Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 It-tieni parti - Il-qtil ta' Martin Muscat Titfaċċa l-karozza MARTIN Muscat inqatel b'sitt tiri ta' pistola nhar il- Ħamis, 9 ta' Ottubru 1992. Omiċidju ieħor li għalkemm l-investigaturi għall-ewwel kienu jemmnu li se jsolvuh, issa għaddew 22 sena u l-Pulizija għadhom fl-istess sitwazzjoni li bdew biha dakinhar. Sa ftit ta' snin ilu l-familja ta' Martin kienet għadha tittama li l-kobba tinħall u l-qattiela tiegħu jinqabdu u ssir ġustizzja, imma issa li għaddew dawn is-snin kollha u ħadd ma qalilhom xejn, it-tama li ssir ġustizzja kważi għebet. Tfaċċat il-karozza ta' Martin L-aħħar ġurnata li deher ħaj, Martin kien mar għax- xogħol normali. Dakinhar kellu jiltaqa' ma' xi ħadd imma dan l-appuntament ma kienx żammu. Jista' jkun li l-aħħar persuni li setgħu raw lil Martin ħaj kienu dawk li kien hemm f 'ħanut tal-merċa f 'Ħad-Dingli bejn il-5.30pm u s-6.00pm tad-9 ta' Ottubru 1992. Qabel mar jixtri kien għadda d-dar u staqsa lil martu jekk kellhiex bżonn xi ħaġa u qaltlu biex jixtri l-ħobż. Martin kien daħal jixtri l-ħobż u wara deher dieħel fil-karozza tiegħu, Ford Cortina, u ħadd ma rah aktar ħaj. Meta Martin baqa' ma rritornax id-dar, il-familja ħarġu jfittxuh fosthom fl-inħawi tal- irdum ta' Ħad-Dingli. Dakinhar għaddew aktar minn darba minn quddiem il-kappella ta' fuq l-irdumijiet u l-karozza ta' Martin, Cortina, fl-ebda ħin ma kienet hemm. Iżda kmieni l-għada filgħodu nstabet ħdejn il-kappella. Dwar dan il-fatt Nikol, missier Martin, kien qalli li kienu għamlu l-lejl kollu mingħajr waqfien ifittxu lil Martin u l-karozza u din ma kinitx hemm. Meta sebaħ reġgħu marru jfittxu u kien dak il-ħin li nnutaw li l-karozza ta' Martin kienet hemm u quddiemha kien hemm karozza oħra ta' kaċċatur. Nikol qal li probabbli l-karozza tpoġġiet ħdejn il-kappella mill-qattiel jew qattiela biex ifixklu lill-Pulizija biex dawn jikkonċentraw it-tfittxijiet tagħhom taħt dawk l-irdumijiet. Fil-fatt il-kadavru ta' Martin instab madwar mil 'il bogħod. Il-karozza nstabet miftuħa, iżda din ma kinitx xi sorpriża peress li ma kinitx tissakkar u Martin kien iħalli ċ-ċwievet taħt it-tapizzerija. Xi ħaġa li ftit nies kienu jafu li kien iħallihom hemm. Martin kien dejjem iħalli l-karozza ingranata fuq ir- reverse, iżda meta nstabet kienet ingranata fuq it-tieni gear. Meta dan l-aħħar erġajt tkellimt ma' Nikol qalli li meta mar, kellem kaċċatur li kien qrib fejn instabet il-karozza ta' ibnu u staqsieh kinitx hemm meta wasal fuq il-post. "Il-kaċċatur qalli li dik ftit ilu pparkjawha hemm u telqu b'karozza oħra." Nikol qal li dan il-kaċċatur ma nnota xejn aktar, lanqas x'tip ta' karozza li telqu biha. Min kellu l-interess li jelimina lil Martin? Dan l-omiċidju ma kienx każ ta' serq iżda min qatel lil Martin Muscat mar speċifikament biex joqtlu. Għad hemm diversi mistoqsijiet dwar dan il-qtil. Il-mottiv żgur ma kienx xi serqa għax oġġetti li nstabu fuq il-kadavru, bħal choker tad-deheb, imsielet u kartiera bil-flus fil-karozza jidher ċar li ma ntmissewx, allura għaliex kien hemm min kellu interess li jelimina lil Martin? Għaliex inqatel f 'post fejn il-kadavru ma setax jidher mit- triq? Kien każ fejn Martin sar jaf xi ħaġa fuq xi ħadd? Rifes xi kallu ta' xi ħadd li kieku kellu jitkellem kien se jimbarazza lil xi ħadd? Kien ta' xkiel għal xi ħadd? Hemm min jemmen li l-pjan oriġinali tal-qattiela kien li Martin jittieħed fuq l-irdum bl-intenzjoni li jew jimbuttawh jew jiġi mhedded b'xi arma u jġiegħluh jaqbeż minn fuq l-irdum biex jingħata l-impressjoni li kien każ ta' suwiċidju. Iżda Martin la ried imut u lanqas ħalla lil min jeħles minnu b'dan il-mod. Minn marki li nstabu fuq il- kadavru rriżulta li Martin kien issara mal-qattiela. Ipprova kif seta' jiddefendi ruħu. Martin kien raġel mibni u qatt ma ġie eskluż li wieħed mill-qattiela seta' kien tal-istess statura tiegħu. Meta raw li l-pjan tagħhom kien se jfalli u akkost ta' kollox riedu jeħilsu minnu, allura użaw l-arma u wieħed mill-aggressuri beda jispara. L-ewwel ma ntlaqat kien b'żewġ tiri f 'koxxtu u tir ieħor fuq spalltu fejn x'aktarx li għolla jdejh meta ra l-arma ppuntata lejn rasu. Kif niżżel idu ntlaqat mit-tir fatali f 'għonqu u kif dar x'aktarx li l-qattiel żvojta l-pistola b'żewġ tiri oħrajn f 'dahru. L-arma li ntużat kienet pistola ta' kalibru .22mm semi- awtomatika. Monument fuq l-irdum Fil-post fejn instab il-kadavru ta' Martin, il-familja Muscat ħolqu ġardina żgħira fuq l-irdum bħala memorja għalih. Fuq l-irħama hemm miktub "B'tifkira għażiża ta' Martin Muscat li ġie maqtul f 'dan il- post fid-9 ta' Ottubru 1992 fl-età ta' 25 sena." Għal snin sħaħ ix-xemgħa kienet tixgħel 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa "biex Martin qatt ma jkun fid-dlam waħdu u abbandunat." Madwar il-lapida hemm ġardina żgħira bi ftit xtieli li Il-karozza ta' Martin, misjuba fuq l-irdum Eks suldat saq fuq kuntistabbli RAĠEL ta' 54 sena minn Kerċem ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali wara li ċaħad li pprova jweġġa' kuntistabbli tal-Pulizija billi saq għal fuqu bit-trakk tiegħu. Gregory Stellini, li hu eks suldat, kien akkużat li hekk kif intemmet il-festa ta' Kerċem nhar il-Ħadd li għadda, huwa pprova jgħaddi minn triq magħluqa. Il-Kuntistabbli waqqfu biex ma jgħaddix, iżda minkejja l-ordnijiet tal-Pulizija, l-imputat baqa' jargumenta. B'konsegwenza li dan il-pulizija tah ċitazzjoni. Kien f 'dan il-mument li Stellini allegatament saq minn fuq il- Pulizija. L-Ispettur Bernard Spiteri tenna li l-akkużat kien saq minn fuq il-kuntistabbli apposta, u li ma kienx żball. Stellini kien akkużat ukoll li saq b'mod traskurat, li weġġa' kuntistabbli tal-Pulizija u m'obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija. Il-Qorti, ippreseduta mill- Maġistrat Joanne Vella Cuschieri tagħtu l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta' €3,000 u ġie ordnat li jiffirma l-għassa tal- pulizija tar-Rabat Għawdex kull nhar ta' Erbgħa. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill- Ispettur Bernard Spiteri, filwaqt li Stellini kien assistiet mill- Avukat Deborah Mercieca. Bomba, biex ma taħdimx! MARA ta' 21 sena mill- Finlandja ġiet immultata €500 wara li ammettiet li kienet kompliċi f 'theddida ta' bomba fuq il-post tax-xogħol tagħha nhar is-27 ta' Lulju. Il-Qorti semgħet kif l-imputata, Roosa-Maria Rimpilaeinen, mill-Finlandja ċemplet lil ħabib tagħha u qaltlu biex jagħmel theddida ta' bomba għax ma kellhiex aptit taħdem. Rimpilaeinen, tat in-numru tal-post tax-xogħol lil ħabib tagħha, raġel ta' 32 sena miż- Żebbuġ, Għawdex. L-Għawdxi, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, għamel it-telefonata fis-1pm u qal lir-receptionist li għandu informazzjoni li hemm bomba. Din tal-aħħar staqsietu jekk kienx qed ikellimha bis-serjetà u r-raġel qata'. B'konsegwenza ta' dan, il- post tax-xogħol tal-imputata Finlandiża ġie evakwat. Mill-investigazzjonijiet tagħhom, il-Pulizija rnexxielhom jitraċċaw in- numru li ntuża biex jagħmel it-theddida għan-numru tal- Għawdxi. Dan qal lil pulizija li l-imputata kienet tagħtu n-numru. Intant, Rimpilaeinen tennet li t-theddida kienet biss ċajta, u insistiet li ma bassritx li l-biċċa kienet se tkun daqshekk serja. Fil-Qorti, l-Għawdxi ammetta li hedded li jagħmel xi reat permezz ta' xi apparat ta' komunikazzjoni elettronika, filwaqt li Roosa-Maria Rimpilaienen ammettiet li kienet kompliċi f 'dan kollu. Il-Qorti mmultathom €500 kull wieħed.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014