Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Intervista 13 illegali ta' skart u l-ħruġ tal-borża s-sewda' Ewropea, mhux biss għandhom protezzjoni adegwata permezz tar-Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, iżda f 'każ ta' problema b'xi oġġett jew prodott mixtri, il-konsumaturi jistgħu jirrikorru għall-għajnuna mingħand l-MCCAA f 'każ li l-bejjiegħ onlajn jopera minn Malta jew jitolbu l-għajnuna taċ-Ċentru Ewropew tal- Konsumatur ta' Malta jekk ix-xiri jkun sar mingħand bejjiegħ li jopera minn stat ieħor membru tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk il-konsumaturi qed ikunu kontinwament edukati u infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u x'għandhom jagħmlu f 'każ ta' problema u kif ukoll huma infurmati fuq il-prekawzjonijiet li jistgħu jieħdu biex jevitaw li jkollhom problema bil-prodott jew servizz mixtri. Din il-kampanja edukattiva sseħħ primarjament permezz ta' artikli informattivi ppubblikati fil-gazzetti lokali u anke fuq il-media soċjali. Barra minn hekk uffiċjali fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jipparteċipaw b'mod regolari fi programmi fuq radju u televiżjoni li fihom jispjegaw u jiddiskutu d-drittijiet u r-responsabiltajiet tal-konsumaturi. Dan kollu sabiex il-konsumatur Malti jkun infurmat u edukat u biex kemm jista' jkun jiġu evitati l-problemi li jista' jkun hemm marbutin ma' dan it-tip ta' xiri. Nisimgħu b'ħafna kampanji edukattivi dwar l-iskart li jkunu għaddejjin matul is-sena kollha, fit-total il-Maltin qegħdin japprezzaw li jżomm il-pajjiż aktar nadif? Minn ilmenti li jidħlulna jidher li qed titqajjem iktar kuxjenza dwar l-indafa f 'pajjiżna. Sfortunatament għad hawn abbużi kbar fir-rimi illegali ta' skart, kif ukoll il-ħrug tal-borża s-sewda meta ma tkunx ser issir il-ġabra fil-ġurnata. Biex inkomplu nqajmu kuxjenza dwar l-indafa pubblika u l-irwol ta' kull wieħed minnha fiż-żamma ta' Malta nadifa, bdejna kampanja fl-iskejjel bl-isem 'Flimkien għal Malta Nadifa' mal-Ministeru għall- Edukazzjoni u Xogħol. Dwar ġbir ta' skart nisimgħu lmenti minn residenti ta' lokalitajiet differenti fosthom tal-Belt, Tas- Sliema u Buġibba… resqin lejn pjan komprensiv nazzjonali? Dalwaqt ser jitnieda proġett pilota fil-Belt Valletta li jista' jservi ta' mudell għal diversi lokalitajiet oħrajn. F'dan il-pjan ser jiġi determinat kif, f 'liema ħin, u l-metodu ta' kif jinġabar l-iskart fil- lokalità. Ninsabu prattikament ftit ġimgħat 'il bogħod biex il-Belt Valletta tkun il-Belt Kulturali Ewropea, kif taħseb li din se tkun qed taffettwa l-futur tal-Kapitali tagħna? Studji li saru minn esperti Ewropej dwar il-Kultura juru kif it-titlu ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura jibdel l-identità tat-tali Belt għall-aħjar. Beltna diġà kienet magħrufa għall- Istorja wiesgħa tagħha u għall-wirt arkitettoniku, iżda t-titjib fl- infrastruttura li sar propju minħabba Valletta 2018 se jibqa' magħna biex ingawduh. Fl-istess ħin, il-Belt Valletta se tkun ingħatat esponiment qawwi fid- dimensjoni internazzjonali li jattira iktar investiment fir-riċerka kulturali, iktar turisti, u jitlob ukoll għal iktar titjib fis-settur kulturali. Il-proġett ta' Valletta 2018 jistimula riġenerazzjoni kulturali, soċjali u ekonomika fil-Belt Valletta u l-gżejjer Maltin permezz ta' kollaborazzjoni, skambju u prattika innovattiva. Il-proġetti infrastrutturali li jinkludu l-proġett tal-MUŻA, ir- ripenerazzjoni ta' Strada Stretta, il-Valletta Design Cluster, kif ukoll is-Suq l-Antik, se jkunu parti mil- legat tal-Fondazzjoni Valletta 2018 li se jibqgħu jsaħħu l-kultura lil hinn mill-2018. Fil-futur se nkunu qed nerġgħu napplikaw f 'isem xi belt oħra wkoll? Il-Kummissjoni Ewropea tagħti dan it-titlu prestiġjuż lil żewġt ibliet kull sena. Malta se jerġa' jkollha l-opporunità biex tospita t-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fis-sena 2031. David Stellini 'Dalwaqt ser jitnieda proġett pilota l-Belt Valletta li jista' jservi ta' mudell għal diversi lokalitajiet oħrajn.' " " Ritratt: Kevin Abela - DOI