Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 29 SPORTSillum Rebecca Sare' tikser rekord nazzjonali l-Logħob tal-Commonwealth LATLETA ewlenija Maltija Rebecca Sare' ma setgħetx kellha esperjenza isbaħ fil-Logħob tal- Commonwealth li saru fi Glasgow fl-Iskozja meta kisret ir-rekord nazzjonali tat-triple jump propju f 'dawn il-logħob ferm u ferm prestiġjużi fid-dinja sportiva. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Sare' fl-Iskozja fejn talabha l-kummenti tagħha rigward din l-esperjenza. Hija saħqet li: "Kif uħud jafu ili naħdem biex intejjeb id-distanza tiegħi tat-triple jump u nikseb ir-rekord nazzjonali tal-istess dixxiplina. U l-fatt li rnexxieli nikser ir-rekord nazzjonali f 'dawn il-logħbiet daqshekk prestiġjużi, jagħmlu dan ir-rekord iktar wieħed memorabbli għalija. Lara Gerada, l-eks record holder hija waħda mill-ikbar ħbieb tiegħi. Nikkunsidraha wkoll bħala waħda mill-idoli tiegħi fix-xena tal-atletika lokali. B'hekk niddedika dan l-unur b'mod speċjali lilha. Ninsab ferm sodisfatta li lħaqt dan it-tragward fil- karriera tiegħi u qed inħares 'il quddiem biex inkompli ntejjeb iktar dan ir-rekord. Din kienet l-aħħar kompetizzjoni tat-triple jump għalija għal dan l-istaġun u m'hemmx dubju li din se tkun qed tgħinni nibda l-istaġun li ġej fuq nota pożittiva." Ir-reazzjoni ta' Rebecca Sare' malli saret taf li kienet kisret ir-rekord nazzjonali tat-triple jump waqt il-Logħob tal- Commonwealth Glasgow, l-Iskozja "Dejjem sabiħ li tilgħab għar-raħal tiegħek" – Karl Pulo Miguel Ciantar f 'avventura ġdida ma' Żebbuġ Rangers LEJN tmiem il-ġimgħa li għaddiet Karl Pulo ngħaqad b'mod uffiċjali ma' Mosta li tajjeb ngħidu li huwa l-klabb li trabba fih meta kien żgħir u huwa l-klabb li jirrappreżenta lil raħal twelidu. Fil-passat riċenti Karl Pulo lagħab ma' Pietà Hotspurs u Birkirkara qabel ingħaqad ma' Tarxien Rainbows fejn dam jilgħab magħhom tliet staġuni sħaħ. ILLUM tkellmet ma' Karl Pulo malli dan ingħaqad ma' Mosta fejn talbitu jgħaddi l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares 'il quddiem lejn l-avventura ġdida tiegħu ma' dan il-klabb li għandu l-aspirazzjoni li jagħmilha għall-Ewropa. Pulo saħaq li "Nixtieq nirringrazzja lil Tarxien Rainbows għal dawn l-aħħar tliet snin. Kienu tliet snin ta' tlugħ u nżul iżda qatt ma ddispjaċieni li lgħabt mar-Rainbows. Nixtieq nirringrazzja lill-partitarji ta' Tarxien. Huma kienu bħat- tieni familja għalija. Il-fatt li kont narahom ta' kuljum, indipendentament mit-temp sabiħ jew ikrah, kien eżempju ċar ta' kif għandhom ikunu l-partitarji kollha Maltin. Grazzi kbira tmur għall-President Tony Cassar li ddedika ħin sostanzjali għalija biex niddiskutu l-affarijiet li kienu jikkonċernaw lili. Però, fil-ħajja rridu nimxu 'l quddiem. Jekk dan il-pass se jkun għall-aħjar tiegħi huwa misteru iżda m'hemmx dubju li qed inħares b'ottimiżmu għall-isfida ġdida tiegħi ma' Mosta FC. Nixtieq nirringrazzja lill-persuni kollha li kienu involuti u għamlu dan it- trasferiment possibbli. Qed inħares 'il quddiem li nilgħab għall-klabb li trabbejt fih. Huwa objettiv ġdid għalija u emozzjoni sabiħa ħafna. Jalla kollox imur sew. Huwa dejjem sabiħ li tilgħab għar-raħal tiegħek." Karl Pulo -azzjoni mal-eks klabb tiegħu, Tarxien Rainbows MIGUEL Ciantar – plejer ta' kwalità mill-aqwa se jkun qed jilgħab ma' Żebbuġ Rangers wara li fil-passat riċenti kellu esperjenzi pożittivi l-iktar ma' Sliema Wanderers u Balzan u anki ma' Tarxien Rainbows. Huwa kien jifforma parti wkoll mit- tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena mmexxi minn Ray 'Żażu' Farrugia. Iltqajna ma' dan il-plejer fejn tlabnieh fuq kif qed iħares 'il quddiem lejn dan it-tim li għadu tiela' mill- Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni iżda li mill- akkwisti li għamel jidher li għandu aspirazzjonijiet li jżomm postu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Ciantar saħaq li: "L-interess beda meta kont vaganza wara l-ġimgħa mistrieħ li kien tana wara l-logħob tal-Europa League fejn ikkuntattjani l-kowċ Jesmond Zammit. Ħajjarni mhux biss il-fatt li Żebbuġ għandhom ambizzjoni kbira li jibqgħu fil-Premier League imma iktar u iktar għax wera fiduċja sħiħa fil-kapaċitajiet tiegħi li għal kwalunkwe plejer hija xi ħaġa indispensabbli. Iddeċidejt li nitlaq lil Sliema minħabba raġunijiet tattiċi minħabba li l-pożizzjoni ideali tiegħi mhux kull tim jutilizzaha, kif ukoll li din hija l-aħħar sena tal-kuntratt tiegħi mas-Sliema. Għalhekk xtaqt niċċaqlaq - biex ningħata iktar spazju biex nilgħab regolari ma' tim b'ambizzjoni u motivazzjoni kbira. Fl-aħħar nixtieq nirringrazzja lil Jesmond Zammit li kien strumentali biex dan it-transfer seta' jseħħ kif ukoll lill-kumitat ta' Żebbuġ u l-plejers sħabi ta' Żebbuġ talli laqgħuni magħhom. Nirringrazzja wkoll lill-President tas- Sliema, Keith Perry u lill- kowċ Alfonso Greco li kien ta' għajnuna fil-progress tiegħi bħala plejer." Miguel Ciantar waqt it-taħriġ mal-eks klabb tiegħu, Sliema Wanderers

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014