Illum previous editions

illum 3 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/911590

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Diċembru 2017 | illum 17 17 Opinjoni G ħal xi żmien in-numru ta' pompi tal-petrol ġodda fil- gżejjer Maltin kien qed jonqos. Dan l-aħħar iżda s-sitwazzjoni bdiet tinbidel u dan bla dubju seħħ riżultat tal-fatt li l-Awtorità tal-Ippjanar illaxkat fil-ħruġ tal-permessi. Il-pompi tal-petrol qed ifaqqsu ma kullimkien. Mhux biss hu iktar faċli biex tikseb permess ħalli tiżviluppa pompa tal-petrol: tikseb ukoll il-barka biex tħarbat 3000 metru kwadru ta' art madwar il-pompa. Dawk li qed jipproponu l-iżvilupp ta' dawn il- pompi ġodda jgħidu li qed jagħmlulna pjaċir. Jargumentaw li ż-żieda ta' karozzi fit-toroq toħloq il- ħtieġa għal iktar pompi tal- petrol. Qiesna ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom. In-numru ta' pompi tal- petrol bħalissa fil-fatt hu ta' madwar 80. In-numru tagħhom qiegħed jiżdied, bla dubju riżultat tal-fatt li ser ikollhom 3000 metru kwadru xi jħarbtu. Huwa meħtieġ li l-politika dwar l-iżvilupp ta' pompi tal-petrol ġodda għandha timxi id f 'id mal-politika dwar l-eliminazzjoni ta' karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel mit-toroq tagħna. Għal din ir-raġuni huwa essenzjali li immedjatament jieqaf il-ħruġ ta' permessi ta' pompi tal-petrol. Waqt il-Kampanja Elettorali tal-2017, Alternattiva Demokratika ipproponiet li fi żmien għoxrin sena għandna neħilsu mit-toroq tagħna mill-karozzi kollha li jaħdmu bil-petrol u d-diesel. Dan il-perjodu nqiesuh bħala biżżejjed biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa għal karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Huwa ukoll perjodu ta' żmien meħtieg biex dawk li diġa għandhom karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel jibdew jidraw mod ieħor: jidraw realtà differenti. Wara l-elezzjonijiet ta' Ġunju 2017 anke l-Partit Laburista fil-Gvern miexi lejn din id-direzzjoni avolja għadu ma ddeċiediex id-dettalji dwar kif ser jaħdem. Diversi pajjiżi oħra iddeċiedew, inkella qed jikkunsdraw li jiddeċiedu dwar l-eliminazzjoni ta' karozzi li jaħdmu bid-diesel inkella bil-petrol mit-toroq tagħhom. Dawn jinkludu lin- Norveġja (sal-2025), lill-Olanda (sal-2025), lill- Ġermanja (sal-2030), lill- Franza (sal-2040), lir-Renju Unit(sal-2040), lill-Indja (sal-2040) u liċ-Ċina (sal- 2040). Bla dubju dan in- numru ta' pajjiżi ser jiżdied fil-futur qarib. B'żieda ma dan, dawk li jipproduċu l-karozzi qed jikkunsidraw li jaqilbu għal linja ta' produzzjoni ta' karozzi li jaħdmu bl- elettriku, b'uħud jipproduċu ukoll karozzi magħrufa bħala hybrid, jiġifieri karozzi li jaħdmu prinċipalment bl-elettriku imma li jkunu jistgħu jaħdmu ukoll bil- petrol/diesel. Il-Volvo ser tkun minn ta' l-ewwel li tagħmel dan fl-2019. Bla dubju oħrajn isegwu minnufih. F'dan il-kuntest ma jagħmilx sens li f 'Malta u Ghawdex jibqgħu jinbnew pompi tal-petrol ġodda. Għandna bżonn eżami dettaljat tal-politika tat- trasport tal-pajjiż. Hu ċar li t-toroq tagħna ma jistgħux ilaħħqu man-numru ta' karozzi li jagħmlu użu minnhom. It-titjib fl- infrastruttura tat-toroq qed tagħmilha iktar faċli biex il-karozzi fit-toroq jiżdiedu bil-konsegwenza ta' iktar tniġġiż u wara ftit żmien iktar problemi ta' aċċessibilità. Dawra sew mal-politika ta' transport tal-pajjiż għandna tfittex li tinkuraġixxi miżuri ta' transport sostenibbli li effettivament inaqqsu l-karozzi mit-toroq tagħna. Mhux iktar toroq għandna bżonn, iżda inqas karozzi. Il-bieraħ indirizzajt konferenza stampa fl-inħawi fejn hu pproġettat li ssir triq ġdida f 'Ħ'Attard. Biex dan il-proġett ikun jista' jseħħ ser jinqered raba' saqwi. Biex ikun faċilitat l-aċċess għal iktar karozzi ser tingħata daqqa ta' ħarta oħra lill- agrikultura u lill-bdiewa li jaqilgħu ħobżhom minnha. Il-politika tat-trasport li għandna kontinwament tagħti sinjali konfliġġenti. Għandna bżonn ta' ftit koerenza. Ikun pass tajjeb u għaqli li immedjatament jieqaf il-kostruzzjoni ta' pompi tal-petrol ġodda kif ukoll li bla iktar dewmien tkun stabilita d-data sa meta neħilsu mit-toroq tagħna mill-karozzi li jaħdmu bil- petrol u d-diesel. Hemm bżonn ukoll li jieqaf il-ħela ta' flus fi proġetti ta' toroq li qed jagħmluha iktar faċli biex jiżdiedu l-karozzi fit- toroq tagħna. Anke t-toroq, tagħna lkoll. M'għandniex bżonn aktar pompi tal-petrol Għandna bżonn eżami dettaljat tal- politika tat-trasport tal-pajjiż. Hu ċar li t-toroq tagħna ma jistgħux ilaħħqu man-numru ta' karozzi li jagħmlu użu minnhom Ikun pass tajjeb u għaqli li immedjatament jieqaf il- kostruzzjoni ta' pompi tal-petrol ġodda kif ukoll li bla iktar dewmien tkun stabilita d-data sa meta neħilsu mit-toroq tagħna mill-karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 December 2017