Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 Intervista 12 'Għad hawn abbużi kbar fir-rimi illegali J itkellem dwar il-ħarsien tal- konsumatur, speċjalment dwar xiri onlajn u l-kompetittività fis-settur kif ukoll dwar responsabbiltajiet li għandu fosthom it-tindif u l-Valletta 2018. Malta rtirat mit-talba għall- aġġudikazzjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Mediċini għalfejn? Malta dehrilha li fl-interess tas- sostenibbiltà u l-ħarsien tal-pazjent għandha tneħħi l-offerta tagħha minn dan il-proċess. Kultant żmien nisimgħu b'aktar ħidma biex jorħsu ammont ta' mediċini, kif qed tissaħħaħ il- ħidma tal-awtoritajiet fil-kuntest ta' mediċini ġeneriċi li jiġu importati? L-Awtorità dwar il-Mediċini għandha 'l fuq minn 5,400 mediċina awtorizzata fejn f 'dawn l-aħħar erba' snin ġew awtorizzati iktar minn 3,000 mediċina. Dan in-numru rekord ta' mediċini awtorizzati f 'Malta ssaħħaħ il- kompetizzjoni li twassal għat- traħħis fil-prezzijiet tal-mediċini. Minn żmien għal żmien l-Awtorità dwar il-Medicini tħabbar mediċini ġeneriċi ġodda li tpoġġew fuq is- suq lokali sabiex il-pazjenti jkunu infurmati dwar l-għażla ta' mediċini li jinsabu f 'Malta. Fost dawk il-mediċini ġeneriċi li traħħsu fl-aħħar xhur nsibu mediċini li jintużaw minn pazjenti li għandhom l-osteoporożi, l-ażma jew uġigħ newropatiku. Permezz tal-awtorizazzjoni ta' mediċini ġenerici ġodda, il-konsumaturi ffrankaw sa 85% fil-prezz tal- mediċina. Bħala Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur tara li hawn koperazzjoni mill-bejjiegħa fl- istandards li jasal għand ix-xerrej? Huwa fl-interess tal-bejjiegħa li l-prodotti jew servizzi li joffru lill-konsumatur ikunu ta' kwalità u konformi ma' standards internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali. Hemm numru ta' standards li Aworitajiet kompetenti jesiġu fuq il-bejjiegħa sabiex iħarsu s-sigurtà tal-prodotti. Jeżistu standards oħra li huma volontarji u li negozjanti jistgħu jagħżlu li jimplimentaw sabiex joffru prodotti jew servizz aħjar u b'hekk jiġbdu aktar konsumaturi lejhom. Ta' min jirrimarka illi x-xiri onlajn jaf joffri sfida għall-awtorijitajiet sabiex jassiguraw li dak li qed jiġi provdut fis-suq ikun dejjem konformi ma' obbligazzjonijiet legali fir-rigward ta' standards meta mqabbel ma' xiri mill-post tan- negozju, jiġifieri xiri minn ħanut. Il-Maġġor parti tal-bejjiegħa lokali huma konxji mir- responsabiltajiet legali tagħhom lejn il-konsumaturi għaliex jafu li jekk jipprovdu prodotti inferjuri jew servizz ta' xiri mhux adegwat, il-konsumatur Malti llum il- ġurnata tant huwa infurmat sew dwar id-drittijiet legali tiegħu li ser ikun l-ewwel wieħed li jilmenta biex jassigura li l-flus li ħallas jieħu valur tajjeb tagħhom. Sabiex jiġi assigurat standard għoli fl-esperjenza tax-xiri tal- konsumatur l-MCCAA waqqfet skema volontarja magħrufa bħala 'Trust Mark' li jistgħu jissieħbu fiha negozji lokali, kbar u żgħar, li jbigħu prodotti jew joffru xi servizzi għall-konsumaturi. Kull min jissieħeb f 'din l-iskema jimpenja ruħu li josserva l-kodiċi ta' kondotta marbut mal-istess skema. Dan il-kodiċi jirrappreżenta l-proċess kollu tax-xiri u għaldaqstant jiggwida lill-bejjiegħ kif għandu jirriklama s-servizzi u l-prodotti tiegħu, li jifhem u jikkomunika sew mal- konsumaturi, li jkollu servizz ta' wara x-xiri adegwat u meta jkollu lment jagħmel l-almu tiegħu kollu biex isib soluzzjoni aċċettabbli għall-konsumatur mingħajr il- bżonn li l-ilment jitressaq quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal- Konsumaturi. Min-naħa tagħhom ix-xerrejja għandhom dejjem joqogħdu attenti dwar dak li qed jixtru u jevalwaw sew il-kwalità ta' prodott li qed jixtru speċjalment fejn tidħol is-sigurezza tal-prodott, u fejn isibu dubju jsaqsu lill-awtoritajiet relevanti. Taħseb li x-xiri onlajn qed toħloq sfida lill-awtoritajiet u l-bejjiegħa biex ikun hawn ħarsien ġust tal- konsumaturi? Għalkemm huwa fatt li x-xiri onlajn joħloq sfidi kemm għall- awtoritajiet u kemm għall- bejjiegħa, huwa wkoll fatt li x-xiri onlajn sar preferenza għal numru kbir ta' konsumaturi għal diversi raġunijiet, fosthom il-kumdità li l-konsumaturi jixtru minn darhom jew minn kwalunkwe post fejn għandhom aċċess għall- internet kif ukoll li x-xiri onlajn joffri varjetà kbira ta' prodotti u servizzi bi prezzijiet kompetittivi. Għaldaqstant sabiex dawn l-isfidi jiġu mnaqqsa, hemm numru ta' obbligazzjonijiet legali li jridu jiġu segwiti kemm mill-bejjiegħa u kemm mix-xerrejja. Min- naħa tagħhom l-awtoritajiet iridu jassiguraw li dawn l-obbligazzjonijiet qegħdin jiġu mħarsa. Ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur jistabbilixxu forst oħrajn numru ta' rekwiżiti li jridu jiġu pprovduti bħall-informazzjoni li trid tingħata minn qabel lill- konsumatur għal kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, jiġifieri xiri onlajn. Fost dawn hemm l-obbligazzjoni li tingħata informazzjoni dwar ir-right of withdrawal ta' 14-il ġurnata fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jibgħat lura prodotti lin-negozjant mingħajr ma jagħti raġuni għalxiex qed jibgħathom lura, informazzjoni dwar il- garanzija kummerċjali u legali, u informazzjoni fuq in-negozjant sabiex f 'każ li l-konsumatur ikollu bżonn jikkomunika man-negozjant ma jkollux problemi sabiex isir kuntatt. Fl-istess Regolamenti però hemm ukoll proviżjonijiet fejn jissalvagwardjaw lin-negozjant fosthom numru ta' obbligazzjonijiet li jridu jiġu segwiti mill- konsumatur rigward pereżempju dwar kif jeżerċita r-right of withdrawal u hemm ukoll proviżjonijiet rigward eċċezzjonijiet minn dan id-dritt. Il-konsumaturi li jagħżlu li jixtru l-prodotti jew servizzi onlajn kemm mingħand bejjiegħa lokali kif ukoll mingħand bejjiegħa stabbiliti f 'pajjiżi oħra membri tal-Unjoni L-ILLUM titkellem mas-Segretarju Parlamentari DEO DEBATTISTA dwar l-istandards l-mediċini li jkunu tal-ogħla kwalità lejn il- konsumaturi jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino 'L-Awtorità dwar il-Mediċini għandha 'l fuq minn 5,400 mediċina awtorizzata fejn f 'dawn l-aħħar erba' snin ġew awtorizzati iktar minn 3,000 mediċina.' " " Debattista jfakkar li hemm l-obbligi max-xiri onlajn, kemm għall-bejjiegħ u anke għax-xerrej

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017