Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 Xogħol ta' tisbiħ fil- pjazza tal-Qala ILMINISTRU għal Għawdex Dr. Anton Refalo u s-Sindku tal-Qala l-Perit Clint Camilleri, inawguraw ix-xogħol ta' tisbiħ li sar fil- pjazza tal-lokalità tal-Qala. Dan huwa proġett li biddel viżibbilment iċ-ċentru ta' dan ir-raħal, raħal fejn iċ- ċentru tiegħu huwa mfittex mill-Qalin u mill-viżitaturi li jżuru l-lokalità. Il-pjazza tal- lokal hija verament iċ-ċentru tal-kummerċ u fiha jsiru bosta attivitajiet li jinkludu l-Qala International Folk Festival. Il-proġett ġie parzjalment iffinanzjat minn fondi nazzjonali li ngħataw mill- Ministru għal Għawdex, minn fondi tal-Kunsill kif ukoll minn fondi Ewropej. Il-Ministru Refalo elenka li huwa jemmen li s-suċċessi li nkisbu kienu, għadhom u jibqgħu frott il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-istakeholders kollha involuti fis-setturi varji. Il-Ministru għal Għawdex saħaq li Għawdex għandu ekonomija li hija differenti minn ta' Malta għaliex tiddependi b'mod aktar sħiħ fuq it-turiżmu domestiku u għalhekk huwa importanti li dan is-settur jingħata l-importanza neċessarja. Bħala Ministeru għal Għawdex, il-Ministru qal li għandna nħarsu lejn l-iżvillupp sostenibbli tal- gżira, il-kultura u r-riżorsi naturali flimkien mal- konnettività bejn iż-żewġ gżejjer bħala s-sinerġija ideali biex naraw lil Għawdex jagħmel il-qabża tal-kwalità li jmiss. Taħriġ speċjalizzat għall-kirurgi żgħażagħ "QED nipprovdu taħriġ avvanzat dwar proċeduri innovattivi fil-qasam tal- kirurġija u dan jassigura li l-pazjenti Maltin jingħataw l-aktar kura avvanzata u aġġornata possibbli." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne meta żar grupp ta' 28 kirurgu żagħżugħ li jaħdmu fl- Isptar Mater Dei u li bħalissa qed jingħataw taħriġ speċjalizzat fil- Laboratorju tal-Anatomija tal-Università ta' Malta. It-taħriġ, li hu maqsum fuq jumejn, qed jingħata minn żewġ esperti barranin u jittratta prattiċi tekniċi fil-qasam tal-kirurġija li ġew żviluppati dan l-aħħar. Permezz ta' dan it-taħriġ avvanzat fuq partijiet differenti tal-ġisem, il-kirurgi jistgħu jkomplu jitħarrġu filwaqt li jipprovdu s-servizzi tagħhom fl-Isptar Mater Dei. Dawn it-tip ta' gruppi ta' ħidma s'issa saru biss fi tlett istituzzjonijiet Ewropej oħra. Inċident tat-traffiku f 'Raħal Ġdid Tliet barranin ħelsuha ħafif JOHN PISANI F'INĊIDENT tat-traffiku li seta' kellu konsegwenzi gravi, b'xorti tajba tliet barranin ħelsuha ħafif bi tnejn isofru ġrieħi ħfief u ieħor li ma ġralu xejn. Ilbieraħ għall-ħabta tat- 8.10am karozza Kia Pride misjuqa minn raġel ta' 37 sena mill-Eritrea u residenti f 'Tal-Pietà, kien qed isuq fi Triq il-Palma f 'Raħal Ġdid fid-direzzjoni ta' Ħal Tarxien. Miegħu kellu Eritrean ieħor ta' 35 sena wkoll residenti f 'Tal- Pietà li kien riekeb quddiem u raġel ta' 26 sena mill-Etiopja li kien riekeb wara s-sewwieq. Kif il-Kia waslet f 'salib it-toroq fejn hemm Triq Ħal Tarxien, Triq Ħal Luqa u Pjazza Antoine de Paule, is-sewwieq ma ndunax bit-tabella STOP u baqa' ħiereġ. "Naħseb li ma ndunax bis-sinjal" qal il-passiġġier Eritrean lil din il-gazzetta. Hekk kif il-Kia ħarġet f 'salib it-toroq, minn Triq Ħal Luqa kienet nieżla xarabank u minkejja li x-xufier ipprova jevita lill-Kia x-xarabank laqtitha fuq il-ġenb tal-lemin u mal-impatt daret tħares fid- direzzjoni opposta. Fuq il-post waslu l-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku kif ukoll il-membri mid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mmexxija mill-uffiċjali James Newell u Tony Pisani. Peress li s-sewwieq tal-Kia u l-passiġġier li kien warajh inqabdu fil-karozza, il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom iqaċċtu partijiet mill-karozza fosthom iż-żewġ bibien tan-naħa tal-lemin. Sakemm kienet għaddejja din l-operazzjoni l-infermieri li waslu fuq il-post b'żewġ ambulanzi, bdew jagħtu l-ewwel għajnuna medika liż-żewġ feruti filwaqt li t-tielet wieħed ħareġ mill-karozza waħdu. Is-sewwieq tal-Kia u l-passiġġier, li kien wara, ittieħdu l-Isptar Mater Dei b'żewġ ambulanzi separati fejn wara li ġew eżaminati fid- Dipartiment tal-Emerġenza ġew iċċertifikati li kienu qegħdin isofru minn ġrieħi ħfief. Min-naħa l-oħra x-xufier tax-xarabank, raġel ta' 48 sena minn San Ġwann ma ġralu xejn għalkemm deher li kellu xokk fuqu. Is-Surġent Roger Mifsud flimkien mal-Kuntistabbli Marcus Cachia mill-Għassa ta' Raħal Ġdid ħejjew rapport tal-inċident. Il-pjazza tal-Qala nhar il-festa ta' San Ġużepp Chris Fearne fiż-żjara tiegħu mal-kirurgi żgħażagħ f 'Mater Dei

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014