Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 33 Valletta Subbuteo Club u Valletta Lions Table Football Club jorganizzaw tournament internazzjonali ILVALLETTA Subbuteo Club u l-Valletta Lions Table Football Club, avżaw li ser ikunu qed jorganizzaw tournament internazjonali għal żmien il-Valletta 18. Iż-żewġ klabbs Beltin ser ikunu qegħdin jingħaqdu biex jonoraw lill-Belt Kapitali ta' Malta f 'dan iż-żmien speċjali. F'dan it-tournament, li ser isir bejn it-28 u d-29 ta' April 2018, f ' Dar il-Mediterran, se jkunu mistiedna għalih plejers u klabbs barranin li ser jiġu f ' pajjiżna biex jagħmlu l-kompetizzjoni aktar attraenti. Il-kategoriji li se jinfetħu għal dan it- tournament huma: 1. Open 2. Veterani 3. Taħt id-19-il sena 4. Taħt il-15-il sena 5. Taħt il-12-il sena 6. Nisa Dawk il-klabbs u plejers li huma interessati jipparteċipaw jew għal iktar informazzjoni għandhom jagħmlu kuntatt ma' Monalita Balzan fuq l-indirizz elettroniku, monalita. balzan@gmail.com. Fidda għal Cassar u Abela fl-Algeria Junior International SAM Cassar u Mark Abela kisbu suċċess fil-Junior International tal-Alġerija, tournament sanzjonat minn Badminton World, parti mill-U19 'circuit'. Fih huma rnexxielhom jiksbu l-fidda fid-Doubles, fejn tilfu biss f 'finali eċitanti kontra l-Eġizzjani Riad/ Kamel 18-21, 21-23. Fil-Mixed Doubles, Mark Abela, flimkien mal-plejer Ċeka Veronika Dobiasova, akkwistaw medalja tal- bronż wara li rnexxielhom jagħmluha sas-semi finali, wara kwarti tal-finali memorabbli li rnexxielhom idawru telfa f 'rebħa fejn wara li tilfu l-ewwel logħba 12-21, rebħu t-tieni logħba 21-18 u t-tielet logħba 23-21. Huma tilfu fis- semi-finali mar-rebbieħa tal-kompetizzjoni, il-koppja Alġerina Larbaoui/Mazri 18-21, 17-21. Fil-Men's Singles, Sam Cassar wasal sal-kwarti finali wara li rebaħ lil Abderahhim tal-Alġerija 21-18, 21-16, b'hekk huwa rebaħ punti prezzjużi fir-ranking. Mark Abela tilef l-ewwel logħba tiegħu kontra l-Alġerin Khaldi 13-21, 16-21. Ġimgħatejn qabel it- tournament fl-Alġerija, Sam Cassar ġabar iktar punti tar-ranking fl-Egypt International, tournament ta' livell International Series. F'din il-kompetizzjoni, Cassar wasal sat-tielet rawnd, filwaqt li Matthew u Mark Abela sabu għadma iebsa fl-ewwel rawnd u ġew eliminati mill-Ungeriż Gergo Pytel 15-21, 9-21 u l-Eġizzjan Bassam Tahseen Abdelrahim 10-21, 7-21 rispettivament. Fid-doubles Mark Abela u Sam Cassar tilfu l-ewwel rawnd kontra Botros/Mamdouh 17-21, 14-21. Fil-Junior International tal-Eġittu Mark Abela u Sam Cassar it-tnejn rebħu l-logħba ta' kwalifikazzjoni u għamluha għall-main draw. Matthew Abela u Sam Cassar għaddew ukoll għat- tieni rawnd. Fit-tieni rawnd Sam Cassar tilef mas-seed numru wieħed Kamel 14-21, 13-21 u Matthew Abela kompla l-mixja pożittiva sal-kwarti tal-finali fejn tilef kontra plejer Malażjan Sean Sze Jing Ng 8-21,15-21. Fil-kategorija tad-doubles, Cassar u Abela tilfu l-kwarti tal-finali kontra Fouad/ Kamel 14-21,13-21. It-tliet tournaments kienu sanzjonati kemm mill-Konfederazzjoni Afrikana tal-Badminton u l-Federazzoni Dinjija tal- Badminton. Sam Cassar u Mark Abela bdew it-triq tagħhom biex jiġbru kemm jista' jkun punti, bit-tama li jikkwalifikaw għall- Olimpjadi taż-Żgħażagħ 2018 fi Buenos Aires, l-Arġentina, permezz ta' għajnuna mill-Olympic Solidarity bl-għajnuna tal- Kumitat Olimpiku Malti. Edmond Abela, il-kowċ li akkumpanjahom qal, "ninsab sodisfatt u mimli b'kuraġġ bil-prestazzjonijiet u riżultati akkwistati, anke meta tqis l-età tal-plejers tagħna speċjalment Mark u Sam li għandhom 16-il sena. Huma kkompetew kważi dejjem ma' plejers ikbar minnhom." Badminton Malta wriet ukoll sodisfazzjon għar- riżultat u l-ħidma sfieqa tat-tim tekniku kollu. Sam Cassar u Mark Abela imkien ma' atleti oħra -Alġerija.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017