Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 11 JANE MARSHALL Attriċi OWEN BONNICI Preżentatur TANIA CILIA Kittieba CHRISTA BOFFA Kittieba fit-televiżjoni Malti? FORSI hemm bżonn li x-xandara tagħna jesperimentaw aktar mingħajr ma jiksru l-kodiċi ta' etika li tiswielhom xi multa - qisu li fi żmien passat, il-produtturi u d-diretturi kienu jieħdu aktar riskji u allura setgħu jkunu aktar kreattivi… u dan, meta ma kellhomx biex jaħdmu. Illum sar żvilupp enormi fit-teknika tal-iffilmjar u l-editjar, grazzi għat- teknoloġija ġdida kif ukoll għall- mod kif it-tekniċi tagħna adottaw influwenzi pożittivi barranin u aċċettaw il-fatt li wieħed għandu bżonn jitħarreġ professjonalment. Il- kwalità teknika tjiebet immensament imma, sfortunatament, ħafna drabi l-kontenut tal-programm mhux dejjem jilħaq l-istess livell, allura n-nuqqas ta' professjonalità tinħass xorta waħda u programm bħal dan aħjar twaqqfu. Imma jekk għandek programm teknikament tajjeb b'kontenut eċċellenti u n-nies juruk li jriduh, allura ħallih għaddej – imqar sena wara sena. Rajt stili ġodda u interessanti ta' reċtar. Għandna ħafna atturi bravi, anzi bravissimi - imma hemm oħrajn li għax ħadu sehem f 'xi teleserje jew tnejn, qishom laħqu xi quċċata tad- deheb. Jiddispjaċini ngħid li ħafna minn dawn 'l hekk imsejħa 'atturi' anqas biss misshom jazzardaw jersqu biex jidhru aktar u aktar jissejħu atturi. Dwar id-drama għat-televiżjoni, nixtieq li terġa' tidħol id-drawwa li jixxandru xogħlijiet li jibdew u jispiċċaw f 'serata waħda, stil ta' divertiment li jissodisfa ħafna telespettaturi li m'għandhomx il-paċenzja jew il-ħin biex isegwu teleserje li jibqa' għaddej ġimgħa wara ġimgħa, xahar wara xahar - u li għandna wisq minnhom. U hemm bżonn li nerġgħu nibdew nidħqu. Il-Maltin veru li jħobbu jibku, imma naħseb aktar iħobbu jidħqu… u mhux il-Maltin biss! Id-daħq huwa l-aqwa duwa kontra l-istress tal-ħajja u l-umoriżmu jinżel għasel wara ġurnata xogħol. Għandna bżonn nerġgħu nibdew nidħqu u mhux nagħmlu xhur sħaħ, skeda wara skeda, kulħadd qisu wiċċ Laskri. F'DAWN l-aħħar staġuni xi wħud mill-produzzjonijet lokali għamlu qabża kbira fil-kwalità. Nemmen li din il-qabża saret għax hawn numru ta' individwi u kumpaniji li veru jaħdmu bil-qalb u kreattivi. Il-fatt li t-teknoloġija saret ukoll aktar aċċessibli għenet biex issir din il-qabża. Bħalma hawn produzzjonijiet tajbin hawn ukoll oħrajn li huma rudimentali immens, però nemmen li telespettatur sar jaf jagħżel. Il-kontentut sar varjat għalkemm nemmen li fadlilna niċeċ x'nesploraw. L-iktar għadma iebsa għalina l-produtturi hija l-kompetizzjoni ta' produzzjonijiet barranin, li l-baġits tagħhom ikunu ferm ikbar minn tagħna, għalhekk lokalment l-ikbar uġigħ ta' ras hija li toħloq produzzjoni ta' livell bil-baġits li għandna. Però l-Malti huwa ħabrieki u jaħdem ħafna u grazzi għas-sagrifiċċju ta' numru ta' individwi l-kwalità dejjem qed tikber. FORSI frażi li ddejjaqni hija "Mhux ħażin, meta tqis li hu prodott Malti" - bħal qisu ħadnieha ovvja li prodott Malti jrid ikun medjokri. Naħseb li l-problema bit-televiżjoni Malti, bħal ħafna problemi oħra għandu l-għeruq tiegħu fin-nuqqas ta' kunfidenza tagħna - mentalità post-kolonjali li donnha ma trid titlaq qatt. Ma nafdawx f 'dak li kapaċi nagħmlu aħna, f 'dak li kapaċi nivvintaw aħna - u minflok induru lejn x'qiegħed isir barra u naraw kif nagħmlu biex nikkuppjawh. Sfortunatament, kif jixhdu qabda kbira mill- programmi Maltin, il-kopja toħroġ xi ftit żdingata. Meta xi ħadd jirnexxielu joħroġ b'idea ftit differenti, sal-istaġun televiżiv ta' wara, tara l-istess tip ta' programm jinbet fuq kull stazzjon - u jxandruhom kollha fl-istess serata ma jmurx jitilfu telespettatur wieħed. Ir-riżultat ta' dan huwa li teqleb fejn teqleb issib l-istess tip ta' programm. Forsi wasal iż-żmien li ninvestu fil-kwalità tal-istazzjonijiet u mhux fil-kwantità. Forsi wasal iż-żmien li nqaċċtu l-istess uċuħ li xbajna naraw sa minn żmien żemżem. Tkun idea tajba li nsibu mod ftit aktar utli ta' kif nimlew il-ħin żejjed fuq it-televiżjoni, għax ejja ngħiduha kif inhi, ħadd qatt ma qal "Xi pjaċir ħadt nara t-telexopping illum!" It-televiżjoni Malti m'għandux ikun qisu d-dramm tal-parroċċa - "uwija, dak jaf ikanta ftit; int ġibu issa naraw". Il-kompetizzjoni li għandu t-televiżjoni Malti, speċjalment mal- iżgħar ġenerazzjonijiet, hija waħda kbira. Ftit huma dawk li ħa jagħżlu li, qabel kollox jixgħelu t-televiżjoni flok jaraw xi ħaġa fuq l-internet - aħseb u ara jekk dak li qed toffrilhom fuq it- televiżjoni huwa prodott medjokri. Naħseb ukoll, li ma tkunx idea ħażina li kieku nagħtu opportunitajiet akbar lil hekk imsejħa "youtube- isti" Maltin - nies li b'inqas riżorsi u fondi jirnexxielhom itellgħu aktar spettaturi fuq il-vidjows tagħhom fuq l-internet, minn uħud mill- programmi fuq it-televiżjoni Malti. BILPROGRESS kollu li sar fit-teknoloġija, ma sarx daqstant ieħor fil-kontenut tal-programmi. Dan mhux qed ngħidu biss għax fis-sajf ikun hemm ħafna ripetizzjonijiet ta' ripetizzjonijiet. Minn mindu qagħdet li dak li jkun jista' jixtri l-airtime u barra bid-daqq, qed naraw nies li mingħalihom li għax jidħlu fi djarna b'għafsa ta' swiċċ, saru xandara. Hawn minnhom li anqas jafu jitkellmu sew bil-Malti, u oħrajn li anqas idea ta' kif għandek iġġib ruħek quddiem kamera, m'għandhom. Jekk tkun sabiħ, u b'figura li tpaxxi lit-telespettaturi, żgur ma jfissirx li awtomatikament tikkwalifika biex tippreżenta programm. Tabilħaqq, qed jintefqu ferm iżjed flus fuq xandiriet minbarra l-istudjos; u d-ditti jafu li jkun sew jekk jirriklamaw 'l hawn u 'l hinn. Iżda jien jidhirli li dan il-gelgul ta' flejjes ma ssarrafx f 'iżjed varjetà. Qabel, teledramm kien ikun addattazzjoni ta' rumanz, jew xi ħaġa għall-familja kollha. Daż-żmien, naraw sitwazzjonijiet li kieku suppost li jidhru wara l-watershed, iżda bi ftit illapazzar, jiżgiċċaw miċ-ċensura biex ikunu jistgħu jiġu mtennija filgħodu. Rigward programmi li ilhom għaddejjin ma jidhirlix li għax programm ikun ilu sejjer is-snin, għandu jinqata', la darba jkun suret in-nies u jkun qed jiġi segwit. "Il-kontentut sar varjat għalkemm nemmen li fadlilna niċeċ x'nesploraw" "Hawn minnhom li anqas jafu jitkellmu sew bil- Malti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014