Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 Aġenzija Dwar il-Fond Soċjali u tal- Iżvilupp Nazzjonali L-Aġenzija dwar il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) hija aġenzija governattiva mwaqqfa bil-għan li timmaniġġja u tamministra 70% tal-kontribuzzjonijiet li jidħlu mill-Programm tal-Investitur Individwali tar- Repubblika ta' Malta. NDSF trid tingaġġa: Kap (Finanzi) (Permess tal-Jobsplus Nru 641/2017) Kap(Operat) (Permess tal-Jobsplus Nru 642/2017) Manager (Servizzi Korporattivi) (Permess tal-Jobsplus Nru 640/2017) Aktar dettalji dwar din is-sejħa għall-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa, 1 ta' Diċembru 2017 permezz ta' dan il-link: https://www.gov.mt/en/Government/Government%20Gazett e/Pages/Gazzette-Repository.aspx . Applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti kif indikat fil- Gazzetta tal-Gvern imsemmija hawn fuq, għandhomjintnbagħtu lil Kap Eżekuttiv, Aġenzija dwar il- Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali, 46, Triq il-Punent, il- Belt Valletta, VLT 1531 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tlieta, 19 ta' Diċembru, 2017. Uffiċċju tal-Prim Ministru NDSF Tel: 22957381 Email: raymond- andrew.ellul@gov.mt 10 snin priġunerija wara li ta daqqiet ta' turnavit lil mara GĦAWDXI ta' 25 sena ngħata s-sentenza ta' għaxar snin priġunerija u mmultat €116 wara li ammetta l-akkuża ta' attentat tal-qtil tas-sieħba tiegħu meta tagħha daqqiet b'turnavit u mqass. Dan il-każ vjolenti kien seħħ fl-2014 wara argument li nqala' bejn il-koppja fuq it-tfal. Mal-Pulizija, iż-żagħżugħ kien stqarr li kien mar id- dar tas-sieħba tiegħu bit- turnavit u l-imqass u li faqa' l-bieb ta' barra tal-blokka appartamenti biex mar quddiem il-bieb tagħha. Il-mara fetħet il-bieb fejn spiċċat attakkata mill-akkużat fil-preżenza ta' binhom li spiċċa trawmatizzat. Fil-Qorti ntqal li l-vittma kellha tgħaddi minn operazzjoni kirurġika delikata biex tneħħilha t-turnavit minn ġol-kranju. Hija sofriet ukoll ġrieħi oħra f 'wiċċha li ħallewha b'marki permanenti. Intqal ukoll li l-akkużat kien qed ibati minn dipressjoni u paranoia minħabba l-abbuż tad-droga, għalkemm minn dakinhar għamel avvanz 'il quddiem permezz tar-riabilitazzjoni. Il-Qorti qalet li għaldaqstant dan ma naqqasx mill-gravita tal- każ u għaddiet is-sentenza ta' priġunerija, l-multa u ordnatu wkoll iħallas €6,112 fi spejjeż. Regoli ġodda kontra l-frodi tal-VAT ILKUMMISSJONI Ewropea ħabbret regoli ġodda kontra l-frodi relatati mal-VAT. Dawn ir-regoli ġodda huma immirati li jsaħħu l-fiduċja bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex jaqsmu l-informazzjoni u tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali u l-infurzar tal-liġijiet. Il-Kummissarju Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici u l-Viċi President għad-Djalogu Soċjali Valdis Dombrovskis ħabbru li permezz ta' dawn ir-regoli ġodda, se jkun possibbli l-informazzjoni titqassam minn pajjiż għall-ieħor fi ftit minuti. Dan permezz ta' sistema onlajn tal-informazzjoni li se tippermetti l-pajjiżi membri tal-Unjoni jkunu jistgħu jipproċessaw, janalizzaw u jwettqu awditjar malajar ta' attivitajiet finanzjarji li jqisu li jkunu riskjużi. Moscovici u Dombrovskis ħabbru li se jkun possibbli l-uffiċjali minn żewġ Awtoritajiet Nazzjonali jew aktar jagħmlu awditjar konġunt tal-informazzjoni miġbura. Se jkun possibbli wkoll li l-informazzjoni miġbura tiġi mqabbla mal- Awtoritajiet Ewropej bħall- OLAF, il-EUROPOL u l-EPPO għar-rekords kriminali u b'hekk jitkissru aktar malajr ċrieki kriminali. Bir-regoli l-ġodda mħabbra, informazzjoni dwar oġġetti li jgħaddu mid-Dwana ta' pajjiż b'destinazzjoni lejn pajjiż ieħor se tkun aċċessibbli għall-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea. Iddaħħlu wkoll regolamenti ġodda li huma relatati mar-reġistrazzjoni tal- karozzi. Il-Kummissarju Mosoviċi qal li l-Paradise Papers urew li jeżistu skemi li qed jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa u biex jinqabżu r-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar tassazzjoni ġusta. Qal li rapporti oħra wrew li dawn l-iskemi jistgħu jintużaw biex jiġu finanzjati organizzazzjonijiet kriminali. Estimi juru li kull sena l-Unjoni Ewropea qed titlef dħul ta' aktar minn €50 biljun minħabba frodi fil-VAT. Dawn il-proposti issa se jitressqu quddiem il-Parlament Ewropew għall-konsultazzjoni u l-Kunsill Ewropew biex jidħlu fis-seħħ. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017