Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 25 Kummercjali Kellogg's Special K qed toffri basket tal-baħar BILĠRANET twal sajfin, ħafna mill-familji se jkunu qed imorru ħdejn il-baħar jew f 'resorts biex itaffu ftit mis- sħana, u għalhekk il-basket tal-baħar il-ġdid mingħand Special K se jkun pjuttost utli. Dan il-basket ta' Special K jista' jinkiseb billi wieħed sempliċiment jiġbor tliet kodiċi uniċi stampati fuq ġewwa tal-pakketti promozzjonali ta' Kellogg's Special K (kull pakkett għandu kodiċi wieħed). Wara, jidħol fis-sit https://summer. myspecialk.co.uk/gb u jikteb il-kodiċi flimkien ma' dettalji oħra u jistenna li l-basket jasal bil-posta fl-indirizz provdut. Il-pakketti promozzjonali ta' Kellogg's jinsabu fuq firxa wiesgħa ta' prodotti ta' Special K mill-ħwienet tal-merċa u supermarkets. Dawn jinkludu pakketti taċ-ċereali, bars taċ- ċereali u l-prodotti Biscuit Moments. Il-promozzjoni tal-basket tal-baħar Special K tispiċċa fl-1 ta' April 2015 jew sakemm jifdal l-istokk. Għal aktar tagħrif wieħed jista' jżur is-sit https://summer.myspecialk. co.uk Il-kodiċi biex tikseb dan il-basket qegħdin fuq ġewwa tal-prodotti Impjegati tal- Air Malta jagħtu donazzjoni lill- Hospice Malta LIMPJEGATI tal-Air Malta ġabru s-somma ta' €930 għall-kampanja 'Sunflower Growing Kit' ta' Hospice Malta, li għandha l-għan li tħeġġeġ lit-tfal tal-iskola jkabbru l-fjuri tal-ġirasol tagħhom. Il-kampanja taż-żerriegha tal-ġirasol, tagħmel parti minn proġett li l-Air Malta kienet tifforma parti flimkien ma' ħames kumpaniji oħra. L-għan tal-kampanja kien li jkattar l-għarfien fost it-tfal tal-iskola u kien propju għalhekk li l-Moviment Hospice ssieħeb mal-Kulleġġ Maria Regina fid- Dipartiment tal-Edukazzjoni. Iż-żerriegħa tal-ġirasol, li għal dawn l-aħħar snin dejjem kienet sinonima mal-moviment Hospice, tissimbolizza l-pazjenti fil- bżonn imdawrin bl-individwi li tassew jimpurtahom minnhom u li jieħdu ħsiebhom matul il- mumenti diffiċli. Il-kampanja, ppreżentat kaxxi tal-kartun ikkuluriti b'mod attraenti li kien fihom żerriegħa tal-ġirasol u sett ta' struzzjonijiet dwar l-aħjar mod kif tiżragħha u tkabbarha. L-għan huwa li t-tfal jiġu mgħallma jagħtu kas u jieħdu ħsieb xulxin sabiex b'hekk jappoġġjaw il-ħajja. Hospice Malta, li din is- sena ċċelebrat il-25 sena anniversarju tagħha minn mindu twaqqfet, tipprovdi servizzi ta' kura paljattiva mingħajr ħlas lil persuni morda bil-kanċer, bil-marda tal-motonewruni u b'mard terminali ieħor. General Soft Drinks tgħin lill-Community Chest Fund ILGENERAL Soft Drinks (GSD) Co. Ltd, li jibbottiljaw il-Coca Cola f 'Malta, taw donazzjoni ta' €11,000 lill- Malta Community Chest Fund (MCCF) permezz ta' inizjattiva fil-kunċert annwali ta' Joseph Calleja. B'mod speċifiku, għadd ta' klijenti tal-kumpanija għamlu donazzjoni lill- MCCF biex akkwistaw biljett għall-kunċert fil- golden circle. Il-klijenti li pparteċipaw f 'din l-inizjattiva l-ewwel ġew milqugħa permezz ta' riċeviment qabel il-kunċert u wara l-kunċert kellhom festin eleganti f 'żona esklussiva. Il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca ngħaqdet f 'dan l-avveniment u ġiet ippreżentata b'din id- donazzjoni ġeneruża mill-President tal-Mizzi Organisation Chev. Maurice Mizzi u ċ-Chief Operating Officer tal-GSD Maria Micallef. "Il-kunċert ta' Joseph Calleja żviluppa f 'appuntament annwali għas-soċjetà Maltija biex jisimgħu lil dan it-tenur ta' fama mondjali u jqattgħu serata memorabbli. Bħala parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva tal- GSD, ridna mhux biess nipparteċipaw f 'dan l-avveniment iżda wkoll ngħinu b'mod tanġibbli lil nies f 'sitwazzjonijiet diffiċli," qal Chev. Mizzi. General Soft Drinks tappoġġja lill-MCCF

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014