Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Santa Lucia ....................0 Birkirkara ......................5 BIRKIRKARA umiljaw lil santa Lucia meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-0. L-Istripes fetħu l-iskor fit- 23 minuta meta l-attakkant żagħżugħ Luke Montebello approfitta bis-sħiħ minn żball difensiv tal-plejer ta' Santa Lucia, Andrè Joe Cutajar, li avvanza tajjeb u wiċċ imb' wiċċ mal-goalkeeper Jonathan Vella, tefa' l-ballun fix-xibka permezz ta' xutt fil-baxx. Birkirkara rduppjaw l-iskor fil-31 minuta permezz ta' gowl mill-isbaħ minn korner dirett ta' Jake Grech, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Istripes komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fis-46 minuta skorjaw it-tielet goal hekk kif Carlos da Silva Goncalves Junior għadda tajjeb lejn Alex Nillson, b'dan tal-aħħar jgħaddi tajjeb lejn Luke Monetbello li permezz ta' xutt mill-viċin spara l-ballun fix-xibka. Fis-60 minuta, Birkirkara għamluhom erbgħa meta Alex Nillsson ħalla l-ballun għaddej għal Luke Montebello li mill-viċin tefa' l-ballun wara Jonathan Vella, biex b'hekk irreġistra hat-trick personali. Birkirkara ssiġillaw ir- rebħa permezz tal-ħames gowl fis-77 minuta meta Ryan Camenzuli xeħet cross preċiż lejn is-sostitut Gianluca Zammit, li permezz ta' xutt minn taħt il-lasta tefa' l-ballun fix-xibka. Santa Lucia Vella, Caruana, Farrugia, Vella (Darmanin 82'), Camilleri, Perdomo, Solano (Sammut 61'), Meilak, Cutajar (Zammit 46'), Conti, D'Amato Birkirkara Schranz, Herrera, Klien, Verane Maia, Montebello, Cremona (Borg 77'), Grech (Micallef 64'), Scicluna, Camenzuli, Da Silva Goncalves Junior (Zammit 64'), Nilsson Referi Darryl Agius minn Cristian Antony Muscat Gudja U .................... 1 Balzan ...................... 4 BALZAN sabuha wisq faċli biex għelbu l-isfida ta' Gudja United bl- iskor ta' 4-1. Balzan fetħu l-iskor wara biss sitt minuti meta Alex Da Paixo Alves xeħet cross lejn Bojan Kaljevic li għola fil-kaxxa ż-żgħira u b'daqqa ta' ras għeleb għal kollox lill-goalkeeper ta' Gudja United, Frederick Tabone. Balzan komplew jattakkaw u fit-22 minuta, Alex Da Paixo Alves minn azzjoni personali, għadda tajjeb lejn Marko Platisa li waħdu tefa' l-ballun fix-xibka għal 2-0. Balzan għamluhom tlieta fl-43 minuta meta Milos Lepovic għadda tajjeb lejn Alex Da Paixao Alves li kien waħdu mal-goalkeeper avversarju u faċilment għamilhom 3-0. Fis-57 minuta, Gudja United, sabu x-xibka biex naqqsu l-marġni tal-iskor meta wara li rċieva minn freekick ta' Christian Cassar, għola tajjeb Christopher Grech li b'daqqa ta' ras, sab ix-xibka għal Gudja United. Żewġ minuti biss wara, Balzan skorjaw goal ieħor biex issiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba' goal meta minn azzjoni ta' Bojan Kaljevic, dan għadda tajjeb lejn Alex Da Paixao Alves li żmarkat tefa' l-ballun fix-xibka. Gudja U. Tabone, Portelli (Saliba 83'), Azzopardi (Zahra 87'), Marshall, Camilleri, Grech, Cassar, Bugeja, Vaughan, Ellul (Zarb 74'), Cesare Balzan Bugeja, Borg, Grioli, Mitrev, Giglio De Oliveira (Johnson 46'), Kaljevic, Lepovic, Platisa, Da Paixao Alves (Fenech 70'), Effiong (Camilleri 46'), Zerafa Referi Emanuel Grech LUKE MONTEBELLO Irreġistra hat-trick personali f'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa elementi li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin. Ingħaqad ma' Birkirkara mingħand Valletta fis-sajf li għadda. BOJAN KALJEVIC Skorja gowl uniku għal Balzan. Huwa fost l-aqwa plejers li qatt ġew jilagħbu f'Malta. Qabel ingħaqad ma' Balzan, kien jilgħab ma' Mosta. Birkirkara jumiljaw lil Santa Lucia f Available in a choice of colours. The perfect topping for any outdoor area including driveways, pool areas and steps. EXPOSED AGGREGATE is easy to maintain and naturally skid-resistant, it is an ideal decorative treatment for concrete driveways, patios, terraces and steps. Cleaning and colour reseal of existing surfaces also available. All works carried out to a high standard. Customer satisfaction is essential. Fast, friendly service. On site quotes on request SPECIALISTS IN EXPOSED AGGREGATE Call on 99953411/ 99978412 Email: lghtnjns@gmail.com • Facebook: xposeitaggregate Faċli għal Balzan kontra Gudja United

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017