Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 Ilek tabib għal dawn l-aħħar 47 sena, kif inbidlet il-professjoni matul dawn is-snin? Il-professjoni medika nbidlet mil- lejl għan-nhar. Illum il-mediċina hija ħafna aktar avvanzata milli kienet qabel però meta konna naħdmu bl-għodda li kellna, naħseb li konna nħaddmu iktar moħħna, għajnejna u rasna biex naslu għad-dijanjosi fuq il-pazjent għax ma kellniex l-avvanzi li għandna llum. Illum naħseb li morna għall-estrem l-ieħor fejn qed nistrieħu aktar fuq il- magni u testijiet. Barra minn hekk, issa dħalna fl-era fejn tobba jispeċjalizzaw f 'iktar dettall u allura għandek numru ta' speċjalisti fejn kulħadd jifhem fis- settur tiegħu biss. Ħafna drabi l-pazjent jispiċċa għaddej mingħand konsulent għall-ieħor filwaqt li l-affarijiet ikomplu jikkumplikaw. Kważi nasal biex ngħid li llum qed nesaġeraw fuq l-użu tal- magni u testijiet u m'hemmx daqstant kordinament bejn l-ispeċjalisti. Apparti l-professjoni medika int kellek passjoni kbira lejn il-politika u kulħadd jaf it-twemmin politiku tiegħek. Illum ftit li xejn għadna nisimgħuk tesprimi xi opinjoni, għaliex? Politikament illum qtajt qalbi. Mill- kitba li kont nikteb fil-passat kulħadd jaf għaliex illum ninsab diżappuntat. Jien ktibt ħafna u esprimejt ruħi kemm-il darba fuq dan is-suppost avvanz u progress, li llum nafu li mhu xejn ħlief rigress kbir u li qed iġib ħafna sofferenzi fuq żgħażagħ u familji. Ħaġa oħra li jien dejjem stinkajt fuqha kien in-Nofsinhar ta' Malta fejn ħriġt anke għall-Kunsill Lokali bl-iskop li ngħin l-iżvilupp ta' din iż-żona imma naturlament dan l-avvanz qatt ma ġara. U meta fl-2008 ħriġna bil-Partit Azzjoni Nazzjonali kien flopp għax in-nies ma kinux interessati ħlief li jibqgħu marbutin maż-żewġ partiti allura minn hemm jien iddeċidejt li 'I'll call it a day'. Il-gvern preżenti poġġieni fuq bord immexxi minn Silvio Parnis għall-iżvilupp tan-Nofsinhar u qed nagħti l-kontribut tiegħi sa fejn nista'. Jidher li Silvio għandu ħafna enerġija fih u jien u hu naħdmu sew flimkien u allura wieħed jispera li dak li qed nippruvaw nagħmlu jħalli l-frott mixtieq. Jien il-politika kont inħobbha ħafna, iddedikajt ħafna minn ħajti għall-politika u saħansitra ssugrajt ħajti u llum nirrassenja ruħi billi ngħid li jien tajt dak li stajt però jekk kemm-il darba jkun hemm xi ħaġa fejn nista' ngħin lill- pajjiżi, jiena lest li ngħin. Jista' jkun li ħafna mill-kritika li kont taqla' mill-mezzi tax-xandir kienet propju għall-mod, forsi xi ftit goff, ta' kif kont tesprimi ruħek jew il-mod kif ġieli poġġejt il-kliem? Iva, illum meta nħares lura, m'hemmx dubju li fil-politika trid tkun makakk u trid toqgħod ħafna attent minn dak li tgħid u kif tgħidu għaliex il-mezzi tax-xandir dejjem lesti biex ifittxu dak il-'punto e virgola' biex timla u tikkritika jew anke tkissrek jekk ma taqbilx miegħek. Illum però, kieku hemm min verament irid jara jien x'kont nikteb u x'kont ngħid, jara li forsi anke jekk jien kont xi darba goff fil-mod kif tkellimt, wieħed isib li fil-ħsieb tiegħi jiena dejjem kont ġenwin. Josie Muscat 71 sena, għalaqhom nhar l-Erbgħa 31 ta' Lulju Iggradwa bħala tabib fl-1967 Miżżewweġ lil Franca, għandu sitt itfal u nannu ta' tlettax Jorqod biss bejn 4 u 5 sigħat "Kulħadd jaf għaliex illum Ritratt: Ray Attard Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Josie jiddeskrivi ħajtu bħala ħajja mħawra waħda sew b'episodji li tawh kemm sodisfazzjon kif ukoll episodji ta' mrar. Ħajja li dejjem kienet imsejsa fuq l-imħabba lejn il-familja kif ukoll lejn din il-gżira ċkejkna jisimha Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014