Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590
Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 35 ġie finalizzat u għal darb'oħra qed nilbes il-flokk aħmar ta' Balzan. Issa nistennew ħa nara jkunx hemm xi offerta oħra f 'Jannar. Biex int tkun plejer tal-futbol tajjeb x'tip ta' sagrifiċċji tagħmel? Kulħadd jaħseb illi l-ħajja ta' plejer tal-futbol hija waħda faċli iżda xejn ma jafu li tinkludi ħafna sagrifiċċji. Jien inġib eżempju bis-sajf fejn kulħadd hawnhekk ikun rilassat, imur il-baħar u joħroġ mal-ħbieb. Jien bqajt għaddej dan is-sajf fejn għamilt pre-season tajba mal-klabb u tħarriġt ħafna ħin waħdi ħalli nibqa' fiżikament tajjeb għal staġun ieħor. Bħala plejer trid tkun ukoll moħħok hemm għax il-psikoloġija tilgħab parti importanti jekk tilgħabx tajjeb jew le. U fl-aħħar nett tgħidilna kif il- futbol bħala sport jgħinek f 'ħajtek? Sfortunatament illum il-ġurnata l-futbol bħala sport sar ikun imdawwar bil-flus. Madankollu ma rridux inħallu dawn il-kurrenti negattivi jtappnu s-sbuħija ta' din il-logħba. Bil-futbol tagħmel ħafna ħbieb. Jien hekk ġrali meta kont żgħir u konna nilagħbu bejnietna. Dan l-isport jilgħab parti importanti mill-ħajja ta' bniedem għax jagħtik ħafna sodisfazzjon jekk tieħdu b'serjetà. Ritratti: James Bianchi Montenegrin ta' Balzan FC Twieled il-Montenegro l-25 ta' Jannar 1986 u għandu 31 sena. Huwa skorer proliku li jilgħab ma' Balzan FC. Ingħaqad ma' Balzan FC mingħand Mosta. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li qatt ġew jilagħbu f 'Malta. Bojan Kaljevic