Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl, li jsir il-biċċa l-kbira sabiħ mal-jum. VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar għax-Xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 kultant mal-jum, li jdur mil-Lvant għax-Xlokk għal xi ħin. BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir lokalment moderat Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 34˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab lokalment pjuttost imsaħħab li jsir il-biċċa l-kbira sabiħ bi ftit sħab. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f 'xi rqajja ta' ċpar RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 l-iktar min- Nofsinhar għall-ewwel, li jdur mit-Tramuntana għal xi ħin. BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir ħafif SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 81 25 40 13 6 79 16 51 Inġiebu pazjenti Libjani b'feriti li sofrew bejn sena u sentejn ilu ERBA' pazjenti li nġibu Malta mil-Libja bi ġrieħi gravi u li jinsabu f 'qagħda kritika, għadhom qed jinżammu fit- Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei taħt għassa stretta filwaqt li erba' pazjenti Libjani oħra li qed jinżammu fi swali differenti wkoll jinsabu mgħassin. Dawn il-pazjenti Libjani, li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa, jew qed jitqiesu bħala persuni li għandhom theddida fuq ħajjithom jew minħabba li mhumiex identifikati jistgħu jkunu perikolużi. Nifhmu li l-Awtoritajiet tal- Isptar Mater Dei qed jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji bħala mezz ta' sigurtà u għalhekk intalbet l-assistenza tal-Pulizija. Din il-gazzetta bagħtet mistoqsijiet lill-Korp tal- Pulizijia biex nikkonfermaw din l-informazzjoni li waslitilna. Ir-risposta li ħadna hija li l-Korp tal-Pulizija ma jistax jagħtina risposta minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Sadanittant mhux il-pazjenti kollha li qed jinġiebu Malta mil-Libja huma każijiet ta' emerġenza. Nifhmu li fost dawk li nġiebu Malta fil- jiem li għaddew kien hemm minnhom li ma kellhomx bżonn ambulanza biex jittieħdu l-isptar tant li niżlu minn fuq l-ajruplan-ambulanza jimxu normali. Xi pazjenti li nġiebu Malta rriżulta li kellhom feriti li sofrew bejn sena u sentejn ilu. Fil-fatt il-Gvern ħabbar uffiċjalment li s'issa ddaħħlu f 'pajjiżna tmien persuni feruti li erba' minnhom jinsabu fl-ITU, fejn tnejn minnhom f 'qagħda kritika u fil- periklu tal-mewt. L-erba' oħrajn tqassmu fi swali differenti. Intant l-Erbgħa ddaħlu tliet pazjenti oħrajn mil-Libja, li tnejn minnhom inħarġu mill- isptar ftit wara li ġew eżaminati. Dwar dawn ma ntqalx fejn qed jinżammu u s'issa mhux magħruf jekk dawn humiex taħt għassa tal-Pulizija wkoll. L-aħħar żewġ pazjenti li waslu Malta daħlu lbieraħ filgħaxija. L-andament tat-turiżmu f 'Reporter LANDAMENT tas-settur turistiku f 'pajjiżna se tkun it-tema tad-diskussjoni waqt il-programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fid-8.45pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, id- Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo u George Micallef, konsulent fis-settur. Is-settur turistiku hu wieħed mill-aktar setturi li jrendi flus fl-ekonomija ta' pajjiżna fejn hu stmat li jikkontribwixxi 29% tal-GDP u għalhekk irridu nieħdu ħsiebu. Matul l-aħħar xhur, xahar wara xahar, ġew irreġistrati żidiet sostanzjali fin-numru ta' turisti li waslu Malta u matul Awwissu hu mistenni li jaslu f 'pajjiżna mal-220 elf turist. Balzan jistaqsi, pajjiżna jiflaħ aktar turisti? X'inhu jsir biex nattiraw aktar turisti ta' kwalità? X'inhuma n-niċeċ li se nkunu qed ngħafsu fuqhom speċifikament? Hemm xi ħaġa konkreta fix-xnigħat li l-linja nazzjonali tal-ajru AirMalta tista' tkun privatizzata? X'inhu jwassal għall-ħafna riżenji fl-AirMalta? Jistaqsi wkoll x'inhuma l-prospetti tat- turiżmu fil-gżira Għawdxija. Il-programm se jitratta wkoll is-settur marittimu tal-cruise liners fejn matul l-ewwel kwart ta' din is-sena rajna żieda ta' 'l fuq minn 70%. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Reporter jixxandar għada fid-8.45pm Pazjenti li nġiebu Malta REGENT Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Valletta FRA Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Ħamrun LANTERN Pharmacy, Misraħ il- Kebbies, Santa Venera ST. Bartholomew Pharmacy, 230, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera D'ARGENS Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira MELITA Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan CHEMIMART Ltd. Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema IKLIN Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin VICTORY Pharmacy, 16, Triq il- Vitorja, Naxxar EL Medina Chemist, Triq il- Fliegu, Qawra ST. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola VITTORIOSA Pharmacy, 9, Triq il-Mina il-Kbira, Birgu MAY Day Pharmacy, Triq il-Vit- torja, Żabbar BLOSSOMS Pharmacy, Triq il- Gurgier, Birżebbuġa KRISTIANNE Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba SPIŻERIJA Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ BAĦRIJA Pharmacy, Triq Raddet ir-Roti C/W Triq l-Iskola, Baħrija PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria VELLA Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur Ikompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014