Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum "Inwegħedkom li se naħdem għas- suċċess mixtieq" – Saviour Debono Grech LEJN tmiem ix-xahar li għadda, Msida St Joseph, ħatru lil Saviour Debono Grech bħala l-kowċ il-ġdid ta' Msida SJ. Id-deċiżjoni ttieħdet fil-ġimgħat li għaddew fejn is-Sur Debono Grech iffirma l-kuntratt li jorbtu mal-klabb għaż-żewġ staġuni li ġejjin. Saviour Debono Grech fil- passat serva ta' assistent kowċ ma' Mqabba, Melita u Sliema W. qabel ma nħatar l-kowċ ta' Siġġiewi sentejn ilu. Fl-aħħar staġun huwa kien l-assistent kowċ ma' Hibernians FC. Id-deċiżjoni ta' Msida SJFC li jappuntaw lis-Sur Debono Grech bħala kowċ ittieħdet mingħajr ħafna ħsieb żejjed għax il-kumitat jemmen li l-kowċ il-ġdid għandu l-kwalitajiet kollha biex jgħin lill-klabb Misidjan jilħaq il- miri tiegħu dan l-istaġun billi jikseb riżultati pożittivi. Apparti minn hekk il- klabb bħalissa għandu grupp ta' żgħażagħ promettenti li fl-aħħar staġun rebħu promozzjoni fuq livell ta' minors fejn dawn issa jistgħu jibdew jitħalltu iktar mal- ewwel skwadra. Il-President is-Sur Edward Calleja stqarr li "Saviour Debono Grech huwa l-kandidat ideali biex jgħin lill-klabb jaspira għal staġun aħjar minn dak ta' qablu." Is-Sur Calleja żied jgħid li "il-kuntratt ta' sentejn ingħata għax huwa neċessarju li jkun hemm kontinwazzjoni tat- tragwardi li ġew mifthema x-xahar li għadda mill- kumitat." Il-klabb xtaq jieħu l-opportunità biex jawgura lill-kowċ, Saviour Debono Grech, għall-kariga ġdida tiegħu. Sadanittant, ftit tal- jiem ilu ngħata bidu għat- taħriġ tal-iskwadra bi tħejjija għall-istaġun li ġej. Intant dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Debono Grech innifsu fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida f 'ħajtu. Huwa saħaq li "Hemm differenza bejn li tkun assistent kowċ u kowċ. Hemm differenza wkoll li t-tim ikun fil-Premier jew f 'diviżjonijiet oħra. Kull tim huwa differenti minn ieħor. Id-dinamika tat-tim, tal-kumitat, tal- faċilitajiet u tal-lokal jagħmlu kull esperjenza waħda differenti minn oħra. Jien qed nilqa' dawn il-fatturi kollha u nħares lejn din l-esperjenza ġdida bħala kowċ mat-tim ta' Msida SJ bħala waħda li mhux biss se nagħti l-massimu għal dan it-tim imma waħda li fiha bla dubju se nitgħallem. Naf żgur li jiġri x'jiġri l-irwol ta' kowċ se jġib miegħu sfidi ġodda u deċiżjonijiet li trid tieħu, bħalma diġà kelli fiż-żmien li kont kowċ ta' Siġġiewi, għall-ġid tat-tim. Huma deċiżjonijiet u sfidi li normalment ma jkollokx meta tkun assistent kowċ. S'issa diġà ltqajt ovvjament minbarra l-kumitat, ukoll mal-plejers. Hemm nukleu tajjeb ta' plejers li però qed naħsbu, flimkien mal-kumitat, kif nistgħu insaħħu t-tim. Ovvjament id-diskussjonijiet ma' diversi plejers bdew però s'issa m'għandna xejn ikkonfermat. Qed naħdem, bħalma jagħmlu l-kowċis kollha, biex inħejji pjan li fuqu nista' nħarreġ lil dawn il-plejers sabiex huma jippruvaw jilħqu l-massimu tagħhom. L-ewwel diviżjoni dejjem kienet waħda akkanita speċjalment fl-aħħar snin fejn kellna ammont ta' timijiet b'punt jew tnejn biss bejniethom. Dan ikompli jagħmel id-diviżjoni waħda interessanti però tkun ukoll uġiegħ ta' ras għall-kowċ li jrid isib il-formula maġika biex il-plejers tiegħu jkollhom prestazzjoni aħjar minn dawk tal-oppożizzjoni u jkunu huma li jakkwistaw it-tliet punti. Għalkemm fil-verità jien dejjem emmint li l-importanti huwa li jkollok il-ħiliet neċessarji u tipproduċi futbol sabiħ li bih tpaxxi lill-partitarji, ovvjament il-punti jgħoddu u allura r-rebħ huwa importanti. Nirringrazzja lill-kumitat li wera fiduċja fija u lill-plejers li laqgħuni f 'dawn l-ewwel ġimgħat li ili magħhom. Lill- partitarji nwegħedhom li se nagħmel l-almu tiegħi biex it-tim li huma tant iħobbu jkollu s-suċċess mixtieq. Lilhom nappellalhom biex ikunu dejjem wara t-tim għaliex bis-saħħa tagħhom jkollna t-12-il raġel fil- grawnd." Il-kowċ il-ġdid ta' Msida SJ, Saviour Debono Grech Partitarji ta' Manchester United jirbħu premjijiet uniċi mill-Bank Banif NUMRU kbir ta' partitarji akkaniti ta' Manchester United ħadu sehem f 'żewġ kompetizzjonijiet fuq il-paġna ta' Facebook tal- Banif - Manchester United Red Arena – paġna li ġibdet komunità kbira ta' partitarji tal-klabb li jridu jżommu aġġornati b'avvenimenti relatati mal-Manchester United f 'Malta u barra. Ir-rebbieħa xxurtjati ħadu lura magħhom premjijiet uniċi li Banif ippreżentalhom permezz tal-ftehim esklussiv li għandu mal-Manchester United Football Club. Flokkijiet iffirmati minn plejers tal-ewwel tim ingħataw lir-rebbieħa waqt preżentazzjonijiet fil- fergħat il-ġodda tal-Bank f 'Mosta u Paola, u fil-fergħa t'Għawdex. Oħrajn rebħu pennants tal-Manchester United iffirmati minn David De Gea, Danny Welbeck u Tom Cleverly. "Bħala partitarju ta' Manchester United, napprezza u nifhem aktar il-preġju li tkun tista' toffri premjijiet esklussivi li diffiċli takkwista," qal Charles Mizzi, Kap tal-Marketing u Komunikazzjoni ta' Banif Bank (Malta) plc. "Il-Manchester United Credit Card qed tagħti dak li wegħdet – soluzzjoni finanzjarja konvenjenti flimkien ma' benefiċċji li wieħed jista' biss igawdi jekk ikun klijent ta' Banif Bank." Il-kard toffri lill-klijenti aċċess għall-benefiċċji esklussivi li jinkludu skontijiet fuq l-isħubija tal- klabb, skontijiet mingħand ir-Red Café u mill-United Direct. Magħha hemm ukoll assigurazzjoni fuq is-safar b'xejn, assigurazzjoni fuq ix-xiri b'xejn, skontijiet fuq l-assigurazzjoni u skemi tas- saħħa u 20% skont meta żżur l-Mużew tal-Manchester United u tibbukkja t-tur tal- grawnd minn ġurnata qabel. Aktar tagħrif dwar il- Manchester United Credit Card mingħand Banif Bank jista' jinkiseb billi wieħed iċempel lill-Customer Care fuq 22601000 jew jibgħat imejl fuq customercare@ banif.com.mt. Wieħed jista' wkoll iżur waħda mit-tnax- il fergħa ta' Banif Bank madwar Malta u Għawdex. Il-paġna Facebook tal-kard hi Manchester United Red Arena. Partitarji akkaniti ta' Manchester United mal-Area Manager ta' Banif, Reuben Bezzina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014