Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
illum Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 Sports 30 Ikompli l-progress kbir mit-Tim Nazzjonali tan-Nisa minn Cristian Antony Muscat FLAĦĦAR jiem, kompla jikber il-progress tat-tim nazzjonali tan-nisa, meta f 'żewġ logħbiet ta' ħbiberija, għeleb lill-Emirati Għarab Magħquda bl- iskor kbir u identiku ta' 4-0. Dawn iż-żewġ riżultati jistgħu jitqiesu bħala ferm pożittivi għal Malta speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li l-Maltin jinsabu rrankjati fil-91 post waqt li l-Emirati Għarab Magħquda jinsabu rrankjati fit-80 post tar-rankings tal-FIFA. Fl-ewwel partita, Malta fetħet l-iskor fit-13-il minuta permezz ta' xutt mill-ewwel minn ġol-kaxxa tal-captain Dorianne Theuma. Ftit wara Martina Borg ġiet wiċċ imb'wiċċ mal-goalkeeper Noura Almazrooei qabel rat lill-goalkeeper Għarbija issalva tajjeb. Man-nofsiegħa logħob, xutt minn barra l-kaxxa ta' Shona Zammit ġie salvat tajjeb minn Noura Almazrooei. Sitt minuti wara, il-captain Dorianne Theuma, rat ix-xutt tagħha minn barra l-kaxxa jgħaddi ftit barra. Fl-44 minuta Malta rduppjat l-iskor meta Jade Flask avvanzat fil-kaxxa qabel għelbet lill-goalkeeper Għarbija Almazrooei Noura permezz ta' xutt fil-baxx. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima il-Maltin rebħu penalty meta Shamma Alnasosri waqqgħet lil Dorianne Theuma fil-kaxxa. Mill- 11-il metru nkarigat ruħha l-istess Dorianne Theuma li ma żbaljatx hekk kif tefgħet il-ballun fir-rokna tax-xibka b'Noura Almazrooei ma tagħmel l-ebda moviment. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin komplew fejn ħallew fit-tieni taqsima u fil-71 minuta, is-sostituta Raina Giusti avvanzat tajjeb fil-kaxxa qabżet lid-difensur avversarja u tefgħet il-ballun wara Noura Almazrooei permezz ta' xutt meqjus fil-baxx. Intant, fit-tieni partita, il-Maltin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fil-fatt fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta minn azzjoni personali Shona Zammit tefgħet il-ballun wara l-goalkeeper Għarbija Noura Almazrooei. Malta rduppjat l-iskor fis-27 minuta permezz ta' xutt dijagonali mkaxkar minn ġol-kaxxa tal-plejer ta' Anderlecht fil-Belġju, Rachel Cuschieri. It-team nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Mark Gatt għamihom tlieta fit-33 minuta meta Rachel Cuschieri indirizzat korner għan-nofs li ġie kklerjat parzjalment mid- difiża Għarbija, b'Shona Zammit jirnexxielha tikkontrolla l-ballun qabel venvnet xutt mill-ewwel mill-isbaħ li ma tal-ebda ċans lil Noura Almazrooei. It-tim nazzjonali tan-nisa It-tim tal-Pool ta' PL Fgura Gabriella Zahra tgħaddi tajjeb minn bejn żewġ plejers avversarji Ritratti - Domenic Aquilina / MFA It-tim tal-Pool ta' Qormi Ground QORMI Football Ground u PL Fgura kisbu l-ewwel unuri tas-sena fil-Logografix Team Knockout organizzata mill-Malta Pool Association. Fil- kategorija riservata għat-timijiet tal-Premier u l-Ewwel Divizjoni, f 'derby Qormi, Qormi Football Ground kisbu rebħa konvinċenti ta' 10-5 fuq Anici Band Club. It-tim ta' Qormi Ground kien konsistenti fil-logħob tiegħu u bi plejers ta' esperjenza kbira ma ħalla l-ebda spazju biex it-tim ta' Anici jirkupra. It-tim ta' Qormi Ground kien kompost minn Anton Cuschieri, Clayton Attard, Ryan Pisani, Wayne Bonnici, Mario Cutajar, Miguel Falzon u Jurgen Attard. Fil-kategorija tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni d-debuttanti ta' PL Fgura kisbu rebħa kbira ta' 10-2 fil-finali fuq it-tim ta' Hamrun Liberty. It-tim mill-Fgura, li għalkemm iddebutta f 'din il- kompetizzjoni huwa mimli bi plejers ta' esperjenza, kien konsistenti matul il-kompetizzjoni kollha. Il-plejers li ffurmaw dan it-tim jinkludu lil Brian Grech, Rudolph Gellel, Marco Bonello, Noel Cassar, Ian Grech Matthew Cutajar, Biern Farrugia, Charles Peresso u Clive Zammit. Qormi Football Ground u PL Fgura jirbħu t-Team Knockouts tal-Pool