew flimkien f 'atmosfera ta' emozzjoni u ħafna antiċipazzjoni filwaqt li numru sabiħ ta' spettaturi segwew l-avveniment b'attenzjoni kbira. Fi Klassi A rajna lil Etienne Bigeni, 'champion' bejn l-2014 – 2016, jissielet għall-ewwel post flimkien ma Stefan Dimech u Steve Xuereb kif ukoll Joseph Bigeni u Edward Ciantar. Is-sewwieqa ta' din il-klassi għamlu ħilitom kollha biex jakkwistaw kemm jistgħu punti. It-tmiem kien wieħed kemmxejn imprevedibbli hekk kif Dimech u Bigeni spiċċaw b'distakk ta' punt wieħed biss bejniethom, b'dan tal-aħħar jirbaħ it-trofew tal-ewwel post. Fit- tielet post daħal Xuereb filwaqt li Robert Spiteri u Keith Bugeja wkoll kienu sewwieqa f 'din il-klassi. Fi Klassi B, il-Malti Brandon Slowe wera ħila liema bħalha fuq il-mutur tiegħu hekk kif għamel ukoll Nataniel Camilleri. Infatti dawn ukoll spiċċaw b'distakk ta punt wieħed bejniethom, bi Slowe jidħol l-ewwel segwit minn Camilleri. Warajhom daħal Jorn Stellini segwit mill- qrib minn Joseph Luke Gauci. Rajna wkoll taqtiegħa interessanti fi Klassi C hekk kif Matthew Spiteri, Matthew Buttigieg u Anthony Fenech ukoll issieltu għall-ewwel post. Infatti, Buttigieg spiċċa fl-ewwel post segwit minn Fenech u Spiteri rispettivament. F'din il- klassi rajna r-ritorn ta' Kurt Fenech filwaqt li Steve Cassar, Raymond Caruana u Emma Xuereb ukoll għamlu l-ħila tagħhom. Ir-rebbieħa tal-ġurnata ngħataw trofej kull wieħed filwaqt li nġabru l-punti għall-kampjonat. Il-GMA ħabbret li t-tielet rawnd se jkun qed jiġi organizzat nhar il-Ħadd, 10 ta' Diċembru 2017. L-għaqda dejjem tħeġġeġ aktar sewwieqa ġodda biex jingħaqdu magħha ħalli jgawdu dan l-isport li sar ferm popolari fil-gżira Għawdxija. Għal aktar tagħrif wieħed jista jżur il-paġna ta' Facebook - https://www. facebook.com/gmagozo/. Organizzata b'suċċess il-45 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Judo Malti Jiġi organizzat b'suċċess it-Tieni Rawnd tal-YAMAHA Gozo Motocross Championship 2017/2018 Żewġ sewwieqa -azzjoni waqt il-Yamaha Gozo Motocross Champion- ship 2017/18 FILJIEM li għaddew, fl-Akkademja Maltija tal-Judo f 'Pembroke, ġiet organizzata l-45 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Judo. Qabel ma bdew il- kategoriji, sar il-festival tradizzjonali tat-tfal, fejn 'il fuq minn 80 tifel u tifla taħt l-età ta' tnax-il sena kellhom sagħtejn ta' attivitajiet diversi tal-Judo taħt id-direzzjoni ta' Joe Castillo, direttur taz-żgħażagħ, u l-kowċis tal-klabbs Gaetano Scerri, Serge Dintimille, Joseph Muscat u David Cucic. Waqt dawn is-sagħtejn, it-tfal kellhom ċans jitħalltu ma' sħabhom ta' klabbs oħra, u juru l-kapaċitajiet tal- Judo tagħhom. Is-sessjoni spiċċat b'randori ta' minuta. Randori huwa dak li nistgħu nispjegawh bħala kompetizzjoni friendly, jew inkella taħriġ għall- kompetizzjoni. Il-Federazzjoni tinsisti li m'għandux ikun hemm pressjoni kbira fuq min rebaħ, iżda kemm huma kapaċi u li t-tfal juru progress. Kull parteċipant, fl-aħħar telgħu fuq l-ogħla post tal-podju biex jirċievu t-trofew kommemorattiv. Il-ġurnata kompliet bil-logħob tal-Espoir, li huma dawk ta' bejn it-12 u l-14-il sena, segwiti mill- Kadetti (15 - 17 il sena), Juniors (taħt il-21 sena), u s-seniors. Fost ir-rebbieħa ta' dawn il-kategoriji, ta' min insemmu liż-żewġ studenti tal-Iskola Nazzjonali tal- iSport, Estelle Camilleri u Clive Camilleri, kif ukoll it-talenti li telgħin, Katryna Esposito, Kurt Camilleri u Thomas Zerafa. Joseph Castillo, id-direttur taż-żgħażagħ faħħar ir-refereeing ta' Svetislav Cucic u Louisa Galea, taħt id-direzzjoni ta' John Zammit, id-direttur tar-refereeing. Castillo kien sodisfatt bil-progress li qed isir, u kuntent illi ra ammont ta' atleti bl-għatx għall- kompetizzjoni. Charlene Attard, l-osservatriċi għall-Judo għall-Kumitat Olimpiku Malti, kienet ukoll preżenti għal-logħob, u dehret sodisfatta bil-progress li qed isir. It-titolari tal-kategoriji huma dawn : Espoir : -38kgs Chris Samuel Bartolo ; -46kgs Matthew Fiott ; -50kgs Jake Butters ; -55kgs Francesco Bezzina ;-60kgs Nikola Zvicer ; -66kgs Clive Camilleri ;-44kgs Amy Munro ;-48kgs Kirsty Cauchi ; -52kgs Estelle Camilleri ;+63kgs Tatiana Catania Cadet : -55kgs Owen Cauchi ;-60kgs Kurt Camilleri ; -73kgs Thomas Zerafa ;-81kgs Nathan Spiteri ; -52kgs Katryna Esposito Junior : -66kgs Joseph Muscat ;-73kgs Kurt Butters ;-90kgs Francesco Aufieri Senior : -66kgs Andreas Castillo ; -73kgs Jeremy Saywell ;-81kgs Georg Schneeberger ;+100kgs Isaac Bezzina ; -48kgs Rosemary Sammut ;-52kgs Katryna Esposito ; -63kgs Cheryl Cachia Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem l-45 Edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Judo